Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7244 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Birżebbuga — Sit preistoriku

Question

In vista ta' mistoqsija parlamentari numru 3535, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-proċess ta' xogħol li kellu jibda jsir bejn il-Mużew ta' l-Arkeoloġija u t-Taqsima tax-Xogħlijiet fuq is-sit preistoriku f'Birżebbuga magħruf bħala Borg in-Nadur bediex jew huwiex fil-fażi li se jinbeda?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7245 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet — Ħlas għad-dħul

Question

In vista ta' mistoqsijiet parlamentari numri 3536 u 3537, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba s-suġġerimenti hemm imressqa għal tfassil ta' l-użu tal-credit cards għall-entratura tal-mużewijiet u tat-tfassil ta' cd roms ta' l-istess mużewijiet tagħna ġewx rikonsidrati u għalhekk hemmx xi żviluppi li din il-Kamra tista' tiġi nformata bihom?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7246 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Kirjiet/ċnus

Question

In vista ta' mistoqsijiet parlamentari numri 3332 u 3681, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx żvilupp fuq dan il-każ u ġiex identifikat sit alternattiv għal min qiegħed jokkupa din il-Fortizza ta' San Anard u jużaha għall-iskop li m'huwiex ta' ġieh għan-nazzjon?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tweġiba hija fin-negattiv.

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Twaħħil ta' siġar

Question

In vista ta' mistoqsija parlamentari numru 3685, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm tħawlu siġar matul is-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 fit-tieni distrett elettorali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Skond ir-rekords li għandu d-dipartiment, minn 1996 il-quddiem, sar dan it-tħawwil ta' siġar/arbuxxelli fit-tieni distrett elettorali: Sena Siġar Arbuxelli 1996 49 338 1997 30 287 1998 17 198 Ma kienitx tinżamm statistika għal kull distrett qabel l-1996.

Persuni b'diżabilita'

Question

Bil-għan li jissaħħaħ u jitwettaq il-prinċipju li persuni b'diżabilita' jintegraw fid-dinja tax-xogħol fil-gżejjer tagħna, jista' l-Ministru jintroduċi skema ġdida maħsuba sabiex itaffi ftit mill-ispejjeż li jirrikjedu l-azjendi privati sabiex jinvestu u jipprovdu l-aċċessibilita' neċessarja sabiex jikkreaw ftit xogħol lill-persuni b'diżabilita'? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

1. Il-Ministeru għall-Politika Soċjali, l-aktar permezz tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u l-Korporazzjoni tal-Impjiegi u t-Taħriġ hu konxju mill-bżonn kbir li l-persuni b'diżabilita' jipparteċipaw aktar fid-dinja tax-xogħol. Għal dan il-għan, saru dawn it-tlett inizjattivi: (a) fl-1969, il-Gvern ta' dak iż-żmien għadda l-Liġi tal-Impieg (Persuni b'Diżabilita') li fost l-oħrajn tesiġi li 2 fil-mija ta' dawk li jaħdmu jridu jkunu reġistrati bħala persuni b'diżabilita'. Sfortunatament, din il-liġi ftit li xejn ġiet infurzata mill-amministrazzjonijiet kollha; (b) fl-1995, il Kummissjoni ħarġet il-politika nazzjonali dwar dan il-qasam. Dan id-dokument iservi ta' gwida ta' x'għandu jsir f'dan il-qasam; (c) fl-1995 ukoll, il-Korporazzjoni tal-ETC ħadet ir-responsabilita' ta' dan il-qasam u waqqfet unit żgħira biex tieħu ħsieb l-impjieg ta' persuni b'diżabilita'. Din il-unit għandha żewġ skemi biex tgħin persuni b'diżabilita' jidħlu fid-dinja tax-xogħol li kellhom riżultat raġonevolment tajjeb. Dawn l-iskemi ġieli inkludew għajnuna biex l-min iħaddem jingħata assistenza anke finanzjarja biex jirrendi l-post tax-xogħol aċċessibbli. 2. M'hemmx dubju li l-Liġi "Opportunitajiet Indaqs", ser tgħin ukoll biex jintlaħaq dan il-għan. 3. Madankollu hi l-opinjoni tal-Ministeru tiegħi li l-akbar ostakolu biex aktar persuni b'diżabilita' jidħlu fid-dinja tax-xogħol hi l-attitudni in ġenerali tal-pajjiż li għadha tħares lejn il-persuni b'diżabilita' bħala persuni mhux kapaċi u għalhekk hi aktar lesta li toffrielhom penzjoni jew xi forma ta' karita' milli lesta li toffri forom aktar immaġinattivi ta' sapport biex dawn ikunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Il-Ministeru tiegħu ta' l-inkarigu lill-Korporazzjoni tal-Impiegi u t-Taħriġ biex b'konsultazzjoni mal-KNPD u Organiżżazzjonijiet oħra tal-persuni b'diżabilita' jħejju pjan għal dan il-għan. Jiena infurmat li diġa bdew diskussjonijiet f'dan is-sens. 31.5.99
Leg 9 PQ #7250 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Ġarr ta' patata

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu t-tenders għall-ġarr bil-container tal-patata mill-packing station f'Ta' Qali għall-port? Xi prezz qed jinżamm, min hija l-kumpannija responsabbli mill-ġarr u kemm kien in-numru ta' kumpanniji li kkwotaw għall dawn it-tenders?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant kien imissu jaf li d-Dipartiment tal-Agrikoltura dejjem inkariga kumpaniji tal-vapuri biex iġorr il-patata ta' Malta lejn l-Olanda fuq bażi 'C & F delivered door to door' li jfisser servizz li jinkludi t-trasport, kemm lokali kif ukoll fl-Olanda.
Leg 9 PQ #7251 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija — Bejgħ ta' majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karkassi tal-majjal li xtraw il-bejjiegħa tal-laħam mill-5 ta' Settembru 'l hawn mill-biċċerija?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kif suppost li jaf l-Onor. Interpellant il-majjal kollu li jinqatel fil-biċċerija jiġi mgħoddi lid-distributuri permezz tal-KIM u l-figuri eżatti kemm ikunu xtraw il-bejjiegħa tal-laħam iżommuhom huma. Id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji qatt ma kellu aċċess għal dawn iċ-ċifri.
Leg 9 PQ #7252 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija — Bejgħ ta' ċanga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħwienet tal-laħam li xtraw ċanga friska mill-biċċerija mill-5 ta' Settembru 'l hawn xahar b'xahar? X'kienet il-kwantita' u kemm ħarġu ċertifikati lill-bejjiegħa tal-laħam xahar b'xahar?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru tal-poloz lill-ħwienet tal-laħam li xtraw ċanga friska mill-1 ta' Settembru, 1998 sal-25 ta' Mejju 1999 huwa kif gej: 1998 Sept. Oct. Nov. Dec. 1200 1136 1179 1446 1999 Jan. Feb. Mar. Apr. May 1206 1173 1373 1126 1107 Il-piż ta' ċanga friska u n-numru ta' ħwienet li ħadu ċertifikati huwa kif ġej f'din it-tabella. Hemm ħwienet li xtraw iżjed minn darba fix-xahar. 1998 Sept. Oct. Nov. Dec. Nru. ta 309 317 323 373 Ħwienet Piż 31535 32632 32791 39212 1999 Jan. Feb. Mar. Apr. May Nru. ta 318 295 365 255 247 Ħwienet Piż 30364 28598 33245 23963 24788
Leg 9 PQ #7253 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agri Export Marketing Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat tal-Agri Export Marketing Board mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Kemm fil-fatt jiswew aktar reefer trailers minn reefer containers?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Agricultural Export Marketing Board iltaqa ħames darbiet mill-5 ta' Settembru l-hawn. Rigward id-differenza fl-ispiża nvoluta bejn road trailer u container, din tiddependi minn diversi fatturi, li fosthom jinkludu destinazzjoni, rotta u fuq kollox disponibilita fil-ħin tal-mezzi u tal-vapuri tal-ġarr. Ovvjament dan kollu mhux biss jeffetwa t-tul tal-vjaġġ iżda wkoll il-prezz. Jien konvint li minn dan kollu l-Onor. Interpellant jifhem li huwa ferm diffiċli biex tiġi stabbilita differenza fissa għaliex din tiddependi miċ-ċirkustanzi tal-mument. Ma dan kollu wieħed ma jkunx żbaljat jekk jistima bejn Lm250 sa Lm500 iktar għal kull frigo road trailer ta' 40 pied aktar minn dawk għal frigo container tal-istess daqs. Infatti biex wieħed jifhem aħjar biżżejjed jinnota li l-ispiża għal-frigo road trailer destinat għall-Olanda via Reggio tinvolvi differenza ta' madwar Lm400 iktar minn dik għall-istess destinazzjoni iżda via Genoa jew Marsilja. Iżda dan jiddependi mill-iskedi tal-vapuri. Din id-differenza fil prezz tiġi kkunsidrata fid-dawl tal-vantaġġ li jista jintlaħaq billi l-prodott jasal iktar kmieni u jġib prezz aħjar. Dan jissarrag fi prezz aħjar għal bdiewa kif fil-fatt ġara bil-prezz rekord ta' Lm14.20 li ħadu l-bdiewa għal patata Sante' li ġiet esportata lejn l-Olanda parti minnhom bir-Road Traillers li l-Onor. Interpellant tant ikkritika.
Leg 9 PQ #7254 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Winery Adv.Board — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat tal-Winery Adv.Bord mill-5 ta' Settembru 'l hawn? Xi żviluppi kien hemm? Xi proposti ġodda saru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma saret ebda laqgħa tal-Wine Advisory Board mill-5 ta' Settembru 'l hawn. Iżda saru diversi laqgħat sabiex tiġi riveduta l-liġi tal-inbid.
Leg 9 PQ #7261 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kontravenzjonijiet tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kritika li saret dan l-aħħar lill-pulizija li m'hix soda u ferma biżżejjed fil-penalizzazzjoni fir-rigward ta' kontravenzjonijiet tat-traffiku hijiex ġustifikata jew le? Barra minn hekk il-pulizija tikkonsidra li min jagħmel kontravenzjoni u jinqabad ikollu jħallas iċ-ċitazzjoni fil-post tal-kontravenzjoni stess?

Response (BORG, TONIO)

Għalkemm fejn tidħol is-sigurta` fis-sewqan wieħed qatt ma għandu jserraħ moħħu b'dak li jkun qed isir jew li jkun sar, meta wieħed jikkunsidra l-isforzi li qed tagħmel il-Pulizija sabiex f'pajjiżna jkun hawn sewqan aħjar kif ukoll jipparaguna n-numru ta' ċitazzjonijiet dwar kontravenzjonijiet tat-traffiku mogħtija is-sena l-oħra ma' dawk mogħtija fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena, ma naħsibx li tali kritika hija ġusta. Rigward is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellanti fl-aħħar parti tal-Mistoqsija għad m'hemmx ħsieb li l-pulizija jagħmlu dan ix-xogħol. 31.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #7262 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Prostituti Russi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed tagħmel il-pulizija b'mod effettiv dwar allegati rapporti dwar prostituti mir-Russja u l-Ukrajna li allegalment intqal li qed jitħaddmu f'żewġ lukandi f'Tas-Sliema? Jista' l-Ministru jgħid ukoll bejn Jannar u April 1999 kemm tressqu tfajliet u nisa l-qorti akkużati bi prostituzzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed twettaq ħidma sabiex ma jkunx hemm l-allegat abbuż li rreferit għalih l-Onor. Interpellanti. Pero` mhux għaqli li wieħed jikxef id-dettalji ta' dan l-operat. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi bejn Jannar u April, 1999, tressqu 42 persuni l-Qorti akkużati bi prostituzzjoni. 31.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #7328 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet pendenti għandu l-Ministeru minn kunsilli lokali/għaqdiet u individwi biex faċilitajiet sportivi li hemm fl-iskejjel ta' l-Istat ikunu jistgħu jintużaw wara l-ħinijiet ta' l-iskola? Bħalissa liema huma dawk il-kunsilli lokali/għaqdiet u individwi li qegħdin jużaw dawn il-faċilitajiet? Dan isir bi ħlas u b'liema xorta ta' ftehim?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7338 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Zejtun — Triq id-Dulliegħ

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 6612, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex ma jibqax jiġi injorat l-enforcement notice li ħarġet l-istess Awtorita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kif diġa` għidt fit-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6612, wara l-azzjoni ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar, iż-żiemel kien tneħħa u s-sid kien ikkommetta ruħu li jneħħi l-magni li fil-fatt tneħħew. L-iscrap li baqa` ser jitneħħa fil-ġranet li ġejjin. Ninsab infurmat ukoll li aktar l-isfel fl-istess triq, l-Awtorita` ta' l-Ippjanar skopriet li fuq sit ieħor qed jinżamm trakk abbandunat b'xi scrap fuq. Inħarġet notice biex, is-sid ta' dan is-sit li għadu mhux magħruf, inaddaf l-istess sit. Fin-nuqqas ta' dan l-Awtorita` tieħu l-passi kif indikat fl-Att I ta' l-1992 dwar l-Ippjanar. 31.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #7340 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet Sportivi u volontarji — Faċilitajiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6714, jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-għaqdiet volontarji li qed ikollhom laqgħat mas-segretarju parlamentari minħabba li wrew interess li jkollhom titolu legali tal-faċilitajiet li jagħmlu użu minnhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għaqdiet volontarji li wrew interess li jkollhom titolu legali tal-faċilitajiet li jagħmlu użu minnhom u li qed ikollhom laqgħat mas-Segretarjat Parlamentari huma: Scouts Association 1st B'Kara Scout Group 18th M'Scala Unit - Girl Guides 31st Mosta Girl Guides Southern District Boy Scouts Malta Aviation Museum Foundation Motor Museum Malta
Leg 9 PQ #7349 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Liġi dwar il-Condomini

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5088 tas-Seduta Numru 69?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-diskussjonijiet li rreferejt għalihom fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5088 għadhom għaddejjin. 31.05.99(p.m.)
Leg 9 PQ #7350 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Raba' Distrett - Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li hemm allokati jaħdmu fir-Raba' Distrett Elettorali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-ħaddiema li jaħdmu mad-Dipartiment tal-Agrikoltura u li huma allokati jaħdmu fir-Raba' Distrett Elettorali huma hekk: Lokalita Numru ta' Ħaddiema Raħal Ġdid 11 Tarxien/Gudja Ix-xogħol li jkun hemm bżonn, issir mill-istess ħaddiema ta' Raħal Ġdid Santa Luċija 3 Marsa 6
Leg 9 PQ #7351 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Ambjent

Wied Blandun — Tindif

Question

Jikkunsidra l-Ministru li Wied Blandun, li jmiss ma' Raħal Ġdid u l-Fgura, jiġi mnaddaf? Jaħseb il-Minitru li wasal iż-żmien li tali wied isir park u mogħti lill-kunsilli lokali li jmissu miegħu sabiex jibqa' jiġi mħares?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ħadt nota tas-suġġeriment pożittiv li għamilli l-Onorevoli Interpellant.