Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6958 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Rapporti

Question

Jista' issa l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari numru 6538?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #6966 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet/Siti Pre-istoriċi — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul minn kull mużew u siti pre-istoriċi u storiċi xahar b'xahar minn Settembru sa April għas-snin 1995/99? Fiex wasal il-proċess tat-ticketing machines għad-dħul f'dawn il-postijiet ta'interess storiku?

Response (GALEA, LOUIS)

Minħabba xogħol ieħor urġenti, it-tagħrif mitlub ma laħaqx inġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #6967 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Fondi lill-skejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-fondi li qed jingħataw matul din is-sena skolastika lil kull skola u istituzzjoni edukattiva f'Għawdex taħt il-voti: (1) Imprest materials/supplies; (2) imprest for school maintenance; (3) imprest for capital expenditure?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija mogħtija hawn taħt: Isem ta' l-Iskola Imprest għal Imprest għall- Imprest għall- Materials u Manutenzjoni Ispiża Supplies Kapitali LM LM LM Skola Primarja ta' l-Għarb 1,488.50 150.00 500.00 Skola Primarja t'Għajnsielem 3,077.50 200.00 600.00 Skola Primarja ta' Kerċem 1,967.50 150.00 500.00 Skola Primarja tan- Nadur 3,630.00 250.00 700.00 Skola Primarja tal- Qala 1,535.00 150.00 500.00 Skola Primarja San Lawrenz 848.50 150.00 500.00 Skola Primarja Sannat 3,273.00 290.00 1,200.00 Skola Primarja Victoria 4,327.00 290.00 700.00 Skola Primarja tax- Xagħra 3,544.50 240.00 700.00 Skola Primarja tax- Xewkija 3,192.00 200.00 700.00 Skola Primarja taż- Żebbuġ 1,325.00 150.00 500.00 Agius de Soldanis Girls' Junior Lyceum 12,113.00 1,030.00 3,400.00 Ninu Cremona Boys' Junior Lyceum 9,198.00 800.00 3,000.00 Mary Meilaq Girls' Trade School 1,289.50 160.00 500.00 Carmelo Refalo Boys' Trade School 825.00 160.00 600.00 Kelinu Galea School of Agric/Building 2,835.50 250.00 1,000.00 Sir M A Refalo Centre for Further Studies 7,247.00 939.00 2,800.00 Skola ta' l-Arti 2,116.00 316.00 500.00 Skola tal-Mużika 1,2400.00 190.00 500.00 Skola tad-Drama 918.00 135.00 300.00 TOTAL 65,990.50 6,200.00 19,700.00
Leg 9 PQ #6968 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeri — Dħul/ħruġ finanzjarju

Question

Mill-bidu ta' Jannar 1999 sa l-aħħar ta' April 1999 kif kienu l-ħruġ u d-dħul ta' kull ministeru skond it-targets li ssettja l-ministeru fil-budget ta' l-1999? Liema huma l-ministeri li jidhru li qed jonfqu f'livelli ogħla aktar milli jippermettulhom il-finanzi li ġew allokati lilhom?

Response (DALLI, JOHN)

Għar-rigward tad-dħul, il-ġbir mid-Dipartimenti tat-Taxxi Nterni u tas-Sigurta` Soċjali fil-perjodu ta` bejn Jannar u April 1999, kien ftit anqas minn kif kien mistenni meta paragunat ma` dak stmat għal sena sħiħa. Fir-rigward ta` nfiq, kemm rikorrenti kif ukoll kapitali, fil-perijodu msemmi, ebda Ministeru ma nefaq aktar milli jippermettulu l-fondi allokati lilu minn dan il-Ministeru.
Leg 9 PQ #6969 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Teknoloġija informatika

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm xi struttura biex tgħin it-tixrid tat-teknoloġija ta' l-informattika biex ma jibqax jiddependi kollox fuq assistent direttur wieħed bla għajnuna u appoġġ?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva. Ġa ladarba jitwaqqaf l-Steering Committee għal proġett ta' Informatika fl-iskejjel Maltin (primarji, sekondarji u post-sekondarji), l-ewwel laqgħa tal-kumitat ser tkun diskussjoni dwar struttura xierqa li tlaħħaq mal-committments massiċċi li daħal għalihom il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #7110 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati ma' l-Air Malta u f'liema gradi qegħdin? Jista' jgħid jekk ġewx impjegati nies ġodda mal-kumpannija mill-bidu ta' din is-sena 'il hawn?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta` impjegati ma` l-Air Malta sat-30 ta` April 1999 kien ta` 1938, imqassmin hekk: Manaġerjali 186 Klerikali 683 Industrijali 448 Inġiniera 48 Tekniċi 96 Cockpit staff 128 Cabin crew 249 It-tweġiba għat-tieni parti tal-mistoqsija hija fl-affermattiv.
Leg 9 PQ #7111 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar fuq liema sites qed jaħdem id-Dipartiment tal-Mużewijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Bħalissa qed isir xogħol għal riforma kompensiva ta' dan is-settur biex inkunu f'pożizzjoni aħjar nieħdu ħsieb is-siti kollha ta' wirt kulturali.
Leg 9 PQ #7112 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Johann Strauss

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti jattendu l-iskola tal-mużika Johann Strauss? Jista' jagħti l-informazzjoni maqsuma skond (a) l-istrumenti li qed jistudjaw; b) jekk humiex bniet jew subien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Johann Strauss bħalissa qed jingħata tagħlim f'dawn l-istrumenti: STRUMENT SUBIEN BNIET TOTAL Recorder 3 6 9 Flute 16 32 48 Clarinet 19 5 24 French Horn 4 -- 4 Trumpet 44 5 49 Trombone 8 -- 8 Althorn 4 -- 4 Euphonium 2 -- 2 Percussion 20 8 28 Violin 46 62 108 Viola 6 8 14 V'Cello 14 9 23 Double Bass -- 1 1 Classical Guitar 39 29 68 Modern Guitar 20 13 33 Bass Guitar 15 1 16 Harp -- 10 10 Piano 71 78 149 Organ-Pedal 4 4 8 TOTAL 335 271 606 Voice 10 42 52 Jazz Improvisation 9 3 12 Basic (Prep I & II) 72 54 126 GRAND TOTAL 426 370 796

Qorti — Illegal development

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kawża saret il-Qorti dwar illegal development matul dawn l-aħħar ħames snin u kontra min?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-persuni li jitressqu l-Qorti b`akkużi ta` `illegal development` jitressqu mill-Pulizija bi proċedura sommarja u ma tinżammx statistika. Barra minn hekk is-seduti fejn jinstemghu l-kawżi ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma jinvolvux biss akkużi ta` `illegal development`. Ghaldaqstant l-informazzjoni mitluba tkun tista` tinghata mill-Ministeru li taħtu taqa` l-Planning Authority.

Qorti — Dħul illegali f'proprjeta'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kawża saret il-qorti matul dawn l-aħħar ħames snin fejn żviluppaturi waqt żvilupp daħlu llegalment fi proprjeta' ta' ħaddieħor? Min huma dawn l-iżviluppaturi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma tinżammx l-istatistika mitluba minnhu.
Leg 9 PQ #7144 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ħatra ta' Assistant Head

Question

Jista' l-Ministru jgħid ir-raġuni għaliex tħassar ir-riżultat ta' l-interviews li ħareġ lejn l-aħħar ta' Jannar 1999 u li kien sar għal ħatra ta' Assistant Heads of School fl-iskejjel primarji?

Response (GALEA, LOUIS)

Din hija materja li taqa` taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #7145 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Santa Venera — Twaħħil ta' siġar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5837, jista' l-Ministru jgħid huwiex veru li se jitwaħħlu siġar fuq area blat li hemm fi Triq il-Palazz l-Aħmar Sta. Venera, fejn bħalissa jidher li qed jitħaffer ġibjun?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali.
Leg 9 PQ #7162 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Sich leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġurnata ta' sick leave ttieħed fl-isptar Monte Carmeli fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, n-numru tal-ġranet ta' sick leave li ttieħdu huwa ta' 2997.
Leg 9 PQ #7163 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ration lill-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħafna ħaddiema fl-isptar Monte Carmeli mhux qed jingħataw l-ammont dovut lilhom magħruf bħala r-ration ta' sapun, xugamani eċċ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni li għandu l-Onorevoli interpellant hija żbaljata. Dan peress li jien infurmat li r-records ta' l-istores juru li r-ration qiegħed joħroġ regolarment.
Leg 9 PQ #7164 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Sir Paul Boffa — Inċident

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-pulizija dwar inċident li ġara nhar it-Tnejn 17 ta' Mejju, 1999 wara nofsinhar fl-isptar Sir Paul Boffa fejn impjegat ta' l-isptar ġie msawwat u saret ħsara lill-proprjeta' pubblika minn qraba ta' pazjent?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor.Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Leg 9 PQ #7165 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Naxxar — Triq il-Lanġas - Karozza mitluqa

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi sabiex karozza mitluqa u abbandunata li hemm fi Triq il-Lanġas, Naxxar in-naħa li tagħti għal triq Sant'Antnin, Mosta li hija eye-sore titneħħa minn hemm?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vettura li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet imneħħija. 26.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #7166 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Seclusion Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li diġa' tkissru xi bibien ġodda li saru fis-Seclusion Unit fil-Ward 2 ta' l-isptar Monte Carmeli? Veru li dawn qegħdin, jew kellhom jiġu nfurzati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fis-Secure Unit il-ġdid ġew introdotti diversi strutturi, miżuri u proċeduri ġodda. Kien hemm stħarriġ u konsultazzjoni qabel ma sar ix-xogħol, iżda mil-bidu kien previst li, xorta waħda, jkun hemm perjodu ta` tagħlim fejn ikun hemm bżonn ta` modifikazzjonijiet fid-dawl ta` l-esperjenza. Dawn il-modifikazzjonijiet issa saru.
Leg 9 PQ #7167 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Rosters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm legends ta' rosters differenti ta' nurses u nursing aides fl-isptar Monte Carmeli? Kemm hemm nurses u nursing aides li ma jaħdmux bil-lejl u x'inhi r-raġuni f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-isptar Monte Carmeli hemm 16 `Legends' ta' roster differenti ta' nurses u nursing aides. Raġunijiet: 1. Fl-isptar Monte Carmeli hemm numru ta' Nurses u Nursing Aides li ġie approvat lilhom li jaħdmu fuq roster ta' `night shift'. Minħabba f'hekk il-Management ma kienx kontra li 8 `full time' nurses/nursing aides u 4 part-timers (nurses) jaħdmu fuq `day shift' approvat. 2. Hemm 12 nurses/nursing aides li ma jaħdmux bil-lejl għar-raġunijiet familjari/ mediċi, uħud fuq bażi temporanja. 3. Hemm żewġ nurses li jaħdmu s-Social Centre fuq roster ta' Day Shift. 4. Hemm ukoll 21 N.O.'s / D.N.O's li ma jaħdmux bil-lejl.
Leg 9 PQ #7169 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt swew ix-xogħlijiet ta' refurbishment li saru fl-uffiċini tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd? Kemm fil-fatt ħarġu direct orders u kemm kienu jammontaw?

Response (ZAMMIT, NINU)

Sal-lum ix-xogħlijiet swew Lm28,705. Dan l-ammont jikkonsisti minn 155 biċċiet xogħol żgħar li allura setgħu jingħataw mingħajr il-ħtieġa ta' ħruġ ta' tenders. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għad-domanda Numru 4683 u 5364 fejn spjegajtlu l-bżonn li kien hemm biex jiġu irranġati l-uffiċini. Nistiednu biex jekk isib iċ-ċans jasal wasla sal-Ministeru u jara b'għajnejħ kif suppost ikun uffiċju diċenti u li jixraq għaż-żmienijiet tal-lum.
Leg 9 PQ #7170 Sitting 108 1999-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ta' Qali — Packing station

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt swew ix-xogħlijiet tat-tarmak u tal-platform li saret fil-packing station ta' l-esportazzjoni tal-patata f'Ta' Qali f'ċifra ta' flus? Kemm ħarġu direct orders għal dawn ix-xogħlijiet u kemm kienu jammontaw?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma għandi xi nżid xejn mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5920 ħlief li l-Kwotazzjonijiet ndikati kienu jinvolvu kiri ta' makkinarju, provisti ta' ġebel, injam, ħadid, etc u ġarr ta' materjal, li l-ispiża tagħhom laħqet mat-Lm28,000.