Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7171 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Refuġjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' refuġjati li hawn f'pajjiżna fil-mument? X'nazzjonalita' għandhom u kemm minnhom huma tfal? Kemm kien in-numru ta' refuġjati matul dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena u x'nazzjonalita' kellhom rispettivament?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #7172 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni deportati

Question

Kemm kienu n-numru ta' persuni li ġew deportati minn pajjiżna matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Kemm minnhom ġew deportati b'sentenza mill-Qrati? X'nazzjonalita' huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel erba` xhur ta' din is-sena ġew deportati minn Malta total ta' 233 persuna ta' nazzjonalita` barranija. Dawn ġew kollha deportati fuq ordni tal-Qorti. In-nazzjonalitajiet tagħhom kienu skond kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 26.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #7173 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Pajjiżi Barranin — Scholarships

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' Maltin li fil-mument qed jissoktaw bi studji ta' scholarships f'pajjiżi barranin? F'liema pajjiżi, f'liema suġġetti u meta bdew il-kors tagħhom u meta se jispiċċawh?

Response (BORG, JOE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #7174 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Protokoll ta' koperazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinformani jekk jeżistix xi protokoll ta' koperazzjoni u/jew assistenza medika mal-gvernijiet ta' l-Amerika, Kanada u l-Awstralja? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn fost it-tlett pajjiżi li semma, Malta għandha ftehim bilaterali dwar servizzi tas-saħħa ma` l-Awstralja biss. Dan il-ftehim ilu fis-seħħ mis-6 ta` Lulju tal-1988 b`emendi żgħar li ġew fis-seħħ fl-1 ta` Ġunju tal-1998. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja ta` dan il-ftehim.

Indiċi tal-Prezzijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5650, jista' l-Ministru jgħid x'irid ifisser bil-kliem "l-ispiżerija tiġi onorata tirranġah", li uża fi tweġiba li tani?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba għall-mistoqsija numru 5650 kien hemm żball tat-typing fil-frażi li għaliha qed issir riferenza. Fil-fatt flok il-kelma `onorata` trid tidħol il-kelma `ordnata` biex b`hekk din l-istess parti tal-mistoqsija tinqara `l-ispiżerija tiġi ordnata tirranġaħ`.

Uffiċċju ta' l-Istatistika — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-Uffiċċju ta' l-Istatistika? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perijodu msemmi ma sarux trasferimenti ta` ħaddiema fl-Uffiċċju Ċentrali ta` l-Istatistika.

Dipartiment tal-Konsumatur — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-Dipartiment tal-Konsumatur? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma kienx hemm trasferimenti ta` ħaddiema fid-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur matul il-perijodu msemmi.

Air Malta — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-Air Malta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perijodu in kwistjoni, kien hemm 24 trasferiment minn fost madwar 2,000 persuna li tħaddem il-Kumpanija Air Malta. F`kumpanija ta` din l-entita`, it-trasferimenti jkunu meħtieġa skond l-esiġenza tas-servizz u ma nistax nara li ma jkunx hemm bzonnhom ukoll fil-futur.

Maltacom — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fil-Maltacom? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perijodu msemmi, in-numru ta` impjegati li ġew trasferiti minn taqsima għal oħra tal-Maltacom kien ta` 47. Dawn it-trasferimenti saru fid-dawl tal-Job Evaluation Exercise u minħabba ħtiġijiet oħra ta` servizz.

MIA — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-MIA? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perijodu imsemmi ma ngħata ebda trasferimenti fil-Malta International Airport. It-trasferimenti jsiru skond il-bżonnijiet tal-Kumpanija biex tipprovdi servizz tajjeb lill-klijenti.

WSC — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fil-WSC? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perijodu imsemmi saru 14 -il trasferiment fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma. Ir-raġuni għaliex saru hija din: 2 minħabba raġunijiet ta` saħħa 6 għaliex il-`Pumping Station` fejn kienu ma baqgħetx `manned` 2 bdew jaqdu d-doveri ta` xufiera maċ-Ċhairmen tal-Korporazzoni u ta` l-MDS 1 għaliex kien meħtieġ s-servizz tiegħu fis-Sezzjoni ta` l-Amministrazzjoni. 3 għaliex qed tiġi riveduta l-funzjoni ta` l-Internal Audit Unit. Jekk l-eżiġenzi tax-xogħol u l-bżonnijiet umanitarji ikunu jitolbu hekk, il-Korporazzjoni tagħmel trasferimenti.
Leg 9 PQ #6951 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Imwiet

Question

L-inkjesti li hemm referenza għalihom fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 6535, jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni f'kull każ li mexxew dawn l-inkjesti, x'inhi l-ħatra tagħhom f'kull każ, x'kienu t-terms of reference ta' kull inkjesta u f'kull każ min ittella' jixhed quddiem il-bordijiet ta' inkjesta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Biex ma ssir l-ebda forma ta' pressjoni fuq il-Bordijiet ta' l-Inkjesta ma nħossx li għandi nipplubika dettalji dwar ismijiet u l-ħatriet tal-membri tad-diversi Bordijiet, jew l-ismijiet tax-xhieda. It-terms of reference fihom dettalji li jiksru l-kunfidenzjalita' medika jekk jiġu ppublikati.

UE — Pjan leġislattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid sa l-aħħar ta' din is-sena xi pjan leġislattiv għandu xahar b'xahar biex mill-parlament Malti jgħaddu l-liġijiet kollha lokali li jridu jiġu mibdula biex isiru bħal dawk ta' l-Unjoni Ewropea bħala parti mill-proċess ta' screening li għaddej bħalissa?

Response (BORG, JOE)

Il-pjan leġislattiv rigwardanti il-liġijiet li jridu jgħaddu mill-Parlament, sew dawk li huma marbuta mal-proċess ta` adattament tal-liġijiet tagħna ma dawk tal-Unjoni Ewropeja u oħrajn, jkun irid jitressaq quddiem il-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra min żmien għal żmien skond ma jkun opportun.

Qrati — Proposta ġdida dwar il-protokoll

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel il-ministeru dwar ir-reazzjoni tal-maġistrati li ma jaċċettawx il-preċedenza allokata lilhom fil-proposta l-ġdida dwar il-protokoll?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi l-Onor. Interpellant ghat-tweġiba li kont tajt ghall-Mistoqsija Nru. 6564.
Leg 9 PQ #6954 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Imwiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-tliet inkjesti li kellhom isiru dwar imwiet fl-Isptar San Luqa bejn Settembru, 1998 u April 1999? Bla ma jingħata tagħrif konfidenzjali, jista' jgħid x'ikkaġuna l-imwiet ta' l-erba' persuni li dwarhom saru l-inkjesti bejn Settembru 1998 u April 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn meta tajt ir-risposta għal PQ 6535 f'Seduta 95, id-Dipartiment irċieva r-rapport ta'waħda mill-inkjesti pendenti. Dan ir-rapport jikkonferma li l-kawża tal-mewt kienet sitwazzjoni irreversibbli u ma sab ebda evidenza ta'negliġenza fil-każ.
Leg 9 PQ #6955 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel primarji — Edukazzjoni kumplimentari

Question

Peress li kull min għandu x'jaqsam ma' l-edukazzjoni kumplimentari fl-iskejjel primarji tal-gvern huwa tal-fehma li l-ħafna xogħol li jkun sar tajjeb sat-tieni sena tal-primarja qed jintilef għax l-istudenti ma jingħatawx għajnuna fit-tielet sena u wara, jistgħu jittieħdu passi biex tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni li qed tkisser il-futur ta' ħafna studenti minn eta' żgħira?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għalkemm fil-preżent is-servizz ta' l-Edukazzjoni Kumplementarja fl-iskejjel primarji tal-gvern huwa ffukat fuq it-tieni sena, mhux korrett għal kollox jingħad li s-servizz ma jingħatax fit-tielet sena u wara. Infatti matul din is-sena skolastika, f'Malta u Għawdex, madwar 208 student qegħdin jingħataw l-għajnuna fit-tielet sena; filwaqt li 36 student qegħdin jingħataw l-għajnuna fir-raba' sena; Hija l-intenzjoni li dan is-servizz jiġi estiż iżjed, u d-Diviżjoni qegħda fil-proċess li minn sena għall-oħra s-servizz jiżdied fil-limiti tar-riżorsi speċjalment dawk umani.
Leg 9 PQ #6956 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Żebbuġ - Screening

Question

Jista' l-Ministru jara li l-istudent, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jattendi t-tielet sena tal-primarja ta' Ħaż-Żebbuġ (Malta) jiġi screened malajr kemm jista' jkun biex isir magħruf jekk għandux il-kondizzjoni tad-dyslexia?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li l-każ jingħata l-priorita` li jostħoqqlu.
Leg 9 PQ #7055 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Green Week

Question

Jista' l-Ministru jinformani x'kienu l-ispejjeż għall-Green Week ta' Berlin u ta' Malta sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar minn uffiċjali nkarigati, u nagħti risposta f' xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7056 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Reserviors ta' l-ilma

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6877 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' tgħid liema huma dawk ir-reserviors ta' l-ilma tax-xita li jeħtieġu manutenzjoni, tindif, eċċ f'Malta u Għawdex? Kemm hu l-kalkolu ta' l-ilma globali li jirċievu dawn ir-reserviors ta' l-ilma? Meta se jsiru dawn il-manutenzjonijiet u kemm hemm flus ivvotati għall-programm ta' manutenzjoni ta' din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7057 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Widien — Tindif

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6874, jista' l-Ministru jinformani meta hu maħsub li jkun lest il-pjan tat-tindif tal-widien? Huwa possibbli li l-Ministru jinformani min huma l-uffiċjali responsabbli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.