Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7544 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Trasferiment ta' pazjenta

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pazjenta li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament ma' din il-mistoqsija, issirilha transfer minn Mount Carmel Hospital għal St. Vincent de Paule?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-deċiżjonijiet fuq trasferimenti ta' pazjenti minn sptar għall-ieħor għandhom jittieħdu mill-management bl-għajnuna tal-professjonisti li jaħdmu magħhom. Il-kriterji għal kull trasferiment ta' pazjenti huma biss dawk mediċi.

Banek — Mid-Med Bank - Personal Assistant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-personal assistant ta' l-ex-Chairman tal-Mid-Med Bank b'kuntratt definit liema kuntratt ġie mitmum mat-tmiem taċ-chairmanship tiegħu, ġiet impjegata fulltime b'direct appointment ta' Clerk A b'salarju massimu fl-istess Mid-Med Bank? Jista' l-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dan il-post meta suppost li minn jiġi ngaġġat suppost li jidħol fuq grad bażiku ta' Clerk B? Meta ntalab il-permess mill-ETC meta il-bank li hu kumpannija parastatali biex jimpjega irid l-ewwel jitlob il-permess mill-ETC biex dawk iż-żgħażagħ li għandhom il-kwalifiki jistgħu japplikaw? Jista' l-Ministru jgħid jingħatawx ċans l-impjegati tal-bank li għandhom kemm seniority u kwalifiki daqs u aktar mill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament biex japplikaw għal dan il-post? Jista' l-Ministru jgħid jekk hux sejra ssir inkjesta fuq dan il-każ biex jiġi stabbilit minn kien responsabbli għal dan l-ingaġġ illegali u abbużiv?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7546 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Ħamrun — Regional Road - Ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux rapport ta' ħsarat li jidher li hemm fil-ħajt tal-mina ta' Regional Road, Ħamrun? Jaf il-Ministru li min jgħaddi mill-istess tunnel jinduna anke bi qtar ta' ilma li jinżel fuq il-karozzi li jkunu għaddejjin? Il-ħajt qiegħed jitmermer bl-ilma li qed jixrob? Qiegħed isir studju fuq il-ħsarat? Jekk iva, x'inhuma u min fejn ġejjin? X'beħsiebu jagħmel il-gvern biex isewwi l-ħsarat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #7547 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — Public convenience

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-public convenience ta' Wied il-Għajn li ilha lesta mill-amministrazzjoni l-oħra għadha ma nfetħitx? X'qed iżomm li din tinfetaħ għal pubbliku meta tant hemm bżonnha f'dik l-area ta' wara l-lukanda Jerma?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-'public convenience' ta' Wied il-Għajn ma nfetħitx minħabba diffikultajiet relatati mal-provvista ta' l-ilma u l-elettriku. Din il-faċilita' pubblika mistennija tinfetaħ fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #7548 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn/B'Buġia — Xatt

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir ftit maintenance ta' żebgħa fuq il-ħadid li twaħħal fl-amministrazzjoni Laburista max-xatt kollu ta' Wied il-Għajn u max-xatt ta' Birżebbugia għax dan qed issirlu ħsara?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-manutenzjoni tar-railings max-xatt ta' Marsascala u Birżebbuġia ser isir mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet. Mis-sena d-dieħla l-manutenzjoni se tkun responsabbilta' tal-Kunsilli Lokali ta' Marsascala u Birżebbuġia.
Leg 9 PQ #7549 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex għadhom ma twaħħlux l-arbli tad-dawl max-xatt ta' Wied il-Għajn? Jaf il-Ministru li kollox hemm lest min żmien l-amministrazzjoni Laburista u dawn kienu se jsiru b'importanza għax post turistiku? Jista' l-Ministru jara li jkunu lesti għaż-żmien tas-sajf?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7550 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru tas-Saħħa

Għawdex — Mard tal-kankru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' mard tal-kankru fil-gżira t'Għawdex matul dawn l-aħħar sitt snin sena b'sena u raħal b'raħal?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' każijiet ta' kanċer irreġistrati f'persuni residenti f'Għawdex raħal b'raħal bejn l-1993 u l-1998 fir-Reġistru Nazzjonali tal-Kanċer huwa skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7551 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Xlendi — Slielem fil-bajja

Question

Taf il-Ministru li s-slielem li hemm fil-bajja tax-Xlendi jinsabu fi stat t'abbandun? Tista' l-Ministru tieħu passi biex dan l-apparat jiġi rranġat jew mibdul skond il-ħteġijiet, peress li l-użu tagħhom huwa indispensabbli?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Is-slielem li rrifera għalihom l-Onorevoli Interpellant saru ġodda u ser jitpoġġew f'posthom fil-ġranet li ġejjin.
Leg 9 PQ #7552 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Telephone box

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal telephone box quddiem l-istage tal-karozzi tal-linja fi Triq Paola Hill ħdejn il-Paola Wolves, peress li hija bżonnjuża għar-residenti u mijiet ta' studenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.

Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies li biddlu l-impjieg tagħhom minn Ottubru 1998 sa Frar 1999, xahar b'xahar maqsumin f'irġiel u nisa u bl-etajiet? Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies jaħdmu mingħajr permess minn Ġunju 1998 'l hawn? Kemm minn dawn kienu barranin? Kemm minnhom kienu jieħdu r-relief jew jirreġistraw għax-xogħol? Kemm minnhom għadhom ma għalqux is-16-il sena? Jista' jagħti l-informazzjoni xahar b'xahar, maqsuma f'irġiel u nisa u bl-etajiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 2.6.99
Leg 9 PQ #6521 Sitting 115 1999-06-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Garaxxijiet tal-gvern — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 lill-ħaddiema tal-garaxxijiet tal-gvern? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bejn l-1 ta' Jannar 1999 u s-26 ta' April 1999, fil-garaxxijiet tal-gvern saru dawn it-transfers: 1 Senior Tradesman ġie trasferit għad-Dipartiment ta' l-Anzjani. (26/03/99) 1 Technical Officer ġie trasferit għal B.I.C.C. (04/01/99) 1 Senior Technical Officer ġie trasferit għad-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija. (24/03/99) Dawn it-trasferimenti saru kollha fuq talba personali ta' l-individwi konċernati.
Leg 9 PQ #6522 Sitting 115 1999-06-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment ta' l-Infrastruttura — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 lill-ħaddiema tad-distretti fid-Dipartiment ta' l-Infrastruttura? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bejn l-1 ta' Jannar 1999 u s-26 ta' April 1999 saru dawn it-trasferimenti: 1 General Hand ġie trasferit għad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura. (18/02/99) 1 General Hand ġie trasferit għad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent. (14/04/99) 1 Senior Operative trasferit għad-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni. (08/02/99) 1 Operative ġie trasferit għas-Sezzjoni tal-Watchmen. (30/03/99) 1 Operative trasferit għad-Dipartiment tad-Drenaġġ. (30/03/99) 1 Messenger ġie trasferit minn Distrett 10 għal Distrett 4. (11/02/99) Dawn it-trasferimenti saru kollha fuq talba personali ta' l-individwi konċernati.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4461, jista' l-Ministru jirrikonsidra r-risposta tiegħu peress li l-pubblikazzjoni ta' l-irċevuti konnessi huma fl-interess pubbliku peress li jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (GALEA, ĊENSU)

M`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 4461.
Leg 9 PQ #6571 Sitting 115 1999-06-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4459, jista' l-Ministru jrrikonsidra r-risposta tiegħu petress li l-pubblikazzjoni ta' l-irċevuti konnessi huma fl-interess pubbliku peress li jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (GALEA, LOUIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba oriġinali.
Leg 9 PQ #6572 Sitting 115 1999-06-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4460, jista' l-Ministru jirrikonsidra r-risposta tiegħu peress li l-pubblikazzjoni ta' l-irċevuti konnessi huma fl-interess pubbliku peress li jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4460.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4458, jista' l-Viċi Prim Ministru jirrikonsidra r-risposta tiegħu peress li l-pubblikazzjoni ta' l-irċevuti konnessi huma fl-interess pubbliku peress li jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M'għandi xejn x'inżid mat-Tweġiba li tajt għal-Mistoqsija Nru. 4458 fis-Seduta 84. 2.6.99

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-pjan tal-gvern sabiex isib impjiegi għall-ħaddiema li qed jirreġistraw għax-xogħol u għandhom aktar minn 48 sena? Kemm fil-fatt ġew impjegati ħaddiema ta' din l-eta' mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ hi konxja mid-diffikultajiet li nies ta' ċerta eta' ikollhom biex isibu mpieg. Għaldaqstant, għal dawn, kif ukoll għal kategoriji oħra ta' nies bi bżonnijiet partikolari, hija tipprova tgħinhom b'mod aktar personaliżżat. Biex tkompli ssaħħaħ dan il-għan l-ETC qed toffri wkoll l-iskema "Employment Training Placement Scheme (ETPS)" fejn tissussidja l-perjodu ta' taħriġ tal-bidu li dawn ir-reġistranti jkollhom bżonn. Matul il-perjodu li jkunu qed jirreġistraw, nies ta' ċerta eta', bħal oħrajn, jkunu wkoll jistgħu jiparteċipaw fl-iskema ta' xogħol fil-komunita'. Ta min isemmi wkoll li teżisti skema oħra fejn employers li jingaġġaw ħaddiema ta' l-fuq minn erbgħin sena (40), wara li jkunu ilhom jirreġistraw għal perjodu stabbilit, dawn jingħataw "rebate" fuq il-kontribuzzjoni tas-Sigurta Soċjali. Sadanittant il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ sabet mpieg għal tnejn u għoxrin (22) persuna li għandhom eta' ta' l-fuq minn 48 sena bejn il-5 ta' Settembru u l-aħħar t'April 1999. 2.6.99

Konferenza Nazzjonali dwar il-Qgħad

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif laqa' t-talba tal-UĦM biex issir konferenza nazzjonali dwar il-qgħad minħabba li pajjiżna bħalissa għandu l-għola ċifra ta' qgħad ta' dawn l-aħħar 12-il sena kif ukoll minħabba li din il-figura telgħet b'1,200 persuna f'dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għall-informazzjoni ta' l-Onor. Membru l-qgħad f'Novembru 1998 kien ta' 7,371, filwaqt li dak ta' April huwa ta' 7,402. Dan ifisser żieda a' 31 persuna f'sitt xhur u mhux 1,200 kif allegat fil-Mistoqsija. L-ittra tal-UHM, tat-22 ta' Mejju waslet f'dan il-Ministeru fis-27 ta' Mejju u qiegħda tiġi kkonsidrata. 2.6.99
Leg 9 PQ #7297 Sitting 115 1999-06-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Applikazzjoni PA1610/98

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar l-applikazzjoni PA1610/98 li qed joġġezzjonaw għaliha r-residenti ta' l-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA 1610/98 ġiet rifjutata fit-2 ta' Ottubru, 1998. Wara din id-deċiżjoni ġiet sottomessa talba għall-rikonsiderazzjoni. Din it-talba tressqet quddiem il-Bord tad-DCC fis-17 ta' Mejju, 1999, fejn il-Bord ikkonferma l-ewwel deċiżjoni li din l-applikazzjoni tiġi rifjutata.
Leg 9 PQ #7298 Sitting 115 1999-06-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Facilitator

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jintbagħat facilitator ma' l-istudent li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li l-facilitator li kellu ntbagħtet Għawdex il-ġimgħa li għaddiet u issa dan l-istudent mhux qed jitħalla jattendi skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Supply Kindergarten Assistant imsemmi rreżenja fil-17.5.99 u minnfloku intbgħatet Supply Kindergarten Assistant fil-24.5.99.