Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet il-ħidma biex jitwaqqaf ċentru tar-riżorsi li jappoġġa l-iżvilupp ta' l-edukazzjoni inklussiva fl-iskejjel? Min se jkun imexxih? Min se jkun jaħdem fih? Fejn se jkun il-post u x'riżorsi finanzjarji u riżorsi oħrajn se jkollu biex jaħdem b'mod sodisfaċenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li Ms Billie Nightingale, konsulenta ta' nazzjonalita` Amerikana fuq il-programm għall-iżvilupp ta'l-edukazzjoni inklussiva, għadha kif ippreżentat rapport dwar kif jidhrilha li għandu jitwaqqaf iċ-ċentru tar-riżorsi li jappoġja l-iżvilupp ta' l-edukazzjoni inklussiva fl-iskejjel.
Ir-rapport qiegħed jiġi evalwat u r-risposti għad-domandi l-oħra joħorġu wara din l-evalwazzjoni.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu inizjattivi biex aktar għalliema f'Malta u f'Għawdex ikunu jafu x'inhi d-dyslexia u b'hekk aktar tfal ikunu jistgħu jiġu megħjuna u jonqos l-ittimbrar negattiv kontra tfal b'din il-kundizzjoni? Hemm xi pjan biex jittieħdu dawn l-inizjattivi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li barra minn tagħrif li jitwassal informalment fl-iskejjel fost il-kapijiet u għalliema, fis-7,8,9,12,13 u 14 ta' Lulju 1999 ser isir In-Service Course bl-isem "Bright Kids - Literacy Failure?"
Dan il-kors se jkun miftuħ għall-għalliema fil-Junior Lyceums u Skejjel Sekondarji u Primarji u għal dawk interessati li jagħtu support lil tfal bid-dyslexia.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'konklużjonijiet intlaħqu fil-laqgħa li kellu mal-eżekuttiv nazzjonali tal-GRTU dwar tibdiliet li jridu jsiru fl-iskema tal-pensjoni, liema laqgħa kienet fis-6 ta' Mejju, 1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-laqgħa msemmija mill-Onor. Interpellant kienet intiża biex jinżamm djalogu u diskussjoni fuq diversi oqsma. Ma kienx l-iskop tal-laqgħa li jinġibdu xi konklużjonijiet. Il-punti kollha li semmew waqt il-laqgħa qed jiġu evalwati mill-Ministeru.
2.6.99
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex fil-Freeport jiġu solvuti l-problemi tad-dewmien fiċ-ċaqlieq tal-containers minn Terminal II għal Terminal I, ċaqlieq li skond il-GRTU qed jieħu 72 siegħa, l-istess żmien li container jieħu biex mir-Renju Unit jasal Malta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li t-tul ta` 72 siegħa imsemmija, kienet riżultat ta` miżura temporanja li ttieħdet waqt li kienu għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Kumpanija u l-burdnara biex tinstab soluzzjoni għal diffikulta` li kienet inqagħlet bejniethom. Infatti fis-26 ta` Mejju 1999 ġie formulat abbozz ta` ftehim bejn il-partijiet li mistenni jwassal għal ftehim aħħari.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'ġara fuq it-tender li kienet ħarġet tal-Magna ta' l-Iscreening għal kanċer tas-sider? Għaliex din issa ilha 'l fuq minn 7 xhur biex tiġi mogħtija lill-aħjar offerent meta dan offra dak kollu rikjest?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment ma` għandu ebda tender pendenti dwar is-suġġett imsemmi mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-Dipartiment tal-Beach Cleaners? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Minħabba li l-'Beach Cleaning Division' huwa parti integrali mid-Dipartiment tat-Turiżmu, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 6518.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-Dipartiment tat-Turiżmu? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999, kien hemm 'transfer' wieħed biss, dak ta' 'Senior Principal Officer'. Dan it-'transfer' seħħ wara talba li għamel l-uffiċċjal innifsu.
Mhux f'pożizzjoni li ngħid jekk humiex ser isiru 'transfers' oħra minħabba li dawn isiru skond l-esiġenzi tas-Servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 t a' April 1999 fl-NTOM? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi fil-mistoqsija ma sar l-ebda 'transfer' fin-'National Tourism Organisation - Malta'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-ITS? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Minħabba li l-'Institute of Tourism Studies' huwa parti integrali mid-Dipartiment tat-Turiżmu, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 6518.
Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm permessi tal-pulizija biex waqt il-festa ta' San Ġużepp, ċelebrata fid-19/3/99 jiġu sparati murtali mill-ġnien pubbliku, Howard Gardens magħrufa bħala t-Tomba ftit 'il bogħod minn fejn kien hemm logħob tat-tfal għaddej b'mod li kien ta' periklu għalihom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ħruq tal-logħob tan-nar minn Howard Gardens, ir-Rabat, fid-19 ta' Marzu, 1999, kien kopert bil-liċenzja tal-Pulizija li nħarġet fis-6 ta' Marzu, 1999.
Ninsab infurmat ukoll li kienet saret applikazzjoni lill-Pulizija sabiex jiġi organizzat xi logħob għat-tfal f'post viċin mnejn kien ser jinħaraq il-logħob tan-nar u għalhekk din it-talba ma ġietx aċċettata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-pulizija li jaħdmu bix-shift ta' 24 siegħa xogħol u 24 siegħa frank ikollhom konċessjoni ta' ftit mistrieħ matul l-24 siegħa li jkunu fuq ix-xogħol?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru limitat ta' membri tal-Korp li jaħdmu bix-shift ta' 24 siegħa xogħol u 24 siegħa frank, meta l-esiġenzi tal-Korp jippermettu, diġa` għandhom il-konċessjoni ta' 10 sigħat mistrieħ kif jidher hawn taħt :
1.00 p.m.-4.00 p.m.Rest at Station
8.00 p.m.-9.00 p.m.Rest at Station
1.00 a.m.-7.00 a.m.Rest at Station
Dawn id-direttivi nħarġu permezz ta' Ċirkularijiet Numri 99/80 u 39/80. Mhux dejjem ikun possibli li jittieħed il-mistrieħ kollu konċess, u huwa għalhekk li dawn il-membri tal-Korp l-għada tad-'duty' tagħhom jieħdu 24 siegħa mistrieħ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun jista' jaċċetta studenti f'kull kors differenti li se jorganizza l-Istitut għall-Istudji tar-Restawr li se jorganizza f'Ottubru, 1999? Fejn se jsiru l-korsijiet u liema korsijiet se jiftħu f'Ottubru, 1999?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hu maħsub li kull sena b'effett minn Ottubru 1999 fl-Istitut għall-Istudji fir-Restawr, se jilqa` fih in-numru ta' studenti kif se nsemmi għal tlett korsijiet differenti:
Diploma fl-Istudi tar-Restawr u Konservazzjoni - 22 student
Ċertifikat ta' Assistent Restawratur - 15-il student
Ċertifikat ta' Artiġjan tar-Restawr - 15-il student
Peress li minn Ottubru li ġej l-Istitut għall-Istudju tar-Restawr se joffri korsijiet ta' sena u ta' tlett snin, jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm persuni jgħallmu f'dawn il-korsijiet, xi kwalifiki għandhom u minn liema pajjiż ġejjin?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-arbli tad-dawl minn Kennedy Grove sal-Coastline twaħħlu wħud minnhom quddiem il-crash barrier b'periklu serjissimu għas-sewwieqa meta nafu li għadd ta' persuni mietu wara li kienu f'karozzi li ħabtu ma' arbli tad-dawl?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-arbli msemmija twaħħlu maġend il-crash barrier peress li ma kienx fiżikament possibli li jitwaħħlu wara l-barriers imsemmija. Qed isiru diskussjonijiet mad-Dipartiment tat-Toroq sabiex il-crash barrier tiġi mressqa quddiem l-arbli.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi drittijiet għall-pensjoni għandha l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ħadmet bejn Settembru, 1954 u Mejju, 1965 u reġgħet bdiet taħdem bejn Jannar, 1995 u għadha taħdem u se tkompli taħdem sakemm tirtira minn hawn u ftit ieħor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment qiegħed jinvestiga l-każ tal-persuna kkonċernata. Billi t-talba hija għal stima ta' rata ta' pensjoni jkun meħtieġ li tinġabar ċertu nformazzjoni. Hekk kif jitlestew dawn l-investigazzjonijiet, il-persuna kkonċernata tiġi nfurmata bid-dettalji tal-każ tagħha.
1.6.99
Jista' l-istabbiliment, li ismu qed jintbagħat separatament, ikeċċi minn miegħu liż-żagħżugħ, li ismu qed jintbagħat separatament, wara li kien ilu sena u nofs miegħu, kultant taħt job coach provdut mill-Fondazzjoni Eden? Kif jista' dan l-istabbiliment ikeċċi lil dan iż-żagħżugħ bla ma qatt tah warning jew bla ma ġiet segwita xi proċedura li tintuża meta jintemmu l-impjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li ż-żagħżugħ li għalih qed jirreferi l-Onor. Membru kien ġie impjegat mill-istabbiliment indikat bis-saħħa ta' programm li jitmexxa mill-Fondazzjoni Eden u l-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ u li l-għan prinċipali tiegħu huwa li jinstab impjieg għal persuni b'diżabilita'.
Jirriżultali minn rapport tad-Dipartiment tax-Xogħol li, f'dan il-każ partikolari, sar kull sforz mill-istabbiliment konċernat sabiex dan iż-żagħżugħ ikun jista jkompli fl-impjieg tiegħu, iżda, anki wara konsultazzjoni ma l-istess Fondazzjoni Eden, instab li dan ma kienx possibbli.
Jien infurmat ukoll li, f'dan il-każ, ma kien hemm l-ebda ksur tal-liġijiet li jirregolaw l-kundizzjonijiet tax-xogħol.
1.6.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu liċenzji sa l-aħħar ta' Marzu, 1999 għal: a) ġarr ta' armi għall-kaċċa; b) insib; u c) arma biex tinżamm id-dar biss?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar il-ħlas tal-liċenzji speċifikati fil-Mistoqsija bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu, 1999, hu kif ġej : -
għall-ġarr ta' armi għall-kaċċa 9,032
għal insib 2,785
għal arma biex tinżamm id-dar biss 13,309
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir xi ħaġa sabiex dawk il-persuni li għandhom post tal-gvern mibni fuq art possession and use ikunu jistgħu jixtruha?
Response (BORG, TONIO)
Sabiex il-Gvern ikun jista` jiddisponi minn postijiet mikrija, l-art li fuqhom jinsabu dawn il-postijiet trid tkun tal-Gvern b'titlu assolut.
Fil-każi fejn l-art jew il-fondi li darba kienu eretti fuq din l-art, li ġew meħuda b'titlu ta' 'possession and use', il-proprjeta` tal-Gvern li tinsab fuq din l-art tista` tinbiegħ biss jekk is-sidien li kienu jipposjedu din l-art jew il-fondi li kien hemm, ikunu lesti li jaqilbu t-titlu għad-dominju pubbliku (public tenure) u kontestwalment ibiegħu l-kera tal-għarfien (recognition rent) lill-Gvern.
Is-sidien li kellhom proprjeta` meħuda b'dan il-mod qegħdin jiġu mħajjra jagħmlu dan.
Dipartiment tal-Kuntratti — Fondazzjoni għax-Xjenzi Mediċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sejħa għall-offerti li ħarġet il-Fondazzjoni għax-Xjenzi Mediċi għall-provvista ta' l-ikel fl-isptarijiet tal-gvern ġiet awtorizzata mid-Dipartiment tal-Kuntratti kif jitolbu r-regolamenti finanzjarji tal-gvern imressqa mill-Gvern Nazzjonalista f'Ġunju 1996 b'Avviż Legali 70/96? Jekk is-sejħa ġiet awtorizzata, meta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f`seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex fi żmien amministrazzjoni Laburista kien rifjutat li jiġi ngaġġat venereologist Malti fis-servizz tas-saħħa? Dan ġie ngaġġat issa? X'servizz qed jagħti preżentement?
Response (DEGUARA, LOUIS)
S`issa għadu ma ġiex ingaġġat venereoloġista Malti fis-Servizz tas-Saħħa.
Wara analiżi serja tal-ħtiġijiet tad-diviżjoni u fil-linja tal-politika
tal-Gvern li jsaħħaħ il-promozzjoni tas-saħħa, ser jiġi mpjegat venereoloġista Malti li minbarra d-doveri kliniċi tiegħu se jkun primarjament qed jaħdem fid-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa fejn ser jagħti s-sehem espert tiegħu fit-tagħlim dwar prevenzjoni ta` dan il-mard.