Legislature:
Category:
Reset
Active:

Imtarfa — Ċentru Ċiviku

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk iċ-ċentru ċiviku ta' l-Imtarfa hux qed jiġi amministrat mill-kunsill lokali tar-Rabat jew residenti tal-lokal? Peress li nifhem li din il-proprjeta' hija ntiża li tintuża għall-amministrazzjoni tal-ħtiġijiet lokali, u ladarba hu maħsub li jsir kunsill lokali fl-Imtarfa għandhom jittieħdu l-passi kollha f'dan ir-rigward, jikkonsidra l-Ministru li jinvestiga li dan il-bini jintuża għall-użu li hu intiż għalih u sadanittant jivverifika li dan il-bini jkun mgħasses u ma jintużax għal skop ieħor?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-ċentru ċiviku ta` l-Imtarfa la hu qed jiġi amministrat mill-kunsill u lanqas mir-residenti ta` l-Imtarfa. Iċ-ċwievet taċ-ċentru jinsabu ghand l-Awtorita tad-Djar. Dwar l-użu tal-post tittiehed decizjoni aktar il-quddiem skond l-esigenzi tal-lokal.
Leg 9 PQ #7398 Sitting 114 1999-06-02 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Menu ta' l-ikel

Question

Peress li fl-Isptar Monte Carmeli kien hemm ħafna tgergir fuq menu ta' ikel ripetut diversi drabi bla varjanza, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi żviluppi hemm f'dan ir-rigward u x'passi qed jittieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-menu tal-kċina ġie rivedut u saru t-tibdiliet neċessarji. Fil-fatt hawn menu ġdid u l-istess ikel jiġi servut darba kull ħmistax.
Leg 9 PQ #7399 Sitting 114 1999-06-02 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mellieħa — Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jieħu ħsieb sabiex tingħata l-asfalt/konkos tat-triq agrikola ħdejn ir-Ramla tal-Bir, limiti tal-Mellieħa, u dan sabiex l-inħawi jintlaħqu aħjar mill-bdiewa tal-lokalita'? (Kopja tal-pjanta qed tintbagħat separatament).

Response (ZAMMIT, NINU)

Ix-xogħol ta' tqegħid ta' konkos fuq it-triq imsemmija tpoġġiet fuq il-lista ta' prioritajiet biex tiġi kkonsidrata meta jsir xogħol fuq it-toroq mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.
Leg 9 PQ #7400 Sitting 114 1999-06-02 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mellieħa — Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jieħu ħsieb sabiex jingħata l-asfalt/konkos tat-triq agrikola fil-kontrada ta' Qasam Barrani l/o Mellieħa, u dan sabiex l-inħawi jintlaħqu aħjar mill-bdiewa tal-lokalita'? (Kopja tal-pjanta qed tintbagħat separatament).

Response (ZAMMIT, NINU)

Ix-xogħol ta' tqegħid ta' konkos fuq it-triq imsemmija tpoġġiet fuq il-lista ta' prioritajiet biex tiġi kkonsidrata meta jsir xogħol fuq it-toroq mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura.
Leg 9 PQ #7401 Sitting 114 1999-06-02 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra hux possibbli li tiġi mdawla t-triq prinċipali li minn niżla tal-Mellieħa tieħu għal Bajja tal-Mistra, skond ma jidhru mill-pjanta li qed tintbagħat separatament, in vista tal-fatt illi din il-bajja tintuża ħafna fis-sajf? Jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol isir fix-xahar ta' Ġunju qabel jibda sew is-sajf?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba sabiex tiddawwal it-triq imsemmija qed tiġi kkunsidrata flimkien ma` talbiet oħra.
Leg 9 PQ #6509 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 fid-Dipartiment tas-Saħħa? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 t'April 1999 saru 174 transfers fid-Diviżjoni tas-Saħħa. Minnhom 109 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru i jibqgħu jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #6510 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment ta' l-Ambulanzi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 fid-Dipartiment ta' l-Ambulanzi? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 t'April 1999 saru 5 transfers fid-Dipartiment ta' l-Ambulanzi. Minnhom 1 intalab mill-impjegat stess. Il-bqija saru u jibqgħu jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #6511 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Trasferimenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtha dipartiment b'dipartiment? Tista' l-Ministru tagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Tista' l-Ministru tgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li bejn l-1 ta' Jannar 1999 u s-26 t'April 1999 saru 35 trasferiment ta' impjegati bejn dipartiment u ieħor fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex. Barra minn dawn kien hemm ukoll 12-il trasferiment ta' impjegati minn dipartimenti tal-Gvern f'Malta għad-Dipartiment tal-Customer Services tal-Ministeru għal Għawdex. Dawn it-trasferimenti saru skond il-ħtiġijiet tad-dipartimenti konċernati.

Agrikoltura u Sajd — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bejn 1 ta' Jannar 1999 u 26 ta' April 1999 saru ħames transfers mid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd filwaqt li saru erba transfers minn Ministeri oħra għad-dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru. Saru ukoll żewġ transfers minn Dipartiment għall ieħor ta' dan l-istess Ministeru. It-trasferimenti saru minħabba l-esiġenza tas-Servizz, promozzjonijiet u talbiet personali ta' l-istess trasferiti. Bħalma ġara fil-passat, fil-futur iseħħu transfers bl-istess kriterji li jassiguraw iżjed serjeta w iżjed effiċċjenza fid-dipartimenti.

UE — Sħubija ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux sodisfatt bil-kwalita' ta' xogħol li qed isir min-naħa Maltija fil-ġbir u għoti ta' informazzjoni fil-proċess ta' screening li qed isir għall-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, JOE)

Minn dak li sar sa llum, iva, ninsab sodisfatt bil-kwalita` ta` xogħol li qed isir min-naħa Maltija fil-ġbir u għoti ta` informazzjoni fil-proċess ta` screening li qed isir għall-applikazzjoni ta` Malta fl-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #7129 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MITTS — CEO

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn waslu l-isforzi biex jiġi reklutat CEO għall-MITTS?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena infurmat li s-Sur Victor Vella AIMIS, FCCA, MBA ngħata l-ħatra bħala ċ-CEO il-ġdid tal-MITTS u li dan rrapporta għax-xogħol nhar it-Tnejn, l-24 ta' Mejju 1999. Is-Sur Vella intgħażel wara sejħa pubblika u proċess ta' għażla li saret mill-MITTS bl-assistenza kontinwa tal-kumpanija tal-konsulenza professjonali, PricewaterhouseCoopers. Is-Sur Vella li ilu jgħix barra minn Malta mill-1985 'l hawn, għandu esperjenza vasta ma' kumpaniji internazzjonali ta' l-informatika fl-Amerika u fl-Ewropa. Dan l-aħħar is-Sur Vella kien jgħix fl-Olanda.
Leg 9 PQ #7130 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Banek — Tranżazzjonijiet bil-bearer accounts

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-banek qed jiġbru n-numru tal-karta ta' l-identita' ta' dawk kollha li jagħmlu tranżazzjonijiet bil-bearer accounts? Jikkonferma li din it-tip ta' identifikazzjoni tfisser it-tmiem tal-bearer accounts?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li din il-proċedura ilha tiġi adottata għal dawn l-aħħar erba` snin u dan sabiex ikun hemm konformita` mal-provvedimenti ta` l-Avviż Legali numru 195 ta` l-1994 li daħal in vigore fit-30 ta` Diċembru 1994.
Leg 9 PQ #7179 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Instructors/instructresses — Interviews

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-instructors u instructresses wara li jagħmlu l-interviews? Se jiġu reklutati kollha?

Response (GALEA, LOUIS)

L-instructors/instructresses li temmew il-kors ta' taħriġ b'suċċess u li jinstabu aċċettabbli mill-Bord ta' l-Għażla mwaqqfa mill-PSC, jingħataw l-impieg.
Leg 9 PQ #7269 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Baħrija — Drenaġġ

Question

B'riferenza għal xogħlijiet li kellhom isiru sabiex jiġi estiż id-drenaġġ tal-Baħrija limiti tar-Rabat, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi? Meta fil-fatt se jibdew ix-xogħlijiet, kemm se jieħdu żmien dawn ix-xogħlijiet u kemm hija kkalkolata n-nefqa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ fil-preżent qiegħed jikkonsidra tlett (3) possibiltajiet għall-iskema tad-drenaġġ fil-Baħrija. L-ewwel proposta hi li jinbena impjant tad-drenaġġ żgħir għall-Baħrija biss. It-tieni proposta hi li s-sistema tad-drenaġġ tal-Baħrija tiġi mqabbda mas-sistema tad-drenaġġ ta' l-Imġarr. It-tielet proposta hi li s-sistema tad-drenaġġ tal-Baħrija tiġi mqabbda mas-sistema tad-drenaġġ tar-Rabat. It-tieni u t-tielet proposti jinkludu l-bini ta' 'pumping stations' kif ukoll 'pressure' u 'gravity' mains.
Leg 9 PQ #7271 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Banek — Persuni għomja

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li fejn ikun il-każ meta persuna nieqsa mid-dawl jew għamja tingħata l-informazzjoni kunfidenzjali tagħha mill-banek lokali, din l-informazzjoni tkun jew bil-braille jew fuq PC u/jew b'tip mkabbra skond il-bżonn partikolari ta' l-individwi u d-diżabilita' tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li diġa jeżistu servizz fid-Direct Banking tal-Mid-Med Bank fejn il-klijent jista` jisma informazzjoni rigward bilanċ u entrati fil-kont tiegħu. Barra minn hekk permezz ta` leħnu, persuna nieqsa mid-dawl tista` iċċaqlaq fondi, tħallas kontijiet u Credit Cards, jordna flus barranin u stationery. F`ċertu ħinijiet matul il-jum dawn il-persuni jistgħu ukoll jingħataw informazzjoni u assistenza bil-leħen minn skrivani li qegħdin hemm apposta għal dan il-għan.
Leg 9 PQ #7290 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

KIM — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat bejn il-Ministeru u l-KIM mill-5 ta' Settembru 'l hawn? X'kienu l-pariri u s-suġġerimenti li saru u xi żviluppi kien hemm?

Response (ZAMMIT, NINU)

Mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn saru tlett laqgħat bejn il-Ministeru u L-KIM. Id-dati ta' dawn il-laqgħat li nżammu kollha fil-Ministeru, saru fil-25 ta' Frar, Fit-18 ta' Marzu u fl-1 ta' April, 1999. Matul dawn il-laqgħat ġew diskussi diversi suġġetti u materiji ta' interess għall-istess Koperattiva. Kif ikun hemm riżultati konkreti, ovjament mingħajr supposizzjonijiet, dawn jiġu ppublikati.
Leg 9 PQ #7391 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Mistra Bay — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jara hux possibbli li l-bajja tal-Mistra tingħata uplift sostanzjali billi din iżuruha ħafna turisti u tinsab diżutili ħafna? Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi qegħdin jittieħdu f'dan ir-rigward għall-miljorament ta' dan il-post turistiku u bajja attraenti?

Response (REFALO, MICHAEL)

Skond il-'work plan' li hemm fil-kuntratt bejn id-Dipartiment tat-Turiżmu u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa rigward it-tindif tal-bajjiet, it-tindif tal-Bajja tal-Mistra għandu jsir bejn Ġunju u Settembru. Madankollu, ħaddiema tad-Dipartiment jagħmlu xogħol ta' tindif f'din il-bajja matul is-sena kollha. Il-possibilta' li l-Bajja tal-Mistra tingħata 'uplift' sostanzjali qed tiġi kkunsidrata.
Leg 9 PQ #7392 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Parkers

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra: (a) jekk hemmx liċenzji apposta għall-parkers; (b) jekk dawn l-istess parkers għandhomx ikollhom uniformi; (c) fejn hemm f'Malta u Għawdex allokati parkers; (d) jekk l-istess parkers għandhomx id-dritt li jitolbu flus minn min juża open parking spaces u jekk iva kemm; (e) jekk quddiem il-Ferries f'Tas-Sliema hemmx parker allokat u jekk dan jitħallasx mill-gvern/kunsill lokali jew lew; (f) jekk il-liċenzja ta' parker tistax tiġi trasferita jew tintiret?

Response (BORG, TONIO)

Dwar il-partitijiet (a), (b), (c), (d) u (f) tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 1788 u 6648. Dwar il-parti (e) ninsab infurmat illi hemm żewġ persuni li għandhom liċenzja ta' attendants fil-car park tal-Ferries.
Leg 9 PQ #7393 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Rabat — Ċimiterju

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex waslu l-affarijiet dwar il-bini ta' ċimiterju fil-limiti tar-Rabat, ħdejn iċ-ċimiterju ta' l-Ingliżi? Meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol? Il-kuntratt tat-tħaffir/bini ta' l-oqbra se ssir b'direct contract jew bit-tender? Kemm hu maħsub li se jkun hemm oqbra tal-komun u kemm li jinxtraw mill-privat? Jekk in-nies tar-Rabat, Mtarfa, Baħrija, Kunċizzjoni u Virtu' li japplikaw humiex se jingħataw preferenza?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika qed jinvestiga l-possibilita ta' bini ta' ċimiterju fil-limiti tar-Rabat mal-Awtorita ta' l-Ippjanar. Għalhekk hu kmieni sabiex tingħata aktar informazzjoni fuq meta se jinbeda x-xogħol, kif se jintgħażel il-kuntrattur, kemm oqbra se jinbiegħu lill-privat u kemm se jiġu merfugħa għall-komun. Preferenza tingħata lill-applikanti kif qegħdin fuq il- `waiting-list' għax-xiri ta' qabar, immaterjali minn liema lokalita huma.
Leg 9 PQ #7394 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Taxxa fuq riċetti ta' mediċina

Question

In vista tat-tneħħija tat-taxxa ta' 50c fuq ir-riċetti tal-mediċina, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru riċetti xahar b'xahar mill-1 ta' Ottubru, 1998 sat-30 ta' April, 1999 u kemm iffranka l-poplu f'dan ir-rigward?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' riċetti li ġew `dispensed' mill-Ispiżeriji Governattivi mill-1 ta' Ottubru 1998 sat-30 ta' April 1999 xahar b'xahar u kemm iffranka l-poplu bit-tneħħija tal-50ċ kien hekk: Xahar Numru ta'riċetti Flus iffrankati __________________________________________________ __ Ottubru '98 93,575 LM30,533.00 Novembru '98 85,666 LM27,375.00 Diċembru '98 85,326 LM26,862.50 Jannar '99 90,804 LM28,325.50 Frar '99 83,204 LM23,652.50 Marzu '99 108,576 LM27,100.50 April '99 96,358 LM24,321.50