Jista' l-Ministru jgħid għaliex containers tal-vapur Island Seaway qed jgħaddu minn Gunwharf Gate fejn jgħaddu l-passiġġieri, flok mid-Deepwater Quay? Jekk inhu minħabba ħsarat fil-moll, x'qed iżomm milli tissewwa l-ħsara fil-moll bejn id-Deep Water Quay u Gunwharf fil-Marsa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-containers qed jgħaddu minn Gun Wharf Gate bħala miżura temporanja sakemm jissewwew ħsarat fuq il-Moll ta` Wine Wharf li qasmu l-Moll ta` Gun Wharf mid-Deep Water Quay.
Ix-xogħol fuq dawn il-ħsarat issa beda u mistenni jitlesta sal-11 ta` Ġunju 1999.
Nixtieq nenfasiżża li qed isir kull sforz biex it-tiswijiet isiru fl-inqas żmien possibli.
In vista tar-rapporti li dehru fuq il-ġurnal "l-orizzont" tat-23 ta' April, 1999 dwar il-każ ta' Carmel Frendo mis-Siġġiewi li kien instab mejjet fil-vettura tiegħu fil-25 ta' Frar 1990, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija hux ser tissokta b'aktar investigazzjonijiet dwar il-każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-fatt li l-litigazzjoni ċivili bejn iż-żewġ partijiet ġiet transatta bi qbil bejniethom, ma intefa` ebda dawl ġdid fuq dan il-każ.
31.05.99(a.m)
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li għaddew passi dixxiplinarji quddiem il-PSC jew quddiem il-qrati kriminali bejn Mejju, 1980 u April, 1987 u minn Mejju, 1987 sal-ġurnata tal-lum? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kull każ, meta ġara, fuq xiex kien il-każ, u x'kien l-eżitu?
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6727?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ma ħareġ ebda permess minn naħa tad-Discharge Permit Unit tad-Dipartiment tad-Drenaġġ biex jintefa' rimi fil-post imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari, jiġifieri Wied tat-Troll, Żebbuġ u dan il-post ma hux post uffiċjali fejn jintrema rimi.
Il-bowsers huma reġistrati mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Qed isir studju biex jinstab post alternattiv bħala post fejn isir ir-rimi. Id-Dipartiment tad-Drenaġġ ma hux responsabbli mill-permessi irregolari li joħorġu mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.
Fil-futur hu propost li jitwaħħlu tabelli u jiġi numerati dawk is-siti fejn isir ir-rimi. Għandu jiġi publikat ktejjeb b'dawn is-siti u dan il-ktieb jitqassam lill-Kunsilli Lokali, lill-Kummissarju tal-Pulizija, lill-Agrikoltura, u s-Sanita' biex dawn jieħdu azzjoni immedjata jekk isir rimi f'postijiet mhux awtorizzati.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6795?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-kuntrattur li ingħata t-tender għal xogħolijiet ta` tqegħid ta` secondary cable tal-Maltacom hu Fenech Bros & Sons Ltd. S`issa saru 22 biċċa xogħol f`20 lokalita`.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6893, jista' l-Ministru jagħti fid-dettal x'kien l-eżitu tar-riżultat ta' l-istħarriġ li sar mill-Awtorita' tax-Xandir u mid-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili? L-istazzjon televiżiv in kwestjoni rrimedja s-sitwazzjoni għas-sodisfazzjon ta' l-entitajiet konċernati? L-aċċess għall-antenna huwa ssiġillat għal kull stazzjon televiżiv li qiegħed jagħmel użu mill-antenna tan-Naxxar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li wara li d-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili baqa` jsegwi l-każ, innota li l-interferenzi waqfu f`daqqa fit-12 ta` Mejju. Dan ġie kkonfermat fl-14 ta` Mejju meta rappreżentanti ta` l-Awtorita` tax-Xandir u tad-Dipartiment flimkien ma` rappreżentant ta` l-istazzjon għamlu spezzjonijiet fuq il-post fejn hemm l-apparat tat-trasmissjoni. Filwaqt li d-Dipartiment kien ċert illi l-interferenzi kienu kkaġunati mit-transmitter, it-tekniku ta` l-istazzjon televiżiv ikkonnċernat, meta ġie mistoqsi, qal li huma m`għamlu xejn fuq l-apparat.
L-arblu tal-Għargħur huwa taħt il-kontroll ta` l-Awtorita` tax-Xandir. Persuni tekniċi nominati mill-operaturi ta` l-istazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni għandhom aċċess għat-tagħmir ta` l-istazjon ikknċernat. Dettalji ta` l-ismijiet, dati, ħinijiet u r-raġuni ta` żjara jiġu nnotati mis-Security Guard ta` l-Awtorita`.
Jista' l-Ministru jispjega kif il-fond/garage 58, St Joseph Street, Valletta, ingħata b'mod dirett b'kera lil ċertu persuna li għadha ġejja Malta biss riċentement?
Jista' l-Ministru jispjega kif il-fond/garage indikat separatament ingħata b'mod dirett b'kera lil persuna li ġiet Malta biss riċentement u li dan nonostante li l-persuna ndikata separatament diġa' kellha l-pussess ta' l-istess garage u kien talab li tinħareġ tender u jiġi kkonsidrat jekk għandux jingħata dritt ta' l-ewwel rifjut tenendo kont li huwa kien ingħata permess jużah minħabba li proprjeta' ta' nannuh kienet ġiet demolita?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-persuna li ġiet mikrija l-garaxx Nru. 58, St. Joseph Str., Valletta, bħala alternattiva għall-fondi oħra li ġew demoliti in konnessjoni mas-Slum Clearance fl-1988/89, ma ġietx Malta riċentament imma hi ċittadina Maltija li minn żmien għal żmien tkun barra minn Malta.
Ninsab infurmat ukoll li l-garaxx in kwistjoni kien qed jiġi okkupat illegalment, mill-persuna indikata separatament, u d-Dipartiment ta` l-Artijiet ħa l-passi biex jerġa` jieħu l-pussess ta` l-istess garaxx. Meta f`Jannar ta` din is-sena id-Dipartiment kien ser jesegwixxi l-eviction, il-persuna li kienet qed tokkupa l-garaxx illegalment irritornat iċ-ċavetta.
31.05.99(a.m.)
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema maċ-Ċivil li temmew l-impjieg tagħhom matul l-1998? Xi gradi kellhom u f'liema dipartimenti kienu jaħdmu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2992, u għat-tweġiba tagħha li ngħatat fid-dsatax ta' Jannar 1999, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda aġġornata sa l-aħħar ta' Diċembru kif mitlub, bid-dettalji ta' dawk il-ħaddiema full-time fis-Servizz Pubbliku li temmew l-impjieg tagħhom matul l-1998.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'materjal konness mal-mużewijiet u siti storiċi tagħna ġie stampat mill-iStamperija tal-Gvern mill-1925 sal-ġurnata tal-lum?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
B'żieda għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 3542, ġejt infurmat li mill-informazzjoni li teżisti fl-Istamperija tal-Gvern, ma ġiet stampata l-ebda pubblikazzjoni konnessa mal-Mużewijiet u siti storiċi f'dawn l-aħħar ħames snin.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3645, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni b'kuntratt jew fuq bażi part-time, casual fil-perijodu: (1) bejn 1989 - 1996; (2) mill-1996 sa l-1998; u (3) minn 1998 s'issa? F'liema kapaċitajiet/gradi ġew ingaġġati dawn in-nies u kemm huma stmati s-salarji globali tagħhom? Jista' l-Prim Ministru jindika meta ħarġet is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal kull post?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li mill-informazzjoni li tinġabar f'dan l-Uffiċċju, tista tingħata dik li qiegħda miġbura f'tabella u listi li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. It-tabella turi n-numru ta' kuntratti ġodda li saru matul is-snin imsemmija, u n-numru ta' persuni li kienu jaħdmu fuq bażi part-time jew każwali kif kienu fl-aħħar ta' kull sena.
Il-listi mehmuża mat-tabella juru l-kuntratti ġodda li saru, sena b'sena, mill-1989 sal-1998.
Jien infurmat ukoll li l-informazzjoni dwar kuntratti ġodda ma tinkludix dik ta' persuni li bħal issa qed jaqdu dmirijiet fis-Segretarjati Privati tal-Ministri u Segretarji Parlamentari minħabba li l-proċess biex jiġu ffirmati dawn il-kuntratti għadu mhux konkluż.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma u liema kienu l-maġistrati u mħallfin li ngħataw xogħol ta' reviżjoni ta' atti notarili bejn l-1992 u l-1998? Jista' jgħid kemm-il att notarili ġie riferut lil kull ġudikant individwali? Jista' jgħid kemm huwa l-ħlas fuq kull att?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
B'referenza għall-ewwel parti tal-Mistoqsija qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopji ta' Avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern li fihom jidhru l-ismijiet ta' Imħallfin u Magistrati li ġew nominati bħala Viżitaturi tal-Qorti ta' Reviżjoni ta' l-Attijiet Nutarili għas-snin 1992-1998.
Iżda, ma nistax ngħid kemm-il att nutarili ġie riferut lil kull ġudikant individwali billi skond il-liġi huwa l-ġudikant reviżur li jitlob lin-nutar li tiegħu jkun viżitatur biex jipproduċi l-atti u dawk id-dokumenti l-oħra li huma soġġetti għall-viżta.
Il-ħlas huwa ta' 75 ċentenzmu għal kull att u Lm2 għal kull volum.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Ċivili fil-gradi ta': Director General, Directors in Scale 4, Directors in Scale 5, Officers in Scale 5, Officers in Scale 4, Assistant Directors, Senior Principals, Principals in Scale 7, Principals in Scale 8, Principals in Scale 9, Principals in Scale 10, Assistant Principals, Executive Officers u Clerks?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra skeda bid-dettalji mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar u s-26 ta' April, 1999, ingħataw 4 transfers fl-Awtorita` ta' l-Ippjanar li tlieta minnhom saru fuq talba ta' l-individwi konċernati, filwaqt li fil-każ l-ieħor persuna ġiet trasferita minn Unit għal ieħor.
Bħal f'kull dipartiment ieħor, transfers isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.
26.05.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-Dipartiment ta' l-Artijiet? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar u s-26 ta' April, 1999, ma ngħata l-ebda transfer mid-Dipartiment ta' l-Artijiet.
26.05.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-Uffiċċju Konġunt? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar, 1999, u s-26 ta' April, 1999, kien hemm transfer wieħed biss mill-Uffiċċju Konġunt u dan sar fuq talba tal-persuna konċernata.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3108 li tajt lill-istess Onor. Membru dwar l-istess materja.
26.05.99 (p.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Isports? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul il-perjodu indikat ġie trasferit ħaddiem wieħed mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport għall-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Dan it-transfer sar minħabba ħtieġa ta' staff fil-Ministeru. L-Onor. Interpellant jaf tajjeb li t-transfers dejjem isiru skond l-esiġenzi tas-servizz. Għalhekk minhix f'pożizzjoni li ngħid jekk hux se jsiru iktar transfers fil-futur qrib.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 lill-ħaddiema ta' l-Uffiċċju tal-Budget? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Ma ngħata ebda trasferiment fl-Uffiċċju tal-Budget fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April lill-ħaddiema ta' l-Uffiċċju ta' l-Istatistika? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 6464 magħmula mill-Onorevoli Interpellant.
Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji — Każi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid: (1) kemm kienu l-każi li ġew deċiżi mit-Tribnal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji? (2) Kemm minn dawn il-każi ġew deċiżi favur ir-rikorrenti? (3) F'liema data dawn ġew deċiżi mit-Tribunal u f'liema data dawn ġew attwati mill-gvern preżenti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li, sa l-aħħar ta' April 1999, in-numru ta' każi li ġew deċiżi mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji kien ta' 112.
Minn dawn il-każi, 65 ġew deċiżi favur ir-rikorrenti.
Ma din it-tweġiba, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, tabella li turi d-dati meta dawn il-każi ġew deċiżi mit-Tribunal flimkien mad-dati meta dan l-Uffiċċju ġie mgħarraf li r-rakkomandazzjonijiet tat-Tribunal ġew implimentati.
Fost il-każi fejn, fl-aħħar kolonna, m'hemmx data indikata, jista jkun hemm xi uħud li għalkemm fil-fatt, ġew implimentati, dan l-Uffiċċju jkun għadu ma ġiex mgħarraf b'dan mid-dipartiment jew l-organiżżazzjoni konċernati.