B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 34624, jista' il-Ministru jagħti breakdown taċ-ċifri tan-nefqa bejn constant watches u overtime ieħor ġewwa l-Isptar Monte Carmeli, sena b'sena f'dawn l-aħħar tmien snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ittieħed overtime minn tobba, nurses u kull kategorija oħra ta' impjegati separatament matul dawn l-aħħar tmien snin, sena b'sena, ġewwa l-Isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ittieħed overtime minn tobba, nurses u kull kategorija oħra ta' impjegati separatament matul dawn l-aħħar tmien snin, sena b'sena, ġewwa l-Isptar Monte Carmeli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ittieħed overtime minn tobba, nurses u kull kategorija oħra ta' impjegati separatament matul dawn l-aħħar tmien snin, sena b'sena, ġewwa l-Isptar Boffa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm ittieħed overtime minn tobba, nurses u kull kategorija oħra ta' impjegati separatament matul dawn l-aħħar tmien snin, sena b'sena, ġewwa l-Isptar San Vinċenz de Paule?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Huwa possibli li l-Ministru jgħid meta ser jidħlu fis-seħħ il-provvedimenti ta' l-emendi riċenti tal-kodiċi kriminali dwra il-patteġġjament (plea bargaining)?
Response (BORG, TONIO)
Qed isiru diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Ġustizzja dwar dan.
Jista' il-Ministru jgħid kif intnefqu l-flus fil-vot Cottonera infrastructure upgrading (Vot 7057)?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fuq il-Vot Cottonera Infrastructure Upgrading (Vot 7057) intefqu Lm9200 fuq "Investigation of Boreholes", filwaqt li s-sena l-oħra ntefqu Lm297,665.
Riżorsi u Infrastruttura — Senior Technical Officer
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallas għall-overtime s-senior technical officer li qiegħed fil-ministeru u li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament fid-dati msemmija fit-tabella li qed tintbagħat separatament? Min kien il-persuna li awtorizza l-ħlas ta' l-overtime f'kull każ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35683, jista' jgħid kemm kien stmat id-dħul min-naħa tal-ministeru tiegħu kull xahar għas-sena 2002 minn kull wieħed minn dawn is-sorsi ta' dħul ta' finanzi pubbliċi: Income Tax, VAT, Dwana & SISA u bolla tas-sigurta` soċjali?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-istimi tad-dħul mis-sorsi msemmija fil-mistoqsija jsiru fuq bażi ta' sena sħiħa u jkunu ppubblikati fl-Estimi tas-sena finanzjarja relattiva. Dawn jiġu aġġustati minn żmien skond ix-xejra tad-dħul minn dawn is-sorsi.
Jista' il-Ministru jgħid jistax isir renumbering ta' Triq Clarence Pieta' minħabba d-diffikultajiet li hemm minħabba duplikazzjoni ta' numri?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li Triq Clarence, Pieta', bħal ħafna triqat oħra f'lokalitajiet madwar Malta, ma nħadmitx meta sar l-eżerċizzju ta' 're-numbering' fil-lokal peress li din it-triq hija konfini bejn l-Imsida u l-Pieta', u toroq bħal dawn ma kenux qed jiġu kkunsidrati għal raġunijiet ovvji.
Soluzzjoni għal problemi ta' toroq simili għal dik imsemmija tidher li nstabet iżda minħabba l-eżerċizzju massiv li sar, u li qed isir, ta' 'Mass Renewal' ta' l-I.D. Cards fil-lokalitajiet kollha ta' dawn il-gżejjer, ix-xogħol tan-numerazzjoni tal-bibien kien ristrett ħafna sabiex ma jsir l-ebda tfixkil lill-Kummissjoni Elettorali.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35615, jista' jagħti l-informazzjoni ta' kemm hu n-numru ta' dawk li resqu għall-għajnuna quddiem aġenziji u organizzazzjonijiet fuq każi ta' aspett soċjali f'kull aġenzija, xahar b'xahar, mil-1990 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba dwar l-Aġenzija Appoġġ, l-Aġenzija Sedqa u s-Supported Living Division. Nitlob lill-Onor. Interpellanti tinnota li l-istatistika dwar l-Aġenzija Appoġġ, li qabel kienet magħrufa bħala l-SWDP (Social Welfare Development Programme), tmur lura sa Awissu 1993. Din l-Aġenzija twaqqfet uffiċjalment fl-1994. L-istatistika dwar din l-Aġenzija ma tinkludix in-numru ta' telefonati fuq is-Support Line 179 u lanqas in-numru ta' nterventi mis-social workers ġewwa l-isptar Mount Carmel, li sa' Awissu 2002 kien provdut minn din l-Aġenzija.
Nitlob lill-Onor. Interpellanti tinnota wkoll li l-Aġenzija Sedqa ġiet imwaqqfa fl-1994 u s-Supported Living Division twaqqfet f'Awissu 2001.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35612, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li t-tfal tal-primary schools qed jintalbu jixtru dawn il-kotba: Malti Marija for year 5, Kun af, Social studies notes, u Haydon Richards books (revised edition)?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tipprovdi lill-istudenti l-kotba li għandhom bżonn biex jinħadem is-sillabu fis-suġġetti differenti. Mhix 'policy' tad-Diviżjoni li l-istudenti jixtru textbooks, iżjed u iżjed meta jistgħu jintgħażlu kotba li ma jwasslux għal tip ta' metodi ta' tagħlim li jrid il-Kurrikulu Nazzjonali.
F'każ li jsir kif imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari, l-inizjattiva tkun ittieħdet mill-iskola waħedha. Tlabt lid-Dipartiment tal-Kurrikulu jkompli jsegwi l-materja.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu stmat li sewa x-xogħol ta' restawr tal-pitturi ta' Mattia Preti tal-kappella ta' Sarria fil-Furjana?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat illi l-kwadru ta' San Sebastjan ta' Mattia Preti, li kien ittieħed mill-knisja ta' Sarria għall-Mużew ta' l-Arti ġie rrestawrat mis-Sur George Farrugia, Senior Restorer tal-pittura. Ix-xogħol sar fuq medda ta' xi erba' snin mingħajr ma ġew ingaġġati barranin b'xi ħlas. Għalhekk m'huwiex possibbli li tikkwantifika kemm sewa dan ir-restawr partikolari peress li ma kienx l-uniku proġett tas-Sur Farrugia. Ir-rapport finali dwar ir-restawr għadu qed jinkiteb.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet mal-unions konċernati dwar l-ingaġġ b'mod permanenti tal-casual clerks/typists/substitute clerks li qed jaħdmu fis-servizz pubbliku?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant ghat-twegibiet li kont tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 3756, 8656, 12337, 18903 u 34193 nhar il-21 ta’ Jannar 1999, 12 ta’ Lulju 1999, 17 ta’ Jannar 2000, 18 ta’ Settembru 2000 u 25 ta’ Gunju 2002, rispettivament.
Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar Triq it-Tramm fil-Ħamrun u jgħid:
1) X'inhu jżomm li tiġi esproprijata dik il-parti li tagħmel mat-Triq Prinċipali waqt li fl-istess ħin tiġi salvagwardjata l-entratura privata li teżisti?
2) Jekk din it-triq tistax tiġi asfaltata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport għad m'għandha l-ebda talba mill-propjetarju tal-fond li għandu din il-fetħa għat-triq sabiex l-art imsemmija tiġi esproprijata.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu wara li mistoqsijiet 30936, 33033, 30813, 30414, 30511, li oriġinarjament kienu saru lill-Ministru tal-politika soċjali, ġew riferuti lilu permezz tat-tweġiba 30936?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministeru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid, fil-korp tal-pulizija liema huma dawk it-taqsimiet li jaqgħu taħt special duty allowance? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-kriterji neċessarji sabiex jittieħed dan l-allowance?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-Taqsimiet fi ħdan il-Korp tal-Pulizija li fil-preżent huma ntitolati għal din l-allowance huma: Special Assignment Group; dawk li jagħmlu xogħol mingħajr uniformi fid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali, inkluż it-taqsimiet tad-Droga Frodi u Vizzji; Special Branch; Forensika u Prosecutions Unit.
B'riferenza għall-mistoqsija 33918, jista' il-Ministru jinformani jekk hemmx aktar żviluppi fil-każ imsemmi? Jista' wkoll jinforma lill-Kamra jekk hemmx kawża l-qorti għaddejja u jekk le, meta hemm il-ħsieb li l-art involuta terġa' toħroġ għall-offerti?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa` għedt fit-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 33918, għalissa id-Dipartiment tal-Artijiet ma għandu l-ebda ħsieb li din l-art terġa` toħroġ bl-offerti.
Ma hemm ebda kawża il-Qorti kontra il-Kummissarju tal-Artijiet rigward din l-art.
B'Bugia — Triq L-Immakulata Kunċizzjoni, Bengħajsa
Question
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija 35551, dwar Triq l-Immakulata Kunċizzjoni Bengħajsa B'Buġia, jista' il-Ministru jgħid x'rapport kellu min-naħa tad-dipartiment tat-toroq wara l-ispezzjoni li dan id-dipartiment kellu jagħmel fit-triq imsemmija?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi fl-ispezzjoni li wettqet l-Awtorita' dwar it-Trasport ġie stabbilit illi x-xogħol meħtieġ jikkonsisti fi tqegħid ta' wiċċ ġdid f'din it-triq, inkluż dawk il-partijiet tagħha fejn sar twessiegħ. Dan ix-xogħol hu stmat li jammonta għal madwar Lm33,000.
L-Awtorita' irrapurtat li x-xogħol meħtieġ fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellanta qiegħed fil-programm ta' asfaltar ta' toroq ma' Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita' jsir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.