Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żabbar — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jara li Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa (ex-Girdle Road) f'Ħaż-Żabbar, li hija triq arterjali u li tinsab fi stat diżastruż tiġi irranġata peress li din tista' ttaffi l-flow tat-traffiku f'Ħaż-Żabbar u l-madwar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29353.
Leg 9 PQ #35608 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Information Exchange Agreements

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti qedx jinnegozja xi TIEAs (Tax information exchange agreements) ma' xi gvernijiet barranin? Jekk iva, liema huma dawn?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti mhux qiegħed jinnegozja xi TIEA (Tax Information Exchange Agreement) ma xi Gvern barrani. L-obligi u drittijiet ta' bdil ta' nformazzjoni joħroġ mill-protocol ta' ħelsien minn taxxa doppja li Malata għandha ma ħafna pajjiżi.

Ħaż-Żabbar — Għargħar

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jkun lest ix-xogħol fuq Triq l-10 ta' Settembru f'Ħaż-Żabbar? Peress li dan ix-xogħol jinvolvi trinek u qed isir fuq talba ta' l-Enemalta, jista' jgħid x'kordinament sar jew jista' jsir, sabiex tissolva l-problema ta' l-għargħar f'din l-area?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol li għaddej f'din it-triq qed isir biex isaħħaħ il-provista tad-dawl fil-Kottonera u qed isir tqegħid ta' cables ġodda f'diversi fażijiet sabiex ikun hemm inkonvenjent mill-inqas. Dan il-proġett u maħsub li jkun lest sa l-aħħar ta' Novembru ta' din is-sena. Għar-rigward tal-għargħar, diġa jeżistu culverts f'din it-triq u għalhekk ma hemmx il-bżonn li jitqegħdu katusi oħra, iżda li l-wiċċ tat-triq jiġi mibni mill-ġdid, sabiex l-ilma ikun jista jintefa fil-ġenb u jinġabar fil-ġibjun, li jrid jitnaddaf għax mirdum, fil-lokalita'. Dawn ix-xogħlijiet jitwettqu aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li hemm fil-Master Plan għar-restawr tat-toroq.
Leg 9 PQ #35611 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35476, jista' jgħid x’passi ħadet jew se tieħu l-Air Malta dwar impjegat fuq il-kotba tagħha akkużat bil-pedufilja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-impjegat ikkonċernat ġie sospiż b'nofs paga appena l-Air Malta saret taf bil-każ.
Leg 9 PQ #35614 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Fgura

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ġibjun li qiegħed jinbena fejn l-HSBC f'Hompesch road, Fgura, hux kopert bil-permessi ta' l-iżvilupp meħtieġa mill-MEPA?

Response (BORG, TONIO)

L-iżvilupp in kwistjoni hu preżentement kopert minn notifikazzjoni dwar żvilupp (DNO).
Leg 9 PQ #35616 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Primarji — Kurrikulu Ġdid

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kumitat tal-kurrikulu fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni ħariġx b'kurrikulu ġdid għat-tfal tas-sitt klassi fl-iskejjel primarji? Fid-dawl tal-fatt li dawn it-tfal jersqu għall-eżami għall-junior lyceum/common entrance, jista' dan il-kurrikulu jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux maħsub li jsir kurrikulu ġdid għas-sitt klassi. Bħalissa qed issir l-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali permezz ta' pjan ta' azzjoni li jinkludi: 1. Reviżjoni tas-Sillabi fis-suġġetti differenti għal-livell differenti, inkluż dak tal-Primjarji, 2. Taħriġ ta' għalliema f'metodi ta' tagħlim differenzjat. Din is-sena se nkunu lħaqna l-għalliema kollha tas- sitt klassi, 3. Proġetti dwar Literacy fl-iskejjel l-aktar milquta mill- problema ta' l-illitteriżmu, 4. Programmi pilota ta' assessjar formattiv, 5. Programm ta' informazzjoni lill-iskejjel, studenti u ġenituri dwar l-eżami għad-dħul fil-Junior Lyceum innifsu.
Leg 9 PQ #35617 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tas-Saħħa

Kura tal-Kanċer

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn pazjenti Maltin li talbu li jingħataw il-Gleevic bħala kura kontra l-mard tal-kanċer? Jista' jgħid hemmx possibilta' li dawn in-nies jiġu akkomodati fil-viċin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li kien hemm erba' pazjenti li għalihom saret talba għall-mediċina imatinib (Glivec) skond il-protokoll li ġie stabbilit mid-Dipartiment tas-Saħħa. Dawn il-pazjenti kollha bdew jingħataw din il-mediċina.
Leg 9 PQ #35619 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Tiswija ta' Telefon

Question

Jista' il-Ministru jara jekk hux possibli li l-Maltacom issewwi l-ħsara fit-telefon li qed nehmeż under seperate cover, għax din hi anzjana li tgħix waħedha u dan it-telefon issa ilu ftit bil-ħsara?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-ħsara li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant fil-fatt diġa' ssewwiet.
Leg 9 PQ #35620 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Bini tas-Substation

Question

Jista' il-Ministru permezz ta' l-Enemalta jinformani fiex wasal il-bini tas-substation biex tiġi msaħħa l-provvista ta' l-Elettriku fi Triq it-Tiben, Wied il-Għajn? Fejn se tinbena jew qed tinbena din is-substation? Meta hu maħsub li tkun lesta din is-substation?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Bormla — Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jara li issir investigazzjoni sabiex titneħħa r-riħa ta' drenaġġ li żvillupat dan l-aħħar fin-naħat ta' Sur San Pawl, Bormla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fuq Sur San Pawl, Bormla hemm 'vent pipe' f'forma ta' ċumnija mibnija ħafna snin ilu fuq il-mina li tagħti għal Wied Għammieq. Din is-sitwazzjoni taċ-ċumnija ilha hemm ħafna snin, u d-Dipartiment tad-Drenaġġ qatt ma kellu lmenti. Dawn iċ-ċmieni jeżistu f'diversi lokalitajiet bħal Bormla, Birgu, Kalkara, Żejtun eċċ.

Bormla — Estensjoni ta' Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser tintlaqa' t-talba sabiex issir estensjoni tad-drenaġġ fi Triq R. Taylor Bormla, sabiex il-garaxxijiet u l-appartamenti f'tarf din it-triq kantuniera ma' Triq Alessandra ikunu mqabbda mad-drenaġġ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-kuntratt biex issir l-estensjoni tad-drenaġġ fi Triq Robert Taylor, Bormla ġiet ippreparata u dalwaqt tiġi ppubblikata. Fl-istess waqt, id-Dipartiment tad-Drenaġġ irid jikteb lill-MEPA fejn jispjega l-kwalita' tax-xogħol mitlub biex jinħarġu l-permessi neċessarji.

Fgura — Hompesch Road - Pedestrian Crossing

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser isir xi tip ta' pedestrian crossing fi Triq Hompesch Fgura, peress li qabel inqalgħet kien hemm xi 4 pedestrian crossings?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku approva tlett pedestrian/Pelican crossings fi Triq Hompesh, Fgura fil-parti minn k/m Triq San Tumas sa k/m Triq il-Foss.
Leg 9 PQ #35624 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Bormla

Question

Jista' il-Ministru jara li jissewwa d-dawl li hemm jixgħel u jitfi fit-telgħa tar-Rialto Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #35625 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Tarzna - Fencing

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li qed isir fencing madwar dock 2 u dock 3 tat-Tarzna ta' Bormla? x'inhi r-raġuni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Toroq

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35459, jista' jagħti breakdown dettaljat tan-nefqa ta’ Lm30.0 miljuni li l-Prim Ministru semma li ntefqu f’toroq f’dawn l-aħħar erba' snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35459.
Leg 9 PQ #35630 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-iskop wara applikazzjoni PA 5061/02 li saret lill-awtorita' ta' l-ippjanar mid-direttur ta' l-istess awtorita' ta' l-ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Din l-applikazzjoni tirrigwarda proġett esperimentali biex tiġi żviluppata "artificial reef" li ser tinbena `l barra mill-Exiles, Sliema minn materjal riċiklat. L-iskop tal-"artificial reef" hu li jiġi kkreat 'habitat' artifiċjali. Dan il-proġett qed isir bil-kooperazzjoni tal-Marine Ecology Research Group tal-Universita` ta` Malta, bħala wieħed mill-proġetti finanzjati mill-Environmental Initiatives Fund, liema proġett ser jiġi iffinanzjat mill-Lm50,000 li kienu ittieħdu lill-iżviluppaturi ta` Portomaso, minħabba l-ksur fil-kundizzjoni tal-permess.
Leg 9 PQ #35632 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

National Support Center

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita', subien u bniet separatament, li jużaw is-servizzi fi ħdan in-national support center (intervenzjoni bikrija, chronically ill students, tagħlim fl-isptar), li huma bejn 0 - sentejn, 3 - 5 snin, 6 - 11-il sena, 12 - 16-il sena u minn 16-il sena 'l fuq?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #35633 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Speċjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita', subien u bniet separatament, li jattendu l-iskejjel speċjali li huma ta' eta' anqas minn 11-il sena, bejn 12 u 16-il sena u 16-il sena 'l fuq?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #35634 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita' li jattendu: skejjel ta' l-istat (regolari u opportunity), skejjel tal-knisja, u skejjel indipendenti? Jista' jgħid kemm hemm minn dwan l-istudenti, subien u bniet separatament, li jattendu f'year 1 - 3, year 4 - 6, form 1 - 3 u form 4 - 5? Kemm minn dawn it-tfal għandhom facilitator magħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.