Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7230 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji ta' logħob tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proċeduri se ssegwi l-pulizija din is-sena dwar l-għoti ta' liċenzji għall-ħruġ tal-logħob tan-nar fil-festi fl-ibliet u fl-irħula?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'Novembru u f'Diċembru tas-sena l-oħra ġew pubblikati r-regolamenti ġodda dwar il-kontroll ta' xogħlijiet tan-nar permezz ta' l-A.L. 266 u A.L. 243 ta' l-1998. Għaldaqstant il-permessi għal ħruq tan-nar iridu jkunu konformi ma' dawn ir-regolamenti.

Sigurta' Soċjali — Romol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta beħsiebu jwettaq il-wegħda li kien hemm fl-aħħar Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista fuq paragrafu 18 li romol mhux se jibqgħu jiġu ntaxxati bħala ġuvintur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li billi l-Mistoqsija tiegħu tirreferi għat-taxxa fuq l-income li jkollhom iħallsu r-romol, din jressaqha lill-Onor. Ministru tal-Finanzi. 31.5.99

Adozzjoni ta' tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma (u jekk jista' jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra) l-kriterji u ż-żmien biex wieħed jaddotta tfal minn barra minn Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kriterji lokali biex wieħed jadotta tfal minn barra minn Malta huma dawk indikati fil-Kodiċi Ċivili dwar l-Adozzjoni: fosthom illi koppja tkun tista' tħares l-aħjar interessi tal-minuri li tkun ser tadotta u tkun ilha miżżewġa ħames snin; illi r-raġel jew il-mara jkunu għalqu t-tletin sena u ma jkunux għalqu s-sittin sena u li l-wieħed jew l-oħra jkunu wieħed u għoxrin sena akbar mill-minuri. Persuna weħidha tista' tadotta. Il-kriterji barranin ivarjaw minn pajjiż għal ieħor imma l-interessi tal-minuri li jkun ser jiġi adottat huma dejjem ewlenin skond konvenzjonijiet internazzjonali. Adozzjonijiet mir-Rumanija u mill-Albanija huma regolati bi ftehim bi-laterali bejn iż-żewġ pajjiżi. Dokumentazzjoni dwar il-koppja tintbagħat lill-kumitati kompetenti f'dak il-pajjiż u dokumentazzjoni dwar il-minuri li ser ikun adottat, jiġifieri sfond soċjali u ċertifikati mediċi u oħrajn, jintbagħtu lill-koppja f'Malta permezz tad-Dipartiment Ħarsien tal-Familja. Iż-żmien meħud biex wieħed jadotta tfal minn barra minn Malta jiddependi minn każ għal każ. Fin-normalita' tal-każi dan jieħu minn sena sa sentejn. Importanti li, qabel ma koppja jew persuna tadotta, tieħu parir espert jew tmur fit-Taqsima ta' l-Adozzjonijiet, Dipartiment Ħarsien tal-Familja, Santa Venera. 31.5.99

Sigurta' Soċjali — Għajnuna soċjali

Question

In vista ta' mistoqsija parlamentari numru 4020, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba d-dipartiment spiċċax il-proċess ta' komputerizzazzjoni u għalhekk x'inhi l-possibbilta' li din il-Kamra tiġi nformata dwar kemm persuni qed jirċievu l-għajnuna soċjali ġewwa l-bliet ta' Bormla, Birgu, Senglea u l-irħula tax-Xgħajra u l-Kalkara?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għalkemm il-proċess ta' komputeriżżazzjoni fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali miexi b'pass mgħaġġel, dan għadu ma jkoprix il-Benefiċċji Soċjali kollha. L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar l-Għajnuna Soċjali tkun tista' tinġabar aktar tard din is-sena meta l-imsemmi benefiċċju jkun komputeriżżat. 31.5.99
Leg 9 PQ #7239 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Studji dwar grit blasting

Question

In vista ta' mistoqsijiet parlamentari numri 1996 u 3533 u tweġibiet mogħtija rigward studji futuri mid-dipartiment tas-saħħa dwar l-effetti tal-grit blasting fuq is-saħħa tal-bnedmin, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-konsiderazzjonijiet ta' riżorsi umani u finanzjarji sarux u għalhekk hemmx il-probabbilta' li tali studju jkun għad-dispożizzjoni tal-poplu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa permezz tal-Clean Air Board qiegħed jippjana biex jikkollabora mal-programm ta' monitoring ta' l-arja li qiegħed jagħmel id-Dipartiment tal-Ambjent. Meta jkollna r-riżultati fuq dawk il-parametri fuq bażi regolari, dan id-Dipartiment ikun fil-pożizzjoni li jibda studju fit-tul fuq l-effett tal-grit blasting fuq is-saħħa. La darba dan l-istudju ikun jista juri xi riżultati xjentifiċi, dawn jiġu ppubbikati kif inhija n-norma.
Leg 9 PQ #7240 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tagħlim tal-Franċiż

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm hemm u kien hemm studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-Franċiż fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7241 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kalkara — Bieb is-Salvatur - Restawr

Question

In vista ta' mistoqsija parlamentari numru 3776, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk irriżultax li l-awtoritajiet kompetenti għamlu studju jew rapport rigward l-ispejjeż involuti fir-restawr ta' Bieb is-Salvatur fil-Kalkara?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7242 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sta. Luċija — Kappella

Question

In vista ta' mistoqsija parlamentari numru 4051, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba huwiex possibbli għad-dipartiment li jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu lill-awtoritajiet eklesjastiċi sabiex issir il-manutenzjoni tal-Kappella ta' Sta. Luċija li qiegħda fit-triq minn ħdejn Tal-Barrani għar-raħal tal-Gudja?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7243 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Auberge de Castille

Question

In vista ta' mistoqsija parlamentari numru 3678, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba ġewx stabbiliti l-ħinijiet u l-ġranet meta partijiet mill-Auberge de Castille se jkunu miftuħa għall-pubbliku u jekk le, jikkonsidrax li dawn ikunu miftuħa matul is-sajf?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Għad ma kienx possibli li Auberge de Castille tiġi miftuħa għall-pubbliku kif issuġġerejt fir-risposta għad-domanda numru 3678 ta' l-Onor Interpellant. Iżda nittama li dan ikun jista jsir aktar tard din is-sena.
Leg 9 PQ #7248 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Persuni neqsin mid-dawl — Faċilita' ta' ATM's

Question

Peress li fil-gżejjer tagħna l-ATM's mhumiex aċċessibbli għall-persuni għomja, jista' l-Ministru jikkonsidra li l-gvern jagħmel talba sabiex għall-futur dawn ikunu mgħammra b'apparat ta' speech synthesis sabiex il-persuni għomja jkunu jistgħu jagħmlu użu minnhom?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #7267 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Parapetics

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn tfal neqsin mis-smigħ ġew mċaħħda mill-għajnuna tal-Parapatetics biex jgħinuhom jaqraw waqt li kienu qed jagħmlu eżami tal-Junion Lyceum fil-Furjana fi skola ħdejn Sarria? Jista' l-Ministrtu jgħid għalfejn meta l-ġenituri ta' l-istess tfal marru d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni dakinhar stess (21/5/99) ma ħadux sodisfazzjon ta' dak li ġara? Jaħseb il-Ministru li dan hu l-mod kif għandhom jiġu trattati tfal b'diżabilita' meta l-iskola tibbaża l-futur ta' dawn it-tfal?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-eżami kollu għad-dħul fil-Junior Lyceums, li sar bejn is-17 u 21 ta' Mejju 1999, it-tfal neqsin mis-smigħ ingħataw il-firxa kollha ta' arranġamenti speċjali li huwa korrett li jingħataw. It-tfal kienu assistiti mill-'communicators' tagħhom. Dawn imxew fedelment mal-linji ta' gwida li fuqhom huma mfassla l-imġieba u l-metodi tal-'communicators' u t-tfal kienu mdorrija sew għall-'communicators' kif ukoll għall-metodi tagħhom. Dan intqal ukoll lill-ġenituri meta dawn, fit-tmiem ta' l-aħħar eżami fil-21 ta' Mejju, marru fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #7272 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Nursing staff

Question

Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' nursing staff u staff paramediku ġewwa l-Isptar ta' Għawdex? Kemm hemm minnhom fuq light duties?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-informazzjoni mitlub mill-Onor Interpellant hija dik kif tidher hawn taħt. Ħadd minn dawn il-ħaddiema mhu qiegħed fuq light duties. Grad Numru ta' impjegati Assistant Principal Radiographer 1 ECG Technician 2 Medical Lab Technologist 3 Occupational Therapist 1 Pharmacy Technician 2 Podologist 1 Prin cipal Med. Lab. Technologist 1 Principal Physiotherapist 1 Principal Radiographer 1 Senior Dental Hygienist 3 Senior Dental Technologist 1 Senior Occupational Therapist 1 Senior Pharmacy Technician 3 Senior Physiotherapist 3 Senior Radiographer 3 Senior Medical Lab. Technologist 4 Senior Speech Therapist 1 Speech Therapist 2 TOTAL 34 Grad Numru ta' impjegati Departmental Nursing Manager 2 Deputy Midwifery Officer 2 Deputy Nursing Officer 12 Enrolled Nurse 76 Midwife 4 Midwifery Officer 1 Nursing Officer 10 Staff Nurse 47 P.T.E.N. 12 P.T. Midwife 4 P.T.S.N. 7 TOTAL 177
Leg 9 PQ #7273 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mosta — Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li l-applikazzjoni għal bozza 120/39/2/73 ġewwa l-Mosta tiġi pproċessata minħabba li l-area hija mudlama u hemm diversi rapporti li qed tiġi frekwentata minn drug abusers?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba biex titwaħħal bozza fil-post imsemmi qed tiġi kkunsidrata flimkien ma` talbiet oħra.
Leg 9 PQ #7274 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Cleaners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' cleaners fid-Dipartiment tas-Saħħa, u x'persentaġġ jifforma mill-complemenent eżistenti li jinsabu fuq light duties? Tista' l-informazzjoni tingħata sptar sptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Billi l-grad ta' `cleaner' ma jeżistix, nitlob lill-Onor.Interpellant tispeċifika għall-liema grad qed tirreferi.
Leg 9 PQ #7275 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infermiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mpjegati fid-Dipartiment tas-Saħħa fin-nursing grades, u x'persentaġġ jifforma mill-complement eżistenti li jinsabu fuq light duties? Tista' l-informazzjoni tingħata sptar sptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba dwar nfermiera fl-isptarijiet fid-Diviżjoni tas-Saħħa huwa kif ġej: Numru ta' Numru fuq % mpjegati light duty _______________________________ Sptar San Luqa 704 3 0.4 Sptar Boffa 76 - - Sptar Monte Carmeli 204 - -
Leg 9 PQ #7279 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assistent Kap

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7123, jista' l-Ministru jispeċifika jekk is-Sur Carmel D'Amato, fit-18 ta' Settembru, 1997, intbagħatx jagħmel xogħol ta' Assistent Kap ta'skola f'Sir Luigi Preziosi Girls' Secondary School St. Andrews?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li Mr D'Amato kellu dawn l-isturzzjonijiet. "Please note that pending your appointment as Assistant Head your services will be required in the following school/s with effect from 18th September 1999".
Leg 9 PQ #7280 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliki — Ipoteki legali

Question

Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7202?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7202 hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 31.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #7281 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Finanzi

BICAL — Kontrollur

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa l-attwali kontrollur tal-Bical? Hemm xi ħsieb li l-kredituri jingħataw lura ftit mill-flus li nvestew?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Kontrollur attwali huwa s-Sur Emanuel A Bonello. Dawk il-kredituri li kienu reġistrati fil-kotba tal-BICAL jew li ġew reġistrati konsegwenza ta` xi deċiżjoni tal-Qorti, ġa ħadu lura erbgħin fil-mija ta` flushom u dalwaqt sejrin jieħdu għoxrin fil-mija oħra.