Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7054 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-arranġamenti għall-aħħar esportazzjoni ta' 600 tunnellata patata Sante? Jekk mhuwiex f'pożizzjoni li jpoġġi dan l-arranġament fuq il-Mejda tal-Kamra, jista' jinformani bl-arranġament konfidenzjalment?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari numri 1114, 344 u 2501. Ma dana kollu, qed inpoġġi kopja tal-arranġament fuq il-Mejda tal-Kamra. Infakkar lill-Onor. Interpellant li fi żmienu hu ma kienx jagħti din il-faċilita.
Leg 9 PQ #7067 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Korsijiet ta' fil-għaxija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel id-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni Adulta biex aktar nies ikunu jafu bis-servizz li qed jagħti l-gvern f'dawk li huma korsijiet ta' fil-għaxija u għall-adulti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li biex jilħaq in-nies u jagħti tagħrif dwar korsijiet ta' filgħaxija għall-adulti, id-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni Adulta qiegħed iwettaq dan is-servizz: * jippubblika kull sena katalgu ta' tagħrif dwar il-korsijiet; * jirriklama l-korsijiet f'gazzetti ta' kuljum, Gazzetta tal- Gvern u avviżi fuq ir-radju; * ixandar tagħrif kontinwu fuq it-TV Channel "Education 22"; * jipprovdi kopji tal-katalgi u forom ta' l-applikazzjoni f' kull belt u raħal bil-koperazzjoni tal-Kunsilli Lokali u Libreriji Distrettwali; * jippromwovi servizz ta' tagħrif fil-"Career Convention" u fi stands tad-Diviżjoni waqt fieri oħra; * jagħti tagħrif permezz ta' taħditiet u programmi li minn żmien għal żmien uffiċjali edukattivi jieħdu sehem fihom u permezz ta' programmi imtella' għall-adulti fuq TV Channel "Education 22".
Leg 9 PQ #7068 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Persuni ta' nazzjonalita' barranija — Permessi tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-ħruġ ta' work permits? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet huma ta' nisa u kemm ta'irġiel? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fid-19 ta' Mejju, 1999, kien hemm 650 applikazzjoni pendenti għall-ħruġ ta' work permits li 30% minnhom kienu dwar nisa u 70% dwar irġiel. Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija. 25.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #7071 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Monument & Plaques Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-Monument & Plaques Committee? Hemm xi applikazzjonijiet ġejjin mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jekk iva, kemm u liema huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Leg 9 PQ #7072 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Interim From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm irtiraw nies mis-Servizz Ċivili mill-1989, sena b'sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi mir-records ikkomputeriżżati jistgħu jingħataw biss il-figuri għall-aħħar erba snin. Dawn huma kif ġej: Persuni li rtiraw mis-Servizz Pubbliku: fl-1995 423 fl-1996 442 fl-1997 544 fl-1998 485 D awn il-figuri ma jinkludux impjegati fuq kuntratt, part-timers, casuals u membri tal-Forzi Armati ta' Malta. Il-figuri għas-snin 1989 sal-1994 qegħdin jinġabru u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7073 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Monumenti storiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema monumenti storiċi ġew restawrati u liema hemm il-ħsieb li jiġu restawrati din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

MIA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) kemm hemm impjegati direttament mal-MIA jaħdmu fit-Terminal Building tal-Gudja; b) kemm hemm ħaddiema mpjegati mas-sub-contractors tal-MIA jaħdmu fit-Terminal Building tal-Gudja; c) kemm hemm impjegati direttament mal-MIA jaħdmu fil-parti ta' l-Airfield ta' Ħal Luqa; d) kemm hemm ħaddiema mpjegati mas-sub-contractors tal-MIA jaħdmu fil-parti ta' l-Airfield ta' Ħal Luqa; e) x'inhuma s-snajja' u/jew ix-xogħol ta' l-impjegati mas-sub-contractors li jaħdmu fil-parti ta' l-Airfield?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f`xi seduta oħra.

MIA — Apparat/sistemi

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) jekk l-apparat u s-sistemi li jinsabu fit-Terminal Building tal-Gudja humiex kollha ċertifikati għall-"Y2K"; b) liema sistemi tat-Terminal Building tal-Gudja għandhom jiġu mibdula biex tiġi solvuta din il-problema? Kemm hi stmata li tkun l-ispiża; c) liema sistemi f'dan l-istess bini diġa' ġew upgraded biex ikunu kompatibbli għas-sena 2000; d) f'każ ta' (c) kemm kienet l-ispiża?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f`xi seduta oħra.

MIA — Sistema tal-"Y2K"

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-MIA ħatritx xi kumitat jew board fi ħdana biex jaraw li l-ajruport u t-Terminal jibqgħu jaħdmu fil-bidu tas-sena d-dieħla minħabba l-"Y2K"? Jekk fl-affermattiv, min huma l-membri tiegħu? Hemm xi konsulenti oħra barra l-impjegati tal-MIA li qegħdin jgħinu lill-MIA f'din il-problema? Jekk hemm konsulenti oħra, kemm se tkun l-ispiża ta' din il-konsulenza?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.

Avjazzjoni Ċivili — Taxying Elective Guidance

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) min fassal l-ispeċifikazzjonijiet tat-tender Taxying Elective Guidance fuq Park 9 għad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili; b) meta ġiet ippubblikata din it-tender fil-Gazzetta tal-Gvern; c) meta għalqet is-sejħa ta' din it-tender; d) min kien/u li għamel/lu l-evalwazzjoni ta' din it-tender u r-rakomandazzjonijiet finali biex tinxtara din is-sistema; e) liema ditta rebħet din it-tender u min kien, jekk kien hemm, l-aġent lokali ta' din id-ditta; f) meta fil-fatt id-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili rċieva l-materjal u l-komponenti li kienu jappartjenu din it-tender; g) meta ġiet finalment ikkummissjonata din is-sistema; h) din is-sistema qegħda fil-fatt tiffunzjona kif kien oriġinalment speċifikat fis-sejħa għall-offerti oriġinali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ispecifications tas-Sistema imsemmija kienu ġew preparati mis-Sezzjoni ta` Elettriku tad-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Ċivili. Is-sejħa għall-offerti ġiet pubblikata fil-Gvern Nru 15553 ta` 7 ta` Frar 1992. Il-valutazzjoni ta` l-offerti saru minn kumitat magħmul minn Major C Abela, Major L Fenech, Captain M Dalmas u s-Sur J Grech. Il-kuntratt ġie mgħoti lill-Medairco Ltd ta` 119-120 Msida Valley Road, B`Kara għall-equipment maħdum mid-ditta GEC UK li aktar tard bidlet isimha għal CEGELEC PROJECTS, ENGLAND. L-equipment ġie kommissjonat fl-14 ta` Settembru 1997. Il-Kumplament ta` din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru responsabbli mill-Malta International Airport plc.

MIA — Sistema tar-radar

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk kenitx ġiet applikata dik l-hekk imsejħa NOTAM li tat avviż li bdew l-operational trials fuq is-sistema tar-radar il-ġdid ta' Ħal Luqa fil-bidu u matul l-1998? Jekk fl-affermattiv, meta kienet effettiva, matul liema ħinijiet u kemm damet valida? Kien hemm aktar minn NOTAM waħda matul l-1998 li tirriferi għal operational trials u/jew controller's familiarization fuq is-sistema ġdida tar-radar ta' Ħal Luqa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fl-1998 ġew maħruġa numru ta` `Notices to Airmen (NOTAM)` li taw avviz li bdew `operational trials` fuq is-sistema tar-radar il-ġdid ta` Ħal-Luqa.

Djar — Akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ħarġux il-permessi mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għall-bini ta' diversi postijiet mill-Awtorita' tad-Djar għal akkomodazzjoni soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-1992 sal-lum inħarġu permessi għall-bini skond dokumenti li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 25.5.99

Ajruport — Runway prinċipali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jirranġa is-subsidance li hemm fuq ir-runway prinċipali billi dan l-irranġar jidher li ġie abbandunat wara l-elezzjoni li għaddiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.

Birgu — Ilma

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6148, jista' l-Ministru jikkonferma jekk sarux testijiet fuq ilma li dejjem joskula mill-blat ta' taħt it-triq ta' taħt il-Klabb tal-Boċċi tal-Birgu bejn il-club tar-Regatta u Starky Building, il-Birgu? Saru testijiet u x'irriżulta li hu? Jekk ma sarux, meta se jsiru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.

Indiċi tal-Prezzijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5651, jista' l-Ministru jagħti l-lista tal-mediċini li l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta qed jieħu passi biex isir roħs fil-prezz?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.

CSAs — Trasferimenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 lis-CSAs? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista'jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-1 ta' Jannar sas-26 ta' April 1999 ma ġew 'transferred' ebda CSA's. Iċ-ċaqlieq li sar, sar fuq talba ta' individwi stess. Għalissa, m'hemm l-ebda ħsieb li jsiru xi transfers fil-Home Help. 24.5.99

Labour Offices — Trasferimenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 lill-ħaddiema li jaħdmu fil-labour offices madwar Malta u Għawdex? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 kien hemm ħames 'transfers' interni li jinvolvu ħaddiema li jaħdmu fl-Uffiċċji Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. Fil-futur qarib hemm il-ħsieb li l-Uffiċċju Distrettwali jieħdu aktar xogħol li jkopri l-Ministeru kollu. Wieħed għalhekk irid jiżgura ruħhu li kull minn ikun qed jaqdi lill-pubbliku jkollhu r-rekwisiti neċessarji biex dan is-servizz jingħata. Jien ċert li l-Onor. Interpellant jaqbel li ċ-ċittadin għandu jieħu l-aħjar servizz li jista' jingħata u japprova li persuni bi kwalitajiet addatati għandom ikunu f'dawn il-postijiet ta' kuntatt kontinwu mall-pubbliku. 24.5.99