Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7058 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ — Ħruġ ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6873?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qabel ma jibda l-istaġun tas-sajf, id-Dipartiment tad-Drenaġġ dejjem jagħmel 'preventive maintenance' billi jnaddaf bl-użu tal-jetting-suction bowsers il-medded tad-drenaġġ ta' postijiet ħdejn il-baħar, speċjalment fejn hemm stabbilimenti ta' l-ikel minħabba x-xaħmijiet, bħal fil-każ ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba u Qawra. Id-difetti fis-sistema tad-drenaġġ f'dawn l-inħawi huma (i) parti minn Triq l-Imħar, Qawra (ii) parti minn Triq is-Sajjied, Buġibba (iii) parti minn Triq Barnaba, Buġibba (iv) parti mill-main li għaddej minn fuq il-'boathouses' li hemm taħt Santa Maria Estate, Mellieħa (v) parti mill-Coast Road Qawra faċċata l-'boathouses' (vi) Miżieb, għax ma jlaħħaqx mal-'peak flow'. Fil-każi (i), (ii), (iii) u (iv) saru CCTV surveys biex jiġi stabbilit il-ħsara u dawn għandhom jissewwew. Rigward il-(v), din il-ħsara saret minn kuntrattur tar-Roads Department u għandu jsewwieh hu. Rigward is-(vi), din il-problema għandha tiġi solvuta bil-masterplan.
Leg 9 PQ #7077 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jinformani fuq liema kriterji neħħa l-gradi ta' direttur ġenerali u direttur għall-Urbal Rural Landscaping li kienu ġew approvati taħt l-amministrazzjoni preċedenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Taħt l-istruttura li qed tiġi attwata gradwalment fid-dekasteri kollha, ma jinħassx il-bżonn li jiġu mwaqqfa dawn iż-żewġ postijiet fil-livelli ndikati.
Leg 9 PQ #7085 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Mapep ta' rotot informattivi

Question

Peress li l-uffiċjal responsabbli mill-kalendarju agrituristiku barra li lesta l-ktieb informattiv dwar il-widien tal-gżejjer li ġie preżentat riċentement lill-Prim Ministru, kellu wkoll iħejji mapep ta' rotot informattivi għall-mixjiet fil-kampanja għat-turisti fil-madwar tal-widien u l-kampanja ta' l-inħawi bħal fil-każ ta' Wied il-Qlejja li kellu jkun hemm ukoll rotta għar-roti, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-ktejjeb dwar il-widien?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għamel tliet applikazzjonijiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex jitwaħħlu f'diversi mkejjen mapep kbar li jagħtu tagħrif fuq il-kampanja u l-wirt storiku tal-lokal. Żewġ applikazzjonijiet minnhom ġew rifjutati u għalhekk qed isir il-proċess mill-ġdid fil-parametri mogħtija mill-Awtorita'. Dwar il-ktieb 'The River Valleys of the Maltese Islands' li nassumi li qed jirreferi għalieħ l-Onor. Interpellant, ninformaħ li dan jinsab għal bejgħ mill-Foundation for International Studies bil-prezz ta' Lm5 il-kopja, pero se nibgħatlu kopja tiegħu għaliħ personali.
Leg 9 PQ #7086 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tat-Turiżmu

HCEB — Lukandi/guesthouses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda għall-bini ta' lukandi u guest houses għand l-HCEB din l-aħħar sena?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li bejn Marzu 1998 u April 1999 saru sitt applikazzjonijiet għall-lukandi u żewġ applikazzjonijiet għall-'Guest Houses' lill-'H.C.E.B.'
Leg 9 PQ #7087 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Camping sites

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għand id-dipartiment ta' l-artijiet għal camping sites ġodda? Jista' l-Ministru jgħid min għamel dawn it-talbiet u meta saru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-1998 kienet saret sejħa pubblika sabiex min kien interessat seta` jindika xi biċċa art li kien lest li fiha jiżviluppa 'Camping Site'. Kien hemm 11-il kumpanija/persuna li ndikaw 23 biċċa art. Ninsab infurmat ukoll li fi Frar ta' l-1999 ħarġet tender għal żvilupp ta' biċċa art fl-Aħrax tal-Mellieħa biex tiġi żviluppata f'Camping Site u li għaliha applikat biss l-Adventure Camping and Leisure Company Ltd. Din it-tender qed tiġi kkunsidrata mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. Talba oħra kienet saret fl-1989 mill-1st Birkirkara Scout Group għal biċċa art f'Baħar iċ-Ċagħaq sabiex din tkun tista` tiġi użata għall-attivitajiet tagħhom. Din it-talba għada qed tiġi kkunsidrata mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. 25.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #7106 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Speċjali — Computers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm computers biex jintużaw mit-tfal fl-iskejjel speċjali? Jista' jaqsam l-informazzjoni skola skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel Speċjali hemm 65 (ħamsa u sittin) computer. Dawn huma mqassmin kif se ngħid: SKEJJEL COMPUTERS Santa Maria, Msida 12 Dun Manwel Attard, Wardija 14 Mater Dei, Msida 6 Guardian Angel, Ħamrun 12 San Miguel, St Andrews 9 Sannat Unit, Gozo 2 Qrendi Special School 6 Mosta Hearing Impaired Unit - Lily of the valley 2 Special Education Centre - Floriana 2 TOTAL 65
Leg 9 PQ #7107 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Boroz ta' studju — Applikanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikanti għal boroz ta' studju offruti mill-Gvern Taljan? F'liema areas ta' speċjalizzazzjoni? Min huma l-persuni fuq il-bord ta' l-għażla?

Response (BORG, JOE)

a) In-numru ta` applikanti għal boroż ta` studju offruti mill-Gvern Taljan għas-sena 1999/2000 kien ta` 33. b) Areas ta` speċjaliżżazzjoni mitluba mill-applikanti huma: Arti - pittura Kommunikazzjoni Civil engineering - Roads structures Psikologija klinika Ekonomija u management Industrial design Interior design Letteratura taljana Farmaċija Museoloġija Mużika - arpa/pjanu Ph.D: Letteratura anglo-taljana Konservazzjoni ta` monumenti arkitettoniċi Xjenza zooteknika Riċerka: Storja Teatru taljan Restawr: Tal-bizzilla Monumenti Pitturi Mediċina veterinarja c) Il-Bord ta` l-għażla huwa kompost minn: Chairperson mill-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin, Membru tal-Bord mill-iStaff Development Organisation (OPM), Membru tal-Bord mill-Ministeru ta` l-Edukazzjoni, Rappreżentanti ta` l-Istitut tal-Kultura Taljan u/jew ta` l-Ambaxxata Taljana, Rappreżentant ta` l-Universita` ta` Malta, Segretarja tal-Bord mill-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin. L-individwi partikolari jistgħu ivarjaw minn żmien għal zmien. L-aħħar Bord tal-għażla kien kompost minn: Mrs C. Attard Pirotta, Chairperson - Ministry of Foreign Affairs Mr F. X. Grima, Member - Staff Development Organisation, (OPM) Mr E. Caruana, Member - Ministry of Education Dottoresa R. Cravenna - Director, Italian Cultural Institute Ms G. Stivala - Italian Cultural Institute Prof J. Eynaud - University of Malta Ms J. Pisani, Secretary - Ministry of Foreign Affairs
Leg 9 PQ #7108 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Persuni self-employed

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni self-employed għas-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999 separatament? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:- Sena Nisa Irġiel Total 1995 1,920 13,853 15,773 1996 1,927 13,640 15,567 1997 1,941 13,487 15,428 1998 1,906 13,329 15,235 1999 1,940 13,393 15,333 (sa Frar)
Leg 9 PQ #7109 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' priġunieri sena b'sena, mill-1980 'il hawn? Jista' jaqsam l-informazzjoni f'nisa u rġiel?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, mir-rekords disponibbli, t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 25.05.99 (p.m.)

Ajruport — Operat

Question

Jista' l-Ministru jgħid: (a) jekk l-operat ta' l-ajruport ta' Malta hux se jkun affettwat mill-1/2K; (b) jekk jistax jagħti garanzija li kemm f'Awissu li ġej, meta hu mistenni li jkun hemm effett fuq is-sistemi tas-satelliti u kif ukoll meta naqilbu għas-sena 2000 mhux se jkun hemm xi riskji li s-sistemi użati kemm fil-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru kif ukoll fis-sistemi tan-navigazzjoni u radors jieqfu ħesrem; u (ċ) x'passi ħadet u/jew qed tieħu l-MIA biex tassigura li dan ma jsirx?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f`xi seduta oħra.

Pet Shops — Bejgħ ta' pets

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6088, jista' l-Ministru jgħid liema uffiċċju tal-gvern jimmonitorja l-liġi fis-settur tal-bejgħ tal-pets?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma jsirx monitoring speċifiku dwar prezzijiet tal-pets. Il-konsumatur jagħmel tajjeb li ma jixtrix jekk jidhirlu li l-prezz mitlub mhux ġust.

Toroq — Xogħlijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6018, jista' l-Ministru jindika b'mod ċar liema huma l-istandards u l-code of practice li huma applikati f'pajjiżi oħra li fuqhom il-kuntratturi huma mistennija li jieħdu l-miżuri xierqa meta jagħmlu xogħlijiet fit-toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li s-sewqan isir fuq in-naħa tax-xellug bħal ma jsir fl-Ingilterra, il-`code` li jrid jintuża huwa dak magħruf bħala MOT `Traffic Signs Manual, Chapter 8, Traffic Safety Measures and Signs for Roadworks and Temporary Situations.` Il-Kuntratturi ġie pprovdut lilhom `manual` konċiż ta` dan il-`Code`.

Toroq — Patching

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6020, jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rakkmandazzjonijiet ta' l-esperti Ġermaniżi dwar il-kwalita' ta' materjal għal patching tat-toroq humiex jiġu segwiti? Jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jagħmel il-monitoring dwar il-kwalita' tax-xogħol ta' patching fit-toroq biex jiġi assigurat il-value for money?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol ta` `patching` jitwettaq minn ħaddiema tad-Diviżjoni tax-Xogħolijiet jew minn kuntratturi appuntati mill-Kunsill Lokali, madankollu qed isiru preparamenti biex isiru diskussjonijiet mall-Kunsilli Lokali dwar dan is-suġġett.

Qormi — Triq San Ġorġ - Lampa

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5850, jista' l-Ministru jgħid kif jiġi deċiż li triq tkun teħtieġ aktar dawl jew le? Jaf il-Ministru li xi żmien ilu fi Triq San Ġorġ kien hemm lampa li nqalgħet u li llum per konsegwenza anzjani u residenti oħra li jgħixu f'din it-triq spiċċaw qishom priġunieri f'darhom fil-għaxija minħabba d-dlam ċappa li jkun hemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.

Qormi — Triq iċ-Ċawsli - Dawl

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6022, jista' l-Mnistru jgħid minn fejn jirriżultalu li Triq iċ-Ċawsli kantuniera ma' Mdina Road, m'hemmx ħtieġa li jiżdied id-dawl? Jaf li din it-triq tinsab f'area mwarba fejn hemm imħażen u fejn xi ftit taż-żmien ilu kien hemm mewġa ta' serq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7141 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Enforcement/stop notices

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-enforcement notices/stop notices li ħarġet il-Planning Authority mit-twaqqif tagħha s'issa u lil liema individwi jew kumpanniji ħarġithom?

Response (BORG, TONIO)

It-tagħrif dettaljat hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant jinħtieġ ħafna żmien u riżorsi biex jinġabar li ma nħossx li hu ġustifikat. Nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4958 dwar l-istess suġġett. 25.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #7157 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew discharged pazjenti fl-isptar Monte Carmeli, ġimgħa b'ġimgħa mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? Kemm ġew admitted pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli ġimgħa b'ġimgħa għall-istess perjodu? Kemm kien hemm re-admissions?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' pazjenti li mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum ġew 'admitted', 're-admitted' u 'discharged' fl-Isptar Monte Carmeli hu skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7158 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Male Ward 10

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li pazjenti rġiel fl-Isptar Monte Carmeli li huma priġunieri jkollhom post adegwat għalihom fil-Male Ward 9 minflok fejn huma bħalissa fil-Male Ward 10? Jikkonferma l-Ministru li hemm rapport ta' perit fejn jgħid li s-saqaf tas-sala numru 9 huwa kkundannat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qiegħed isir stħarriġ fuq il-bżonnijiet strutturali, riżorsi umani, struttura ta` tmexxija u finanzjar ta` Unit Forensiku. Diġa qed isiru laqgħat ta` livell għoli biex id-deċiżjonijiet meħtieġa jittieħdu. Għadu mhux deċiż liema sala ser tiġi utilizzata. Ir-risposta għal l-aħħar parti tad-domanda hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #7159 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Management Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) Minn min hu kompost il-Management Committee ta' l-isptar Monte Carmeli? b) Min huma l-membri ta' l-executive committee?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Hospital Management Team huwa kompost minn: Chairperson: Dr Andrew Amato Gauci Department Health Policy and Planning Members: Mr Edward Borg Head of Accounts Mr Joseph Borg Manager Nursing Services Mr Joseph Busuttil Principal Occupational Therapist Ms Jackie Mangion Senior Pharmacist Prof Mark O'Callaghan Health Division-University of Malta Dr Joseph R Saliba Director of Psychiatry Mr Victor Saliba Head of Maintenance Ms Louise Xerri Head Social Worker Secretary: Mr Lino Callus Principal Officer Il-Hospital Management Board huwa kompost minn: Chairperson: Dr Joseph R Saliba Director of Psychiatry Members: Mr Edward Borg Head of Accounts Mr Joseph Borg Manager Nursing Services Ms Mary Cachia Hospital Lay Administrator Mr Victor Saliba Head of Maintenance Secretary: Ms Sylvia Ebejer Principal Officer
Leg 9 PQ #7160 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Ikel lill-impjegati

Question

Peress li fl-isptarijiet tal-gvern ċertu kategoriji ta' impjegati jiġu ntaxxati talli jieklu l-ikel offrut lilhom u li huma ntitolati għalih waqt il-ħin tax-xogħol, filwaqt li kategoriji oħra qed jieklu allavolja mhux intitolati u ma jiġux intaxxati, jista' l-Ministru jara li din l-anomalija tispiċċa darba għal dejjem? X'passi se jieħu d-dipartiment tas-saħħa f'dan ir-rigward?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ewwelnett nixtieq niċċara li l-impjegati li huma ntitolati għal l-ikel waqt il-ħin tax-xogħol tiżdiedilhom is-somma ta` Lm25 fis-sena mad-dħul lokali tagħhom meta tinħareġ il-P3. Il-benefiċċju ta` l-ikel waqt il-ħin tax-xogħol kienu igawdu minnu biss dawk li kienu jaħdmu f'kuntatt kontinwu mal-morda. Maż-żmien żdiedu diversi kategoriji oħra. Il-proposta tal-Onorevoli interpellant biex xi anomaliji li jista` jkun hemm jiġu mneħħija ser tiġi kkunsidrata.