Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 t a' April 1999 lill-ħaddiema tad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, JOE)

Fil-perjodu msemmi, kien hemm għaxar impjegati li ngħataw il-permess biex jiġu trasferiti għal dipartimenti oħra fejn huma stess talbu li jmorru. Fil-fatt tmienja minnhom marru ma l-uffiċju tal-President, wieħed mar mal-Housing Authority fuq talba tiegħu u waħda ingħaqdet mal-Correctional Services Department, hekk kif ingħatat promozzjoni. Hemm pendenti tlett talbiet għal transfers magħmula mill-impjegati nfushom li għadhom qed jiġu ikkunsidrati. (Deciżjoni aħħarija tittieħed fl-interess ta` l-esiġenzi tas-servizz).

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 lill-ħaddiema fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GATT, AUSTIN)

Mill-1 ta` Jannar 1999 sas-26 ta` April 1999 saru żewġ transfers mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali fuq talba tagħhom stess. Trasferimenti ta` impjegati mid-Dipartimenti tal-gvern inkluż id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, jsiru skond l-esiġenżi tas-servizz pubbliku.
Leg 9 PQ #6456 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Boffa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-Isptar Boffa? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li mill-1 ta'Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 saru 9 transfers fl-Isptar Boffa. Minnhom 5 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #6457 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-Isptar Zammit Clapp? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li fl-Isptar Zammit Clapp ma sar l-ebda 'transfers' mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999.

Arei residenzjali — Servizzi essenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għandux xi pjan biex fl-inħawi residenzjali fejn sal-lum għad m'hemmx ħwienet u għalhekk il-konsumaturi m'humiex moqdija mill-aktar prodotti bażiċi, bħal ħobż u ħalib fost oħrajn, jintermedja ma' l-Assoċjazzjoni tal-Hawkers, biex jiġu provduti dawn is-servizzi essenzjali għal għadd ta' komunitajiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-suġġeriment ta` l-Onorevoli Interpellant ser ikun ikkunsidrat fid-dawl ta` proposti li qed jintalbu mill-korp kkonċernat.
Leg 9 PQ #6892 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni Patrimonju Malti — Proġetti tal-kostumi lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-proġett tal-Fondazzjoni Patrimonju Malti li, flimkien mal-Ministeru, jinfetaħ mużew tal-kostumi lokali?

Response (GALEA, LOUIS)

Bħalissa għadu qed jiġi kkunsidrat il-bini li ser jiġi allokat lill-Fondazzjoni Patrimonju Malti għall-iskop ta' dan il-Mużew u l-ispiża rikorrenti u kapitali involuta.

Djar — Furjana - social housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tad-Djar u/jew l-Awtorita' tad-Djar għandhomx xi pjan dwar kif fil-Furjana jistgħu jiġu pprovduti aktar units għal skopijiet ta' social housing għall-Furjaniżi, bil-għan li l-Furjaniżi jkollhom opportunita' aħjar li jibqgħu joqogħdu fil-Furjana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' tad-Djar għandha pjan li tiżviluppa l-proġett tal-kantuniera bejn Triq l-Argotti u Triq l-Iljun, Floriana. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma' sidien ta' proprjeta' kummerċjali fl-inħawi biex jiġi stabbilit jekk il-proġett jistax jitkabbar minn dak ippjanat oriġinarjament. 24.5.99
Leg 9 PQ #6903 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kalkara — Triq is-Sienja - Art

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art biswit l-iskola primarja tal-Kalkara fuq Triq is-Sienja hijiex se tittieħed mill-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hi policy tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li biċċiet ta' art li jmissu ma' l-iskejjel ma jingħatawx għal xi użu li mhux addattat li jkun qrib l-iskejjel u li jitħalla spazju fejn l-iskejjel ikunu jistgħu jikbru biex iżidu l-faċilitajiet u l-ispazji tagħhom meta jkun hemm bżonn. Skond l-applikazzjoni approvata mill-Awtotita` ta' l-Ippjanar, kif sottomessa mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, l-art biswit l-iskola primarja tal-Kalkara se tkun tagħmel parti mill-iskola biex il-ħajt li jagħlaq l-iskola jersaq 'il barra u b'hekk tikber l-arja fejn jilagħbu t-tfal. F'dan il-kuntest, wieħed irid josserva li l-"Grand Harbour Local Plan - Area Policies - September 1998 Draft" maħruġ mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar jgħid hekk dwar il-Kalkara: "Kalkara is significant in the context of the Local Plan as being the only settlement which is continuing to attract population, due to the extent of the area included within the previous development scheme which remains unbuilt, and also because of its unspoiled, rural atmosphere and coastal location"; "The Authority will support measures to improve and expand the stock of residential accommodation in Kalkara by the rehabilitation of older dwellings, and the conversion to housing of suitable buildings currently used for other purposes. Redevelopment at higher densities will be acceptable. Changes in building heights will be considered where appropriate. The introduction of innovative forms of housing related to specific market requirements will be encouraged." Jidher ċar li, skond il-Pjan Lokali, hemm possibbilta` kbira li l-popolazzjoni tal-Kalkara tkompli tikber, bil-konsegwenza li l-popolazzjoni ta' l-iskola ukoll tkompli tiżdied.
Leg 9 PQ #6904 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior College - Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni hux jippjana li s-sistema ta' l-eżamijiet li jsiru mill-istudenti ta' l-ewwel sena fil-Junior College, biex jitilgħu għat-tieni sena, jinbidlu biex dawn l-eżamijiet ma jibqgħux ibbażati fuq tul ta' sitt sigħat u sitt essays?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fejn hu possibbli, il-karti ta' l-eżami biex student jgħaddi mill-ewwel għat-tieni sena jirriflettu x-xogħol li jkun twettaq matul il-kors ta' l-ewwel sena u l-format tal-karti ta' l-eżami tal-Matrikola. It-Time-table ta' l-eżamijiet ta' l-ewwel sena tal-Junior College turi li f'erba' suġġetti biss jintlaħaq l-ammont ta' siegħat imsemmija fil-Mistoqsija , jiġifieri ta' sitt siegħat. TALJAN F'dan is-suġġett l-istudenti meta joqgħodu għall-eżami tal-Matrikola jkollhom tlett karti li b'kollox jieħdu seba' siegħat. Fil-Junior College dawn l-istudenti jkollhom żewġ karti li jammontaw għal tlett siegħat kull waħda. BIOLOĠIJA Fil-Matrikola hemm żewġ karti ta' tlett siegħat kull waħda (6 siegħat) minbarra żewġ karti ta' siegħa, waħda 'practical' u l-oħra 'written'. Fl-eżami ta' l-ewwel sena fil-Junior College il-karti huma ta' sagħtejn flok tlett siegħat (6 siegħat b'kollox). MALTI F'dan is-suġġett il-karti jirriflettu fedelment il-karti tal-Matrikola. INGLIŻ L-istudenti tal-Junior College jiġu eżaminati f'kull komponent tal-kors li jkun ġie mgħallem matul is-sena. Dawn jaqgħu taħt żewġ karti ta' tlett siegħat kull waħda. Kull dipartiment fil-Junior College jipprova jadegwa ruħu għall-preparazzjoni ta' l-istudenti tiegħu li jkunu ser joqgħodu għall-eżami tal-Matrikola wara kors ta' sentejn. Waqt li jżomm quddiem għajnejh is-syllabus globali, kull dipartiment jeżamina l-istudent fuq il-programm li jkun twettaq matul l-ewwel sena.
Leg 9 PQ #6907 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjoni tal-katarretti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna, li ismu qed jintbagħat separatament, se ssirlu l-operazzjoni tal-katarretti li għandu bżonn urġenti, kif qalulu l-isptar stess meta ġimgħat ilu mar biex jiġi eżaminat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-persuna konċernata ser tiġi operata fl-ewwel ġimgħa ta` Ġunju 1999.

Djar — Każ ta' housing

Question

Tista' tingħata xi forma ta' għajnuna lill-armla, li isimha qed jintbagħat separatament, għaliex is-sid privat irid ikeċċieha mid-dar tagħha u dan meta diġa' għandha ħafna problemi familjari u personali serji u żgur li m'għandhiex bżonn li magħhom iżżid il-problema ta' nuqqas ta' dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna indikata ġa ġiet allokata post ieħor mid-Dipartiment, iżda jien infurmat illi hi għada ma marritx toqgħod fih għalkemm għaddew 10 xhur. Issa qed tissogra li d-Dipartiment jirrevoka l-allokazzjoni u jalloka l-fond lill-min verament għandu bżonn. Il-post fejn kienet toqgħod mhux rekwiżizzjonat, għalkemm xtora kien ġie pre-allokat lill-ħaddieħor fl-20 ta' April 1987. 24.5.99
Leg 9 PQ #6920 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Taħrikiet

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistqosija parlamentari numru 6425, jista' l-Ministru jgħid kemm għamlu żjajjar il-VAT inspectors lill-oqsma ta' operaturi differenti? F'kull settur differenti, kemm hemm operaturi reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta` żjajjar li għamlu l-VAT Inspectors lill-oqsmata` operaturi differenti bejn l-1 t`Ottubru 1998 u t-12 ta` Mejju 1999 kien kif jidher fil-lista mehmuża u mmarkata Dokument A. In-numru ta` operaturi attivi reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT fit-12 ta` Mejju 1999 f`kull settur differenti kien kif jidher fil-lista mehmuża mmarkata Dokument B.
Leg 9 PQ #6921 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu x-xogħlijiet differenti li qed tagħmel il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, għall-Ministeru ta' l-Edukazzjoni? X'arranġamenti hemm ma' l-Universita' dwar dawn ix-xogħlijiet ta' din il-persuna? Xi ħlasijiet isiru għal dawn ix-xogħlijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Speċifikament Dr Joe Cannataci inħatar iċ-Chairman tal-Bord tal-Malta Restoration Centre kif diġa` ġie imħabbar f'Konferenza Stampa. Huwa wkoll membru tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija. Hu ġie inkarigat biex jikkordina l-proġett kollu ta' Bighi fejn ser ikun hemm is-sede ta' dan il-kunsill. Jiena tajtu wkoll l-inkarigu li jagħti pariri lill-Ministeru dwar diversi oqsma li għalihom jien responsabbli. L-Universita` intalbet il-permess metieġ biex Dr Cannataci jkun jista` jagħmel dan ix-xogħol. Bħalissa qed isiru diskussjonijiet dwar renumerazzjoni xierqa għal din il-konsulenza.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Rivista 30 giorni

Question

Għal-liema raġuni l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin bgħatli fl-24 ta' Frar 1999 ir-rivista 30 giorni, immexxija minn Giulio Andreotti? Kif din ir-rivista ntbagħtet f'envelope tal-gvern ta' Malta? Kemm kien hemm persuni oħra f'Malta u f'Għawdex li l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin bagħatilhom ir-rivista 30 Giorni?

Response (BORG, JOE)

Ir-rivista li għaliha qiegħed jagħmel riferenza l-Onorevoli interpellant kienet mibgħuta fuq talba ta` l-amministrazzjoni tal-istess rivista, peress illi kienet tinkludi intervista li saret f`Malta ma l-allura Viċi Prim Ministru u Ministru ta` l-Affarijiet Barranin Malti, l-Professur Guido de Marco. Ir-rivista in kwistjoni, li normalment jitħallas prezz biex tiġi akkwistata, intbagħtet Malta mill-amministrazzjoni ta` 30 Giorni bla ebda ħlas. Ir-rivista ntbagħtet lill-circa 628 persuna jew entitajiet f`Malta li ġew indikati mill-amministrazzjoni tar-rivista stess. Għandu jingħad li l-Gvern Malti kien responsabbli biss mill-postaġġ lokali biex ir-rivista setgħet tasal għand il-persuni ndikati mill-istess amministrazzjoni ta 30 Giorni.

Kunsilli Lokali — Wardens

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw għal wardens lokali u kemm fil-fatt se jiġu ngaġġati?

Response (GATT, AUSTIN)

S`issa l-uniku applikazzjonijiet li ħarġu ghas-servizz tal-Gwardjani Lokali kienu ghall-kors ta` taħriġ mill-E.T.C. ghall-Gwardjani Lokali. Min itemm b`suċċess dan il-kors jinghata ċertifikat li jkun meħtieġ ghall-ghotja ta` liċenza mill-Kummissarju tal-Pulizija kif huwa stabbilit bl-Att Numru XIII ta` l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali. Mill-informazzjoni li ghandi, sa llum applikaw 544 persuna ghal dan il-kors. Il-Kunsilli Lokali stess jridu jiddeċiedu x`tip ta` servizz ghandhom bżonn biex jiġi determinat in-numru ta` Gwardjani Lokali li jiġu ikkuntrattati.

Qormi — Traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaħħlu l-lights li ġew approvati xhur ilu għat-toroq Mdina Road u Manoel Dimech Street f'Ħal Qormi? Jista' l-Ministru jgħid meta se tinfetaħ is-subway għall-pubbliku min-naħa ta' l-iskola primarja fi Triq Manoel Dimech?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li ser jinbeda x-xogħol f`Imdina Road li jinkludi wkoll iż-żona tar-roundabout tat-Triq Manwel Dimech, ikun aħjar li għalissa it-traffic lights f`Imdina Road u ż-żebra crossing fi Triq Manwel Dimech ma jsirux. Dwar is-subway li tagħti għal ġo l-iskola Primarja, l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #6981 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Triq il-Wied - Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir bozza fi Triq il-Wied, f'Raħal Ġdid fuq door no. 31 peress li r-residenti ilhom jitolbu għal dan għal ħafna żmien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba għat-twaħħil ta` bozza fil-post imsemmi qed tiġi kkunsidrata flimkien ma ` talbiet oħra.
Leg 9 PQ #6982 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Tqassim ta' ikel

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ikel fl-Isptar San Luqa jkun ta' kwalita' tajba peress li f'Sala M7 l-ikel fil-għaxija qed jiġi servut kiesaħ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-infermiera nkarigata mis-sala M7 stqarret li ma kien hemm l-ebda lmenti fuq ikel kiesaħ ma'l-istaff tas-sala f'dawn l-aħħar żminijiet. Stqarret ukoll li t-trolley ta'l-ikel, li hu wieħed mill-mudelli riċenti fl-isptar, jasal jaħraq fis-sala u li jsaħħnu l-platti ta'l-ikel qabel ma jservu fihom. Is-sala kollha tiġi servuta fi żmien 15-20 minuta.
Leg 9 PQ #7019 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Distrett Nru. 12 — Playing fields

Question

Jista' l-Ministru jinformani liema huma dawk il-playing fields li se jiġu żviluppati fi bliet u rħula tat-12-il distrett elettorali? Meta se jibdew ix-xogħlijiet u kemm hi n-nefqa proġettata għal dawn il-proġetti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li m'hemm ippjanat l-ebda xogħol fuq żvilupp ta' playing fields fil-lokalitajiet ta' dan id-distrett għal matul l-1999.

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-pjan tal-gvern sabiex isib impjiegi għall-ħaddiema li qed jirreġistraw għax-xogħol u għandhom aktar minn 48 sena? Kemm fil-fatt ġew impjegati ħaddiema ta' din l-eta' mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra. 24.5.99