Jista' il-Ministru jelenka kemm intlagħbu flus f'kull logħba organizzata mid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku fl-2002 separatament u kemm kien hemm rebħ li ma ġiex imsarraf?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li ser inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tgharrif mitlub.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jinħarġux xi permessi fuq karozzi li jkollhom ħġieġ skur biex ikunu permessi li jinsaqu fit-toroq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li d-Direttorat tal-Liċenzji u Testijiet joħroġ permessi għall-ħġieġ
light tint
biss.
Dawn jinħarġu bil-kundizzjoni li bl-ebda' mod dan it-tip ta' ħġieġ ma jkun qed irendi l-karozza inqas safe u li s-sewwieq ikun jista' jara dak kollu li hemm madwaru mingħajr xkiel.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni rigward il-ħġieġ skur tal-karozzi i)jekk hux permess u taħt liema kundizzjonijiet, ii)min jawtorizza tali sitwazzjoni, iii)jirriżultax li jista' jkun hemm konflitt bejn permessi li jinħarġu mill-Awtorita' tat-Trasport u r-regolamenti tal-pulizija rigward it-traffiku?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-responsabbilita` għall-ittestjar, reġistrazzjoni u liċenzjar ta` vetturi bil-mutur u s-sewwieqa tagħhom illum hija vestita fid-Direttorat għal Liċenzji u Testijiet fi ħdan l-Awtorita` dwar it-Trasport ta` Malta. Għaldaqstant, nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi fuq il-mistoqsija parlamentari numru 37851 u cioe' peress li saret allegazzjoni waqt id-dibattitu tas-Saħħa (waqt il-Budget) mill-kelliem ewlieni fuq is-saħħa ta' l-Oppożizzjoni li ddaħħlu f'Malta mediċini li kienu ġejjin minn attivita' ta' kuntrabandu, jista' l-Ministru jgħid x'rapporti sarulu, x'investigazzjonijiet saru, x'riżultati instabu u x'passi ttieħdu?
Response (DALLI, JOHN)
Id-Dipartiment ghadu qed jistieden lil min ghamel l-allegazzjoni biex jaghti izjed informazzjoni dwar din il-medicina. Billi intuzat il-kelma 'kuntrabandu' dan jista' ifisser li ma saritx dikjarazzjoni tad-Dwana. Nerga' nsemmi li m'hemmx dazju fuq il-medicina.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-istudju li kellhom jagħmlu l-konsulenti Taljani IRMA dwar iċ-ċaqliq fis-swar ta' l-Imdina ġiex kumplut? Jekk fl-affermattiv kemm ġie jiswa dan l-istudju? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan l-istudju? Min hu r-rappreżentant tad-ditta IRMA f'Malta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Dan l-istudju li qiegħed isir dwar iċ-ċaqliq fis-swar ta' l-Imdina għadu mhux lest pero' jinsab fi stadju avvanzat ħafna.
F'liema stadju wasal il-proġett ta' Park and Ride li bih jonqsu l-vetturi li jidħlu l-Belt u l-Floriana?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ħarġu sejħiet għall-offerti sabiex isiru x-xogħolijiet fi Triq Nazzjonali biex it-traffiku ikun jista' jdur għal ġol Crown Works.
Fil-preżent dawn l-offerti qed jiġu vvalutati biex jiġi stabiliet x'impatt ser ikollhom fuq is-sistema tat-traffiku fil-lokalita' fil-preżent, in vista tax-xogħol ta' restawr li qed isir fuq il-bieb tal-Bombi.
Meta jingħata tender għal kuntratt ta' xogħol ta' tisbiħ ta' ġonna f'żoni residenzjali bħal dak fi Pjazza Preziosi Floriana, jistgħu l-Kunsilli Lokali kkonċernati jorbtu lil-kuntratturi sabiex is-sit ma jispiċċax f'dlam ċappa sakemm jitlestew ix-xogħljiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li Kunsill Lokali jista' jorbot lill-kuntratturi li jkunu nghataw tender għall-kuntratt ta' xogħol ta' tisbiħ ta' ġonna residenzjali biex is-sit ma jispiċċax fi dlam ċappa sakemm jitlestew ix-xogħolijiet. Dan jista' jsir billi l-Kunsill jagħmel kundizzjonijiet simili meta tinħareġ talba għall-offerti.
Kunsill jista' jiggwida ruħu wkoll permezz ta' l-Avviż Legali 119 ta' l-2002 fejn hemm stipulat illi (i) kuntrattur għandu jqiegħed dawl adegwat ma' nżul ix-xemx fuq materjal depożitat, kif ukoll (ii) Kunsill jista' jagħmel dawk il-pattijiet u kundizzjonijiet li jidhirlu xieraq.
Kemm-il persuna barranija ngħatat sentenza ta' priġunerija matul 2002? Ta' liema nazzjonalita' kienu, pajjiż, pajjiż?
Response (BORG, TONIO)
Matul is-sena 2002 il-qrati ta` Malta u Għawdex taw mitejn u tmenin (280) sentenza karċerarja.
Dawn ingħataw lill-persuni ġejjin mill-pajjiżi kif jidher hawn taħt:-
Malta
197
Renju Unit
5
Marokk
3
Libja
33
Italja
2
Ċina
5
Alġerija
5
Niġerja
2
Iraq
1
Ukrajna
2
Palestina
1
Tuneżija
17
Yugoslavja
2
Bangladesh
3
Sudan
2
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tinvestiga l-każ tal-familja li d-dettalji tagħha qed nehmeż under separate cover għax din il-familja ilha snin twal tilmenta li l-ilma jinqata' kważi għal kollox kuljum mill-11 pm sas-6 am?
X'inhi r-raġuni li minkejja diversi ilmenti u korrispondenza, din il-problema ma ġietx solvuta?
Għaliex din il-familja jkollha ta' spiss pressa baxxa?
Possibbli dawn l-ilmenti jiġu investigati bis-serjeta`?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuq l-importazzjoni tal-laħam taċ-ċanga tal-friża? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuq l-importazzjoni tal-laħam tal-ħaruf? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuq l-importazzjoni tal-laħam abjad? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuq l-importazzjoni ta' l-ikel proċessat? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuq l-importazzjoni tal-butir? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuql-importazzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866.
Fuq liema kriterji u raġunijiet il-Gvern aċċetta fin-negozjati tiegħu ma l-UE li jneħħu nofs is-sussidju tal-NI (tal-Bolla) tas-sajjieda, raħħala u l-bdiewa b'effett tas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38176.