Jista' l-Prim Ministru jgħid meta beda u meta se jagħlaq it-terminu tal-kariga tal-Kmandant ta' l-Armata Rupert Montanaro? Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien il-performance rating tiegħu għas-sena 1998?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-Brigadier Montanaro ingħata l-ħatra ta' Kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta b'sehh mill-10 ta' Diċcembru 1996. Din il-ħatra mhux marbuta ma terminu speċifiku. Bħal kull membru tal-Forzi Armati li għandu 'l fuq minn ħamsa u ħamsin sena, il-Brigadier Montanaro jista jingħata estensjoni tas-servizz minn sena għal sena sal-massimu ta' wieħed u sittin sena. Ma jidhirlix li għandhom jingħataw dettalji dwar performance ratings individwali.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk membru ta' l-Armata li isimu qiegħed jintbagħat separatament u li ntbagħat jagħmel kors ġo Sandhurst fl-Ingilterra, ntbagħatx lura? Għaliex intbagħat lura? Kif jintgħażlu l-persuni biex jsegwu kors ta' taħriġ barra minn Malta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-membru ta' l-Armata msemmi ntbagħat jagħmel kors f'Sandhurst l-Ingilterra f'Jannar li għadda. Dan il-membru ntbagħat lura Malta fil-bidu ta'Frar wara li kaġun ta' taħriġ intensiv tfaċċat injury qadima li hu kien sofra qabel ma daħal fis-servizz. Għaldaqstant, wara perjodu ta' konvalexxenza, dan l-individwu ġie suġġett għal Bord Mediku li rrakkomanda perjodu itwal ta' konvalexxenza sakemm jerġa jiltaqa il-Bord għall-aħħar ta' Ġunju 1999.
Dan il-mod ta' l-għażla biex persuni jattendu korsijiet ta' taħriġ barra minn Malta, dan isir a bażi ta' adattabilita u Seniority. Dan ikun jiddependi wkoll minn numru ta' postijiet li jiġu offruti lil Malta minn pajjiżi ħbieb u, fuq kollox, meta jingħataw dawn l-istess vakanzi.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk membru ta' l-Armata li ismu qiegħed jintbagħat separatament ġiex investigat fuq allegazzjonijiet ta' abbużi? X'kien l-abbuż? X'kien l-eżitu ta' l-investigazzjonijiet? X'azzjoni ttieħdet?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li f'Lulju 1998 l-uffiċjal ġie nvestigat skond proċeduri tad-dixxiplina militari, instab ħati ta' l-akkuża miġjuba kontrih (Kondotta għad-detriment tal-bonordni u tad-dixxiplina Militari kontra Artiklu 74 ta' l-Att ta' 1970 dwar il-FAM) u weħel multa ta' Lm99. L-uffiċjal ġie wkoll posted għal xogħol u post differenti.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li saret investigazzjoni fl-Armata fuq fizzjal/bdot li ismu qiegħed jintbagħat separatament dwar abbużi fil-flying tours li kien qiegħed jilloġġja? Meta ġara l-każ u x'kien l-eżitu ta' l-investigazzjoni? Huwa minnu li l-każ ġie żvelat bis-saħħa ta' sorsi barranin?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li qed isiru nvestigazzjonijiet dwar l-allegazzjonijiet msemmija fil-mistoqsija. Għaldaqstant, billi l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin ma jidhirlix li hu korrett li jsiru stqarrijiet dwarha f'dan l-istadju.
B'riferenza għall-mistoqija parlamentari numru 7370, id-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr fili huwa sodisfatt li fil-pajjiż kollu m'hemmx preżentement interferenza fuq it-TVs minn xi stazzjonijiet televiżivi li għandhom antenna ma' l-arblu tan-Naxxar, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull talba li rċieva d-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr fili minn Jannar sal-31 ta' Mejju, 1999 fis-sens mil-liema raħal u belt f'Malta u f'Għawdex?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji ta' l-ismijiet, dati, ħinijiet u raġuni li ġew recorded mis-security guard ta' l-awtorita' li jkun hemm għassa fejn l-arblu tan-Naxxar, minn Jannar sal-31 ta' Mejju, 1999?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fit-2 ta` Ġunju 1999, tekniċi mid-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili marru jinvestigaw numru ta` lmenti li rċieva l-istess Dipartiment biex jikkonfermaw jekk kienx hemm interferenzi. Minn dawn l-investigazzjonijiet jirriżulta li ma dehret jew instemgħet ebda interferenza fuq it-TVs minn stazzjonijiet televiżivi li għandhom antenna ma l-arblu tal-Għargħur. Barra minn hekk il-maġġoranza tan-nies li aktar qabel ilmentaw mad-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili stqarrew li issa ma kienux qegħdin ikollhom interferenza.
Jien infurmat ukoll li minn Jannar sa l-aħħar ta` Mejju, d-Dipartiment kien irċieva dawn l-ilmenti:
Mosta 22
Paola 2
Qormi 7
Hamrun 1
Zebbuġ 2
Gzira 2
Ta` Xbiex 1
B`Kara 4
Sta Venera 4
Naxxar 10
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li din l-informazzjoni ma tinġabarx mid-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hux jikkonsidra li jingħata back up amministrattiv lis-social workers biex huma ma jinħlewx fuq dan ix-xogħol impennjattiv, u jkunu jistgħu jikkonċentraw fuq xogħolhom speċjalizzati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema 'social workers' u ta' liema servizz qed tirreferi.
8.6.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hux jikkonsidra li jintroduċi xi tip ta' sigurta' għas-social workers bħal, per eżempju, it-tneħħija ta' l-isem minn fuq il-liċenzja tal-karozza?
Jekk qed jikkonsidra xi miżuri, x'miżuri huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Riċentement kelli laqgħa mal-Ministru Tonio Borg u uffiċċjali għolja tal-'Victim Support Unit', fejn fiha ttieħdu deċiżjonijiet dwar miżuri prattiċi ta' protezzjoni għas-'social workers' u oħrajn involuti f'dan il-qasam.
Uffiċjali fil-Ministeru tal-Politika Soċjali qegħdin f'kuntatt mal-Assoċjazzjoni Maltija tas-Social Workers u aġenziji oħra biex jistudjaw il-kwistjoni tas-sigurta' tas-social workers u biex jitnaqqsu r-riskji għalihom.
8.6.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta huwa ppjanat li l-gvern iressaq il-liġi dwar is-social work quddiem il-Parlament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ġie mwaqqaf 'task group' biex jipprepara abbozz ta' liġi dwar is-social work.
L-Assoċjazzjoni Maltija tas-Social Workers hija parti minn din it-'task group' permezz tal-president tagħha.
8.6.99
Jista' l-Ministru jkun daqstant ġentili li jindikali liema huma dawk l-avviżi legali li jirregolaw u jirrigwardaw l-użu tal-jet-skis fil-baħar? L-użu ta' dawn l-inġenji kif huwa regolati bil-liġi Maltija?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-Regolamenti ta' l-1985 dwar Speed Boats u Skijar fuq il-Baħar li nħarġu permezz ta' A.L. 19 ta' l-1985.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-konsultazzjonijiet mal-IMF, dawn ta' l-aħħar urewx ir-riżervi tagħhom dwar l-infiq supplimentari min-naħa tal-Gvern Malti?
Response (DALLI, JOHN)
L-Onor Interpellant jaf li mhux il-każ wieħed jikkumenta bit-teftifiet dwar il-konsultazjonijiet tal-IMF.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-penali għal min ma jħallasx il-liċenzja tas-satellite disk fil-pront?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li skond il-liġi tat-Telegrafija mingħajr Fili min ma jħallasx għat-tiġdid tal-liċenzja ta` l-apparat mingħajr fili fi żmien stipulat jeħel penali li tkun daqs darbtejn id-dritt tal-liċenzja, fil-każ ta` dritt tal-liċenzja sa tnax `il lira u ħamsa u għoxrin lira fil-każ ta` drittijiet tal-liċenzja ta` iżjed minn tnax `il lira b`żieda mad-dritt dovut għat-tiġdid tal-liċenzja.
Fil-każ ta` min ma jġeddidx il-liċenzja ta` Lm25 tas-satllite `Television Receive Only (TVRO)`, jew kif isibuħ is-`satellite dish`, fil-ħin stipulat jeħel penali ta` Lm25.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex tiġi rispettata x-xewqa taċ-ċittadini ta' San Gwann biex jkun hemm preżenza aktar qawwija tal-pulizija fil-lokal kif ukoll biex jiġi żgurat li l-għassa tal-pulizija tkun manned 24 siegħa kuljum?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7336?
Response (BONNICI, JOSEF)
Bħalissa l-korporazzjonijiet parastatali li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi qegħdin jieħdu l-miżuri neċessarji biex ikunu Year 2000 compliant. Fil-fatt il-Korporazzjoni tal-Port Ħieles diġa` hija Year 2000 compliant. L-M.D.C. identifikat is-sistemi li għandhom jiġu ttestjati u fil-fatt ħejjiet pjan biex sa l-aħħar tas-sena jittieħdu l-passi rimedjali neċessarji.
Fir-rigward tal-Korporazzjoni Enemalta nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Twegiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7381. Huwa l-għan tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma li s-sistemi li huma krucjali għall-operat tagħha, jkunu certifikati bħala compliant u ttestjati sal-31 ta` Lulju 1999. L-unika sistema li mhux ippjanat li tkun irranġata sa din id-data huwa kontrollur ta` impjant tar-Reverse Osmosis waħda, dik tal-Marsa, li huwa ppjanat li jinbidel sa tmiem Novembru 1999.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7221?
Response (BORG, JOE)
In-nefqa f`hospitality u fi vjaġġi mill-elezzjoni ġenerali sakemm kien għadu jokkupa l-kariga ta` Ministru ta` l-Affarijiet Barranin il-predeċessur tiegħi, kienet LM7482.72 u LM43,535.13 rispettivament.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien li wasal biex tinbidel id-deċiżjoni li x-xogħol urġenti strutturali li hemm bżonn isir fil-bini tal-Kamarata jsir sa tmiem din is-sena, issa nbidlet u qed jintqal mid-Dipartiment tal-Bini u d-Djar li l-aktar kmieni li jista'jsir dan ix-xogħol hu wara r-Rebbiegħa ta'l-2000? Peress li diġa' kien hemm fondi allokati għax-xogħol fil-Kamarata, lejn fejn ġew diretti dawn il-fondi? Jaf li hemm periklu kbir li jekk ma jsirx ix-xogħol meħtieġ jistgħu jiġru aċċidenti serji fil-Kamarata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li wara li kienu saru numru sostanzjali ta' talbiet għal tiswijiet fil-blokk tal-Kamrata fi Triq il-Merkanti, l-Belt, id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar bagħat numru ta' uffiċjali tekniċi sabiex jagħmlu l-ispezzjonijiet meħtieġa.
Jirriżulta li t-tiswijiet li hemm bżonn li jsiru m'humiex ta' natura sempliċi u li għalhekk ma jistgħux isiru mill-impjegati ta' l-istess Dipartiment mingħajr ma jkollhom jitwarrbu ħafna xogħolijiet ta' ċertu urġenza f'imkejjen oħra.
Wara li ġabar l-informazzjoni meħtieġa, d-Dipartiment qed jikkunsidra jekk ikunx aħjar li x-xogħolijiet isiru b'kuntratturi privati permezz ta' tender pubblika wara li ssir sejħa għall-offerti.
8.6.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li ġie depożitat fil-Banek Maltin xahar b'xahar minn Ottubru 1998 s'issa?
Response (DALLI, JOHN)
L-ammont nett ta` flus li ġie depożitat fil-banek Maltin mix-xahar ta` Ottubru 1998 sa l-aħħar t`April 1999 huwa dan li ġej:
Xahar Ammont
Lm `000s
Ottubru 98 650
Novembru 98 14,430
Diċembru 98 23,194
Jannar 99 32,075
Frar 99 31,407
Marzu 99 18,544
April 99 33,391
Il-Banek jinkludu: Bank of Valletta plc, Mid-Med Bank plc, APS Bank Ltd, Lombard Bank plc, Midland Bank (Malta Branch) u Lohombus Bank Ltd.
Peress li r-residenti tal-Pieta' jsibu problemi kbar biex jipparkjaw, b'mod partikolari fil-ħinijiet tad-dħul ta' l-isptar u matul in-nofs ta' nhar ta' filgħodu, ma jaħsibx il-Ministru li r-residenti ta' Pieta' għandu jkollhom parkeġġ allokat għalihom?
Jista' l-Ministru jara wkoll li l-istaff ta' l-isptar ikollhom parkeġġ allokat għalihom peress li l-parkeġġ ta' l-isptar huwa riservat għal konsulenti biss? Jaf il-Ministru li dawn l-istaff jokkupaw il-ftit parkeġġ li jistgħu jsibu r-residenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-problema tar-`residents` parking` fil-Pieta` kif ukoll f`żoni oħra qed tiġi diskussa fuq skala nazzjonali biex tinħoloq `policy` f`dan ir-rigward. Bl-introduzzjoni tal-`Local Wardens` it-twettieq ta` `policy` ta` `residents` parking` għandu jkun aktar possibli.
Għal dak li huwa parkeġġ ta` l-istaff ta` l-isptar, hija r-responsabilita` ta` l-awtoritajiet ta` l-istess sptar biex jalloka l-ispazju li għandu għad-disposizzjoni tiegħu bl-aħjar mod possibli.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, hemmx il-ħsieb li tingħata post peress li l-post li tgħix fih huwa ikkundannat u perikoluż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tkun ikkunsidrata ma oħrajn simili.
8.6.99