Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7161 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Klieb u qtates

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji ħalli jiġu kkontrollati l-klieb u l-qtates li ta spiss ikunu qed jiġġerrew fl-isptar Monte Carmeli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-klieb kollha li kien hawn fil-grounds ta` l-isptar nqabdu u ttieħdu l-SPCA. Kull meta n-numru ta` qtates ġewwa l-isptar ikun kiber wisq, dawn jinqabdu u jittieħdu wkoll l-SPCA.

Qrati — Imħallfin/maġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar għaxar snin, liema imħallfin u maġistrati siefru fuq xogħol ġudizzjarju u f'delegazzjonijiet uffiċjali? Jista' jagħti tagħrif u dettalji ta' kull safra?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Ma teżistix statistika fil-Qorti għas-snin 1993-1995.
Leg 9 PQ #6458 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-Isptar Monte Carmeli? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-1 ta'Jannar 1999 sas-26 t'April 1999 saru 37 transfers fl-Isptar Monte Carmeli. Minnhom 16 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.

Dipartiment tat-Toroq — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-Dipartiment tat-Toroq? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fid-Dipartiment tat-Toroq mill-1 ta` Jannar s`issa ma kien hemm l-ebda transfer.

Dipartiment tal-Posta — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-Dipartiment tal-Posta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Billi l-amministrazzjoni tal-Kumpanija Maltapost plc taqa` taħt il-portafolio tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Dipartiment ta' l-Industrija — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-Dipartiment ta' l-Industrija? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fid-Dipartiment ta` l-Industrija ma sar ebda trasferiment ta` ħaddiema matul il-perijodu imsemmi.

MDC — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-MDC? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fl-M.D.C ma sar ebda trasferiment ta` ħaddiema matul il-perijodu msemmi.

Malta Freeport Corporation — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fil-Malta Freeport Corporation? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bejn l-1 ta` Jannar u s-26 ta` April 1999, ma sarux trasferimenti ta` ħaddiema fil-Korporazzjoni tal-Port Ħieles.
Leg 9 PQ #6932 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa — Korsa taż-żwiemel

Question

Peress li qed jasluli rapporti persistenti fuq il-kumpless tal-Korsa tal-Marsa fejn isiru t-tiġrijiet taż-żwiemel, jistgħu jittieħdu passi biex il-post jinżamm nadif kollu kemm hu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kumitat tal-Malta Racing Club huwa konxju mill-indafa tal-post u għandu impjegati apposta biex jaraw li l-post jinżamm nadif il-ħin kollu u qiegħed ukoll iħallas persuna biex jieħu ħsieb jiġbor il-ħmieġ taż-żwiemel li jkun hemm fit-triq tal-korsa. Iżda minkejja l-appelli kontinwi biex il-post jinżamm nadif, ħafna spettaturi li jattendu għat-tiġrijiet iħallu ħafna ħmieġ. Il-Kumitat sejjer jimpenja ruħu iktar f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-indafa u l-ambjent tal-post.

Benefiċċji soċjali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3728, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Public Expenditure Review Trade Force evalwatx x'qed jiġri f'Għawdex fil-qasam tas-servizzi soċjali? Kemm-il darba telgħet Għawdex? Meta? X'xogħol għamlet s'issa f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward Mistoqsija Parlamentari Nru. 6933 ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. 25.5.99

Swieqi — Traffic lights

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 3724, ta' l-ewwel ta' Frar 1999, dwar il-possibbilta' ta' traffic lights fis-Swieqi, issa li għaddew xahrejn jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq għamel l-analiżi neċessarji u għandu parir tat-Transport Research Laboratory illi m`għandhomx jitwaħħlu it-Traffic Lights fil-ħruġ ta` ħdejn il-Green Grove Guest House u li fil-fatt din it-triq għandha tkun dħul biss. Din il-possibilita għad trid tiġi kkunsidrata mit-Traffic Control Board. Dwar il-ħruġ minn taħt il-bridge għal Regional Road m`hemmx bżonn ta` traffic lights f`din il-lokalita` iżda pjuttost rijalinjament tal-bankini li qed isiru l-pjanti tagħhom biex bi ftehiem mad-Dipartiment tat-Toroq ix-xogħol jitwettaq mill-kunsill tas-Swieqi.

ETC — Art and Design Centre

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex l-ETC għadha ma sabitx sponsor għall-istudent, li ismu qed jintbagħat separatament, fl-iskema ta' l-apprendistat li jattendi, l-Art and Design Centre, Vallleta, għax se jispiċċa jkollu jitlaq minn din l-iskema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tlabt lill-E.T.C. biex jiktbu direttament lill-persuna ikkonċernata u jispjegawlha l-fatti. 25.5.99
Leg 9 PQ #6936 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Universita' — Kors tal-M. Psych

Question

Jista' jiġi żgurat li l-Ministru jagħmel dak kollu possibbli min-naħa tiegħu biex fl-għażla li se ssir ta' dawk li se jibdew il-kors tal-M.Psych fl-Universita' ta' Malta ikunu bil-kwalifiki meħtieġa biex il-kors fl-aħħar ikun jista' jibda f'Ottubru 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Billi l-kors tal-M.Psych fl-Universita ta' Malta jaqa' taħt id-diviżjoni tal-Edukazzjoni, nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6938 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tarġa Gap - Arts & Crafts

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġunijiet mhux se jsiru s-sessjonijiet ta' l-art and crafts fl-iskola ta' Tarġa Gap?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-inizjattiva li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant kienet inizjattiva ta' l-iskola Salvator Dimech u mhux tad-Diviżjoni. L-inizjattiva tnehdiet fuq bażi volontarja mill-iskola. Infurmati mill-iskola, li, għal raġunijiet personali, l-istaff ta' l-iskola m'humiex disposti li jagħtu xi lezzjonijiet fis-sajf li ġej ser inkompli nindaga biex nifhem aħjar is-sitwazzjoni.

Qormi — Sqaq ta' l-Armal - Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta t-triq Sqaq ta' l-Armal, f'Ħal Qormi, se tiġi rranġata minħabba l-istat diżastruż li tinsab fiha peress li sal-lum minkejja li ilha mibnija qatt ma ġiet mogħtija l-asfalt kullimkien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Sqaq ta` l-Armal jagħmillu manutensjoni il-Kunsill.
Leg 9 PQ #7031 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Distrett Nru.12 — Ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6870?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' fawran fi bliet u rħula tat-12-il distrett huwa kif spjegat hawn taħt: a. Mġarr Triq l-Alrisa b. Qawra (i) Qawra Coast (tlett darbiet). Ir-raġuni huwa li l-main irid jitnaddaf. Fil-fatt dan qiegħed jitnaddaf fil-preżent bil-jetting-suction bowser. (ii) Salina Road. Mill-main ittella' tiben kif ukoll biċċiet tal-bricks tal-bankini. (iii) Triq l-Imħar. Wara li sar survey bis-CCTV instab illi parti mill-main irid jinbidel. ċ. Buġibba Mazzola Street. Dan l-istoppage tneħħa minnufih u l-main tnaddaf. d. Għadira Popeye Village Area. e. Ċirkewwa faċċata l-Paradise Bay Hotel qabel id-dħul tal-pumping station. f. Mdina Taħt l-Imdina ħdejn l-uffiċċju tal-Water Services Corporation. g. Rabat (i) Triq Santa Katerina (tlett darbiet). (ii) Misraħ Suffara (darbtejn). (iii) Għajn Qajjiet. (iv) Triq Konti Ruġġieru. Mtarfa L-istoppage li kien hemm l-Imtarfa dam xi ħmistax-il ġurnata minħabba l-fatt illi l-manholes ma setgħux jinsabu peress illi meta sar il-ground tal-football dawn tgħattew u għalhekk ma setax jinfetaħ l-istoppage. Wara li dawn instabu, il-main tnaddaf u issa d-drenaġġ qiegħed jaħdem normali.
Leg 9 PQ #7032 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta'l-Agrikoltura — Għajnuna mill-Gvern Indjan

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6868?

Response (ZAMMIT, NINU)

Is-siġar tal-Jacaranda li l-Gvern Indjan kien offra huma mistennija li jaslu Malta sa tmiem Mejju. Parti sewwa minnhom ser jitħawwlu fil-Park Nazzjonali Ta' Qali kif kien miftiehem mal-Kummissarju Għoli Indjan f'Malta.
Leg 9 PQ #7033 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Urban rural landscaping

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6869?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma tresqet l-ebda talba quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex jiġu rranġati roundabouts jew xogħolijiet oħra fil-perjodu msemmi.
Leg 9 PQ #7034 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Bajjiet — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6866?

Response (REFALO, MICHAEL)

Il-bajjiet li hemm fil-konfini tat-Tnax il-Distrett Elettorali jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' xi wieħed mill-Kunsilli Lokali cioe' ta' l-Imġarr, Mellieħa jew ta' San Pawl il-Baħar. Id-Dipartiment tat-Turiżmu għandu kuntratti għat-tindif tal-bajjiet ma' dawn it-tliet Kunsilli Lokali. Kull kuntratt jinkludi 'work plan' għal kull bajja fejn hemm indikat ix-xogħol li għandu jsir kif ukoll il-frekwenza u f'liema żmien tas-sena. Għar-rigward tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, sar programm dettaljat għax-xhur tas-sajf li jinkludi użu ta' 'sandsifter' provdut mill-istess Kunsill Lokali. Madankollu minħabba xi maltempata li tista' tinqala' jew biex jilqa' xi talba li tista' ssir minn xi Kunsill Lokali jeżisti grad ta' flessibilita' fix-xogħol. Għalkemm in-numru jista' jiżdied jew jonqos skond il-ħtieġa, biex ilaħħqu max-xogħol ta' dan id-Distrett, id-Dipartiment għandu ma' l-erbgħin ħaddiem u għaxar trakkijiet 'impressed'. Id-Dipartiment minn żmien għal żmien jikri makkinarju ieħor għat-tindif tal-bajjiet.

Mtarfa — Fawran ta' drenaġġ

Question

Peress li l-problema tal-fawran tad-drenaġġ f'Binja Buqana fl-Imtarfa skond ir-rapport ta' perit privat, li tiegħu qed nibgħat kopja separatament, u li qed jikkawża ħsarat strutturali, jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga urġentement ħalli jkunu evitati xi inċidenti fatali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar diġa' qabbdet lil kuntrattur tagħha biex jinvestiga l-kawża tal-ħruġ tal-ilma mis-soqfa tal-garaxxijiet taħt Blokk B Binja Buqana u rriżulta li kien hemm sadd fis-sistema tad-drenaġġ u xi ksur f'pajp tal-ilma. It-tiswijiet meħtieġa diġa bdew isiru mill-kuntrattur. 25.5.99