Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrati — Ġurijiet Pendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn dawk il-persuni li qed jistennew li jgħaddu ġuri kemm hemm mill-akkużati li huma: (a) miżmuma l-ħabs, (b) qegħdin barra fuq pleġġ? F'kull każ kemm minnhom huma barranin?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li bħalissa hemm ħamsa u erbgħin (45) persuna jistennew li jgħaddu ġuri. Minn dawn hemm tmienja (8) barranin. (a) Sbatax (17) il-persuna li qed jistennew li jgħaddu ġuri huma mizmuma l-ħabs, li minnhom hemm sebgħa (7) ta` nazzjonalita` barranija. (b) Tmienja u għoxrin (28) persuna li qed jistennew li jgħaddu ġuri qegħdin barra fuq pleġġ li minnhom hemm persuna waħda (1) ta` nazzjonalita` barranija.

Qrati — Imħallfin u Maġistrati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm imħallfin u maġistrati li qed iservu fil-Qrati f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid min huma u meta ġie appuntat kull wieħed?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra lista aggornata ta Imhallfin u Magistrati li qed iservu fil-Qrati Maltin u Ghawdxin u d-data ta' meta gew appuntati.
Leg 9 PQ #35586 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Frodi minn Uffiċjal

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li uffiċjal għoli li kien jaħdem ma' l-Air Malta u li kien ibbażat Dubai iffroda lil Air Malta mijiet ta' eluf ta' liri? Jista' jgħid jekk il-Gvern jafx fejn tinstab din il-persuna? Jekk fl-affermattiv x'passi ħa l-Gvern biex din il-persuna tinġieb lura minn fejn hi sabiex tħallas ta' għemielha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #35587 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

L-Isptar San Luqa — Barranin Rikoverati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm barranin rikoverati fl-isptar San Luqa f'dawn l-aħħar sentejn? Kemm minn dawn il-barranin ma kenux koperti bil-ftehim reċiproku li għandha Malta dwar is-saħħa kif għandha ma' l-Ingilterra u mal-Belġju? Kemm minn dawn il-barranin li ma kenux koperti bi ftehim bħal dan kellhom insurance? Huwa minnu li l-awtoritajiet ta' l-isptar naqsu li jibagħtu l-kontijiet lill- insurances ta' dawn il-persuni u huwa minnu li dawn il-kontijiet dovuti lill-poplu Malti jlaħħqu miljuni ta' liri? Jekk dan hu minnu, x'passi se jieħu l-Ministru kontra dawk responsabbli minn dan in-nuqqas kriminali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.

Skema ta' Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li dawk li jgawdu mis-sussidju tal-kera dan l-aħħar irċevew ittra mingħand l-awtorita' tad-djar li tgħarrafhom li skema HD11 li taħtha kienu jieħdu s-sussidju ntemmet fl-1999 u li issa jridu jerġgħu japplikaw taħt skema R? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid għaliex jekk skema HD11 intemmet fl-1999 kien proprju issa li ġew informati, (tliet snin wara)? Għaliex lil min qed imur japplika, qed jgħidulu li se jkollu jħallas tar-riċerki li jridu jsiru? Jista' jgħid x'riċerki hem bżonn meta ħafna minn dawn li jgawdu minn din l-iskema huma nies li jgħixu bis-servizzi soċjali? Jikkonsidrax il-Ministru li l-awtorita' tad-djar biex tiffranka l-flus lil dawk in-nies li jgħixu bis-servizzi soċjali tirreferi l-każ ta' l-applikazzjoni l-ġdida lid-dipartiment tas-servizzi soċjali, li wara kollox jaqa' taħt l-istess Ministeru biex jiġi aċċertat jekk il-pożizzjoni ta' l-applikant tbiddlitx? Ma jidhirlux il-Ministru li dawn in-nies, li ħafna minnhom iridu jagħmlu sforz biex jgħixu bl-assistenza soċjali, se ssir inġustizzja magħhom? Jista' il-Ministru jordna li fil-każ ta' dawn il-kategoriji ta' nies li jgħixu bl-assistenza soċjali ssir eżenzjoni mill-ħlas tar-riċerki, bħalma ssir ukoll eżenzjoni mill-ħlas tal-fees ta' l-eżamijiet ta' uliedhom, proprju għax hu rikonoxxut li dawn jgħixu bil-ftit servizzi soċjali li jirċievu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema HD 11 taħt id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, li kienet tirrigwarda sussidju fuq il-kera għal periodu ta' għaxar snin, għalqet fl-1999 u flokha nfetħa Skema R taħt l-Awtorita' tad-Djar. Bħal kull skema oħra, biex persuna tibbenefika minn Skema R irid isir it-test tal-meżżi u għalhekk irid jsiru r-riċerki neċessarji biex jiġi żgurat li min jibbenefika minn din l-iskema jkun fil-fatt intitolat li jagħmel hekk u li jirċievi s-sussidju dovut. L-Awtorita' tad-Djar titlob lill-applikanti jħallsu dawk l-ispejjeż li tkun għamlet hi biex tagħmel dawn ir-riċerki. Għalhekk ma narax li qed issir xi inġustizzja ma' l-applikanti aktar u aktar meta s-sussidju massimu li kien jingħata taħt Skema HD 11 kien ta' Lm215 fis-sena u dak massimu taħt l-iskema l-ġdida, Skema R hu ta' Lm315 fis-sena.
Leg 9 PQ #35591 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Vapuri tal-Gwerra

Question

Jista' il-Ministru jgħid b'liema mod il-gvern qed jaċċetta vapuri tal-gwerra fil-port ta' Malta?

Response (BORG, JOE)

La l-Kostituzzjoni Maltija, u lanqas il-liġijiet tagħna, ma jipprekludu vapuri navali barranin milli jwettqu żjarat ta' kortesija f'pajjiżna. Naturalment, dawn iż-żjarat huma regolati minn proċedura amministrattiva stabbilita. Fit-23 ta' Ġunju 1988, din il-Kamra kienet approvat riżoluzzjoni fejn ġie riaffermat illi ebda armamenti nukleari m'għandhom jithallew fuq territorju malti. Madwar din ir-riżoluzzjoni kienu sussegwentement tfasslu kundizzjonijiet ġenerali li jiġu applikati kull meta xi gvern barrani jitlob il-permess sabiex vapuri navali tiegħu jidħlu Malta fuq żjara uffiċċjali. Ma naf bl-ebda każ fejn gvern ta' xi pajjiż ieħor, inkella xi ekwipaġġ barrani, naqas li jirrispetta l-kundizjonijiet li jingħatawlu meta jżuruna l-vapuri tçgħu.
Leg 9 PQ #35592 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 34975, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li l-Enemalta f'każ ta' estenzjoni ta' dawl għal ġewwa kamra ta' għalqa fi Triq Ħ'Attard, Ħaż-Żebbuġ, l-arbli ġew mgħoddija mill-għelieqi waqt li għall-farmhouse fi Triq bejn Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi, l-uffiċjal qiegħed jirrifjuta li jgħaddi l-arbli mill-għelieqi bħal fil-każ imsemmija hawn fuq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret min-nies tal-Korporazzjoni Enemalta, ma jirriżultax li l-arbli li intużaw biex jingħata servizz ta' l-elettriku fi Triq H'Attard, Ħaż-Żebbuġ ġew mgħoddija minn għalqa, iżda minn passaġġ eżistenti. Fil-każ tas-servizz ta' l-elettriku mitlub f'Farmhouse li tinsab bejn Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi, il-proposta ta' kif għandu jsir ix-xogħol saret skond il-prattika normali tax-xogħol u l-Electricity Supply Regulations.

Housing

Question

Jista' il-Ministru jordna li jittella ħajt madwar biċċa art pubblika li tinsab f'idejn l-housing authority department u li fuqha hemm bir mikxuf?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lil-Onor. Interpellant jindika fejn tinsab din il-biċċa art u jgħaddi l-informazzjoni lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #35594 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Żabbar — Sleeping Policemen

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsir sleeping policemen fi Triq Alessio Erardi, Żabbar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ għat-Traffiku ma għandu l-ebda talba mill-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar sabiex issir sleeping policeman fi Triq Alessio Eraldi.
Leg 9 PQ #35595 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jerġa' jkun hemm reklutaġġ ta' gunners fl-AFM?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Mistoqsija Numru 34528 li t-twegiba ghaliha nghatat fis-Seduta Numru 769 tat-8 ta’ Lulju 2002.

Triq Mdina Road — Zebra Crossing

Question

Jista' il-Ministru japprova li ssir zebra crossing illuminata fi Triq Mdina Road kantuniera ma' Triq iċ-Ċawsli peress li ż-zebra crossing li hemm tinsab kważi kilometru 'l fuq u ta' tbatija għall-ħafna anzjani?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku spezzjona l-każ u jirriżulta li z-zebra crossing li hemm, fi triq l-Imdina hija fil-limitu ta' walking distance minn k/m Triq iċ-Ċawsli.
Leg 9 PQ #35600 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

EIA — Rapport

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport tal-EIA propost mill-Profs. P. F. Schembri u Joe Borg in konnessjoni mal-permess li ngħata riċentement ġewwa Bengħajsa? Qed ngħaddi l-application no. in konnessjoni ma' dan ir-rapport b'mod separat.

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mitlub mill-Onor. Interpellant. L-Onor. Membru nittama li japrezza li din l-informazzjoni qed tingħata minħabba t-tibdiliet fil-liġi dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp, u r-Regolamenti tal-EIA`s li daħħal dan il-Gvern, li permezz tagħhom hemm aċċess għal pubbliku għal din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #35601 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kordinament sar bejn l-Enemalta u dawk l-entitajiet kollha konċernati sabiex isir xogħol ta' tqegħid ta' cable f'Ħaż-Żabbar li jolqot Triq is-Santwarji, Triq il-Kbira, Misraħ is-Sliem, Triq il-Marloċċ u toroq oħra fil-qalba tal-Belt Hompesch?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #35602 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Żabbar

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm l-Enemalta biex jgħaddu l-cable tad-dawl minn Triq il-Marloċċ f'Ħaż-Żabbar sabiex il-kunsill lokali Żabbar ikun f'pożizzjoni li jirranġa din it-triq li tant hi fi stat ħażin li wieħed jevita li jgħaddi minn hemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga u eventwalment jieħu l-passi biex tinstab soluzjoni għar-riħa ta' drenaġġ li ħierġa u li qed taffetwa lir-residenti fi Triq Lapsi San Ġiljan fil-parti ta' fuq viċin il-parking ta' ħdejn l-entratura ta' l-iskola primarja?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ ikkonferma illi l-'main sewer' qed jaħdem regolari u ma jirriżultax illi hemm xi rwejjaħ.

Ħaż-Żabbar — Triq Spadara

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jinbeda t-tarmac fi Triq Spadaro f'Ħaż-Żabbar peress li l-ammont ta' ħofor li fiha ma jippermettux li tista' tgħaddi b'karrozza b'mod aċċettabbli fiż-żmenijiet tal-lum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34394.
Leg 9 PQ #35605 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatizazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'termini effetivi kemm mill-Lm40m tal-privatizazzjoni parzjali tal-MIA ġew minn barra bħala flus barranin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li nofshom oriġinaw min barra min Malta. Irrid inżid li anke jekk l-Onorevoli Interpellant għadu ma rrejalizzax, l-ekonomija Maltija issa mmaturat u għalhekk il-fizzazzjonijiet li kienu jeżistu fi żmien gvernijiet soċjalisti m’għadhomx jeżistu. Illum l-ekonomija tagħna hi kapaċi tiġġenera nvestiment mir-riżorsi li toħloq bl-attivita ekonimika li għandna. Hu wkoll pożittiv li l-banek lokali, li għandhom f’idejhom biljuni ta’ liri ta’ depożiti, jużawhom fl-iżvilupp ta’ pajjiżna. Meta l-banek Maltin għandhom likwidita qawwija f’idejhom, kienet tkun ħaġa aħjar – kif donnhom jaħsbu dawk li jaraw kollox iswed – li finanzjament isir minn benek barannin u mhux minn banek Maltin? Jien ma naħsibx hekk.
Leg 9 PQ #35606 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MIA — Ishma

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għadux bil-ħsieb li joffri ishma tal-MIA għall-bejgħ lill-pubbliku permezz ta' IPO f'Ottubru li ġej?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, kif ilna nħabbru, il-Gvern beħsiebu joħroġ għall-bejgħ lill-pubbliku permezz ta' IPO din is-sena. Id-data titħabbar meta jkun il-waqt.