Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Korporazzjoni Enemalta mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-perijodu msemmi ġiet impjegata persuna waħda fil-kariga ta` Senior Manager Human Resources. L-applikazzjoni għal din il-kariga ħarġet f`Awissu tas-sena l-oħra.
Leg 9 PQ #6491 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati pulizija ġodda mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar u s-26 ta' April, 1999, ma ġewx impjegati Pulizija ġodda. 31.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #6501 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tal-VAT — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema fl-Uffiċċju tal-VAT? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta` Jannar 1999 sas-26 ta` April 1999 sar trasferiment ta` uffiċjal wieħed minn mad-Dipartiment tal-VAT għal mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni wara li dan l-uffiċjal ġie assenjat bħala Direttur ma` dan id-Dipartiment. Sar ukoll trasferiment ta` uffiċjal ieħor mill-uffiċju Elettorali għal mad-Dipartiment tal-VAT wara li dan l-uffiċjal ġie appuntat bħala Spettur tal-VAT. Għalkemm in-numru ta` trasferimenti jinżamm limitat kemm jista` jkun, dejjem jinqalgħu ċirkostanzi fil-futur fejn ikun meħtieġ isir xi trasferiment.
Leg 9 PQ #6502 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Dwana? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Bejn l-1 ta` Jannar 1999 u s-26 ta` April 1999, tliet impjegati ġew trasferiti għal dipartimenti oħra, waqt li tnejn oħra ġew trasferiti għad-Dwana. Dawn it-trasferimenti seħħew fuq talbiet tal-persuni nvoluti.
Leg 9 PQ #7025 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Mdina Rehabilitation Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jistenna biex jaħtar l-Imdina Rehabilitation Committee peress li aktar ma jħalli żmien jgħaddi aktar se jiġri li din is-sena ma jintnefqux l-Lm200,000 allokati għar-restawr urġenti tul l-1999? X'inhuma r-raġunijiet li għalih l-Imdina Rehabilitation Committee għadu ma nħatarx?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern se joħroġ 'policy guidelines' ġodda fuq il-kumitati tar-riabilitazzjoni sabiex ikun hemm l-aqwa koordinazzjoni mal-Kunsilli Lokali.

Kunsilli lokali — Impjegati

Question

Minn Settembru, 1998 sa April, 1999, jista' l-Ministru jgħid kemm impjegaw magħhom fuq bażi full time u part-time il-kunsilli lokali f'Malta u f'Għawdex? Kunsill b'kunsill, fejn u kemm f'kull każ ġew reklutati impjegati ġodda?

Response (GATT, AUSTIN)

Naghti tweġiba f`xi seduta oħra peress li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar.
Leg 9 PQ #7027 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed tagħmel xogħol ta' Group D fl-Isptar San Luqa iżda qed tibqa' titħallas ta' Group A? Kemm se ddum f'din is-sitwazzjoni inġusta? X'rimedji jeżistu biex din il-persuna titranġalha s-sitwazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-persuna indikata għandha grad ta' Group `A'. Rigward ix-xogħol tagħha din tagħmel xogħol ta' Group `A' u ġieli taħdem ukoll fejn ikun hemm impjegati ta' Group għola. Dan ma jfissirx li qegħda tiġi mqabbda tagħmel xogħol ta' Group `D'.

Djar — Każ bil-file no. RO 50428

Question

Jikkonferma l-Viċi Prim Ministru li l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qiegħda tgħix f'dar rekwiżizzjonata filed: RO 50428 u l-istatus ta' dan il-fond huwa dokumentat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Membru jara r-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Nru. 6908 li tirriferixxi għall-istess persuna. 31.5.99
Leg 9 PQ #7078 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Casual cleaners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati u f'liema skejjel ġew impjegati casual cleaners fi skejjel governattivi fil-perijodu Settembru 98 sa April 99? Kemm ġew impjegati casual clerks u f'liema skejjel ġew impjegati fil-perijodu bejn Settembru 98 u April 99?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7079 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Cleaners/handymen

Question

Fis-17 ta' Mejju, 1999 il-Ministru stqarr li "qed jiġi studjat il-metodu kif isir redeployment aħjar" tal-cleaners u handymen fl-iskejjel? Fejn wasal dan l-istudju? X'passi prattiċi ttieħdu biex ikun hemm tqassim aħjar tal-cleaners u handymen? X'passi ttieħdu minn Ottubru 98 sa April 99 dwar il-problemi ta' dixxiplina u burokrazija f'dan il-qasam?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7213 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrija tal-Films — Kummissarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saret is-sejħa biex jiġi maħtur kummissarju għall-industrija tal-films? Kif saret l-għażla tas-Sur Winston Azzopardi? Minħabba f'dan ix-xogħol ġdid, is-Sur Azzopardi se jkompli jaħdem ma' NET TV? X'inhi r-remuneration tiegħu għal dan ix-xogħol ġdid ma' din il-kummissjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7214 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Liġijiet Maltin

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li partijiet sħaħ mill-proċess ta' l-iscreening li jqabbel il-liġijiet Maltin ma' dawk ta' l-UE jridu jerġgħu jsiru minħabba li dawn ma sarux b'mod korrett?

Response (BORG, JOE)

Mhux minnu li partijiet sħaħ mill-proċess ta` tqabbil ta` liġijiet bejn dawk ta` Malta u ta` l-Unjoni ma sarux sew u kellhom jerġgħu jsiru.
Leg 9 PQ #7215 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Sħubija ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk kienx fi żmienu jew fi żmien il-predeċessur tiegħu li l-Kabinett Nazzjonalista ddeċieda li għalkemm ikompli jfittex sħubija fl-UE ma' l-ewwel grupp għandu jkun lest li jmexxi dan it-target lura kemm-il darba jirriżulta li ma jkunx kiseb iż-żmien transitorju meħtieġ fin-negozjati? Liema huma dawk l-areas li l-gvern Malti jħoss li għandu bżonn perijodi tranżitorji twal għalihom?

Response (BORG, JOE)

L-objettiv tal-Gvern Nazzjonalista kien, għadu u jibqa li Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropeja mal-ewwel tkabbir li jmiss. Il-fehma tal-Gvern kienet u għadha li bin-negozjati jkun possibli ftehim fl-interess tal-poplu Malti.
Leg 9 PQ #7216 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji

Question

Il-gvern għadu jemmen li d-deċiżjonijiet tat-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji huma mandatorji u għandhom jitwettqu bilfors mill-gvern? Kemm hemm sentenzi li nqatgħu u li għadhom ma ġewx implimentati? Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tagħhom, każ każ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Att ta' l-1997 dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzja jipprovdi li jkun id-dmir tal-Prim Ministru li jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tat-Tribunal billi jistabbilixxi dawk il-proċeduri u jagħti dawk id-direttivi li jkunu meħtieġa għat-twettiq ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet. Ladarba din il-liġi ma nbidlitx, il-Gvern huwa tenut li jibqa jirrispettaha. Madankollu ma naħsibx li dan il-kliem ifisser li r-rakkomandazzjonijiet tat-Tribunal iridu jitwettqu bilfors mill-Gvern, kif poġġiha l-Onor Interpellant fil-mistoqsija tiegħu. Fil-fatt iltqajna ma rakkomandazzjonijiet tat-Tribunal li jinvolvu ħatra pubblika u li, skond il-Kostituzzjoni ta' Malta, jeħtieġu r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. F'dawn il-każi, għalkemm il-Gvern ha dawk il-passi meħtieġa biex ir-rakkomandazzjoni tat-Tribunal tiġi mplimentata, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ħasset li, għal raġunijiet validi, ma tistax tagħmel ir-rakkomandazzjoni taghha għal dan il-għan. Il-liġi ma ħasbitx għal eventwalita bħal din u, naturalment, deċiżjonijiet bħal dawn ma jistgħux jiġu mplimentati. Ninsab infurmat li, sal-20 ta' Mejju 1999, kien hemm 24 deċiżjoni tat-Tribunal li, s'issa, għadhom ma ġewx implimentati. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tagħhom, każ każ.
Leg 9 PQ #7217 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Kalkara — Proġett ta' manutenzjoni tal-jottijiet

Question

Jista' l-Ministru jindika ż-żewġ siti alternattivi li ġew indikati għall-proġett ta' manutenzjoni tal-jottijiet flok il-Kalkara? Meta se jiġi mgħarraf il-kunsill tal-Kalkara dwar dan?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għadu prematur illi jkunu indikati ż-żewġ siti alternattivi.
Leg 9 PQ #7218 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Familji Debono/Mifsud/Gaffarena — Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati biex jintlaħaq ftehim ħalli jingħata kumpens lill-familjari ta' Nardu Debono kif ukoll dwar it-talba għall-kumpens li għamel Anthony Mifsud u Martin Gaffarena? X'inhuma l-ammonti nvoluti ta' kumpens?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba ghal kumpens mill-familjari ta` Nardu Debono giet miċħuda in vista li hemm kawża ghad-danni pendenti kontra l-Gvern. Dwar it-talba ghal-kumpens minn Anthony Mifsud, l-avukat tieghu ghandu jissottometti xi documenti oħra biex jissostanzja t-talba li saret. Dwar it-talba ta` Martin Gaffarena, l-avukat tieghu ghadu kemm issottometta document ieħor u t-talba qed tiġi proċessata. Nixtieq nippreċiża wkoll illi f`dawn il-każijiet ma ġewx negozjati kif hemm imsemmi fid-domanda tal-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #7231 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Akkademja - Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-korp jaħdmu fl-Akkademja tal-Pulizija u x'personnel ieħor hemm f'din l-Akkademja? X'korsijiet kienu organizzati fl-Akkademja fl-aħħar ħames snin u kemm attendew persuni għalihom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm disa` membri tal-Korp u żewġ persuni pajżana jaħdmu fl-Akkademja. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7232 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Akkademja

Question

Jaħseb il-Ministru li wasal iż-żmien li l-Akkademja tal-Pulizija f'Sant'Iermu tingħata injezzjoni ġdida biex tkun aktar effettiva u rilevanti għaż-żmenijiet ta' llum?

Response (BORG, TONIO)

Bħalissa qed isiru diskussjonijiet ibbażati fuq ir-rapport li sar dwar l-istruttura u l-organizzazzjonijiet ta' l-Akkademja tal-Pulizija. 31.05.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #7233 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — DIK

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema fażijiet wasal il-proġett tal-bini tal-lock ups fil-bitħa tad-DIK tal-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-kumpless li jinkludi bini ta' lock-up ġdid, laboratorji forensiċi u uffiċċji ġodda għat-Taqsimiet Speċjalizzati jinsab fl-aħħar fażi tiegħu għal dak li għandu x'jaqsam ma' bini u kostruzzjoni. Inħarġu sejħiet għal offerti għal xogħlijiet ta' installazzjoni ta' ilma u elettriku, u mistennija joħorġu wkoll sejħiet oħra għal kumplament ta' xogħolijiet li jinkludu aperturi esterni, installazzjoni ta' liftijiet u tagħmir għall-arja kundizzjonata, u tqegħid ta' madum, tikħil u tibjid. Xogħol ieħor, inkluż aperturi interni, bibien ta' ċelel u għamara għall-uffiċċji mistenni jsir minn ħaddiema tad-Dipartiment.
Leg 9 PQ #7234 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Fixex points

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk wasalx iż-żmien li ċerti fixed points li jsiru minn membri tal-Korp tal-Pulizija għandhomx jibdew isiru minn membri tal-Forzi Armati ta' Malta?

Response (BORG, TONIO)

Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant qed jiġi kkunsidrat.