Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35713 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Priġunieri — Home leave

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' priġunieri li ħadu home leave din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Jannar sat-30 ta` Settembru 2002 ġew approvati 232 talba għal Prison Leave. Infurmat ukoll li kienu 84 priġunier li ibbenefikaw minn dawn il-visti.
Leg 9 PQ #35714 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Barrieri — Liċenzji

Question

Jista' il-Ministru jgħid illum kemm hawn barrieri liċenzjati u kemm hawn barrieri li mhux qed jintużaw?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi f`Malta u Għawdex illum hawn 100 barriera liċenzjati. In-numru ta` barrieri li preżentament jidher li mhux jitqatta` blat minnhom huwa ta` 67.
Leg 9 PQ #35715 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ħabs — Pieni ta' ħabs

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li weħlu pieni ta' ħabs din is-sena? Kemm kienu nisa, kemm irġiel, kemm weħlu u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Settembru 2002, ġew mogħtija mill-Qrati ta’ Malta u Għawdex 190 sentenza karċerarja. Tmienja ingħataw lil-persuni feminili u 182 lil-persuni maskili. Sentenzi:- Ġurnata sa tlettin ġurnata 51 Minn xahar sa sitt xhur 39 Minn sitt xhur sa sena 32 Minn sena sa sentejn 28 Minn sentejn sa erbgħa snin 20 Minn erbgħa snin sa għaxar snin 12 Minn għaxar snin sa ħmistax–il sena 3 Minn ħmistax-il sena sa għoxrin sena 1 Minn għoxrin sena il-fuq 2 Għomor ( life ) 2 Total 190 Akkużi:- Tibdil ta’ multi f`ħabs jew nuqqas ta’ ħlas ta multi 27 Relatati ma` immigrazzjoni 13 Relatati ma` droga 55 Theddid fuq il-persuna 11 Stupru, immoralita` 5 Ġrieħi ta` natura gravi 3 Ħrib minn post ta` kustodja 16 Serq jew serq aggravat 28 Ksur ta` probation jew relatati ma` qrati (disprezz) 9 Omiċidju volontarju jew attentat omiċidju 3 Oħrajn 20 Total 190
Leg 9 PQ #35716 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Att Legali

Question

Ġaladarba fl-Att Legali 133 tas-sena 2002, il-kodiċi tax-xandir dwar użu tajjeb ta' l-ilsien Malti fil-mezzi tax-xandir, kellu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2002, jista' il-Ministru jgħid jekk din id-data hijiex sejra tiġi inforzata bid-dmirijiet u osservazzjoni tax-xandara?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-infurzat tad-dmirijiet u l-osservazzjoni tal-Kodiċi tax-Xandir ta' l-2002 dwar l-użu tajjeb ta' l-Ilsien Malti fil-Mezzi tax-Xandir jaqa' taħt ir-responsabbilta` ta' l-Awtorita` tax-Xandir. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Membru jindirizza din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #35717 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Reati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew convicted of a criminal offence persuni din is-sena? Jista' jagħti breakdown tar-reati kommessi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena, kien hemm 4,003 persuna li ġew misjuba ħatja ta` reati kriminali. Ir-reati kienu jinkludu omiċidju, serq, frodi, droga, ħsara volontarja, falsifikazzjoni, offiżi fuq il-persuna, prostituzzjoni, offiżi sesswali, theddid u ksur ta` bon ordni.
Leg 9 PQ #35718 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Qorti — Minorenni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu minorenni l-qorti din is-sena? X'eta` kellhom u x'kien ir-reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena tressqu l-Qorti 44 persuna taħt is-sittax-il sena. Ir-reati li dwarhom kienu akkużati kienu kif ġej: Ħebb fuq il-persuna Ksur ta` bon ordni Ma obdiex ordnijiet leġittimi Omiċidju Pussess ta` arma u munizjon Pussess ta` droga Rapport falz Sewqan mingħajr liċenzja Theddid Riċettazzjoni

Utilities

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 34724 u jinformana jekk il-konsultazzjoni ma' l-utilities humiex konklużi? F'każ affermattiv, meta se joħorġu l-offerti biex isir ix-xogħol meħtieġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq għad m'għandux l-informazzjoni kollha mingħand il-utilities.

Separazzjoni ta' Skart

Question

Jista' il-Ministru jgħid għar-rigward ta' separazzjoni ta' skart, teżistix xi entita` lokali li tiġbor l-iskart tal-ħġieġ? Fejn għandha l-bażi tagħha din l-entita`? Kemm kienet l-esportazzjoni ta' dan il-materjal f'dawn l-aħħar tliet snin? Fejn għandu wieħed japplika biex ħġieġ separat minn skart ieħor jiġi miġbur?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Istrateġija dwar l-Immaniġjar Sostenibli ta' l-Iskart tqiegħed 'target date' sabiex tiġi ntrodotta s-separazzjoni ta' l-iskart inkluż il-ħġieġ għall-aħħar ta' l-2004. F'xi lokalitajiet diġa' ġiet introdotta s-separazzjoni ta' materjal li jista' jiġi riċiklat u dan jinkludi l-ħġieġ. Hawn bosta entitajiet lokali li jinteressahom il-ġbir ta' skart tal-ħġieġ. Il-Gvern qed jipprovdi faċilita' għall-ħażna ta' dan il-materjal sakemm ammonti konsiderevoli jkunu separati għal aktar proċessar lokali jew barra minn Malta. Flimkien ma' Kunsilli Lokali u entrapriżi privati diġa' bdew jinfetħu numru ta' 'bring-in sites' fejn individwi jkunu jistgħu jiddisponu minn dan il-materjal faċilment mingħajr ma jiġi kkontaminat. Kull min għandu ħġieġ nadif separat għar-riċiklaġġ għandu jċempel lil "Proġett Skart" fuq freephone 8007200 u jingħata parir x'għandu jagħmel.
Leg 9 PQ #35724 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Frodi minn Uffiċjal

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35586?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li kien hemm każ fejn uffiċjal ta' l-Air Malta li kien jaħdem f'Dubai kien suspettat li kien ipparteċipa fi frodi għad-dannu tal-Kumpanija. Kuntrarjament għal dak li qed jingħad fil-mistoqsija, l-ammont involut ma kienx ta' "mijiet ta' eluf ta' liri". Appena l-każ sar magħruf, l-uffiċjal ikkonċernat kellu l-impjieg tiegħu ma' l-Air Malta itterminat. Wara investigazzjoni li saret f'Malta, f'Dubai u fl-Ingilterra ma ġiex stabbilit fejn toqgħod din il-persuna.
Leg 9 PQ #35725 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Barranin

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35587?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li mill-ewwel ta' Jannar 2001 sat-tletin ta' Settembru 2002 ġew rikoverati fl-Isptar San Luqa 2328 pazjent barrani. Minn dawn 1674 ma kienux koperti bi ftehim reċiproku. Mhux minnu li ma jintbagħtux kontijiet lill-"insurances" ta' persuni barranin li ħadu "treatment" fl-Isptar San Lujqa. Meta jkun indikat li pazjent huwa "covered by insurance", il-kont jintbagħat lill-kumpanija ta' l-insurance u anke jinbagħtu "reminders" meta l-kont ma jitħallasx mill-ewwel. Rigward l-allegazzjoni li kontijiet dovuti (pendenti) ilaħħqu miljuni ta' liri, qiegħed nindika l-figuri veri hawn taħt:- 2000 - Ma tħallsux Lm128,343 2001 - Ma tħallsux Lm114,120 __________ Lm 242,463 __________ Minn dawn, l-akbar ammont huwa dovut minn persuni ta' Nazzjonalita' Libjana (Lm104,042), li ma jkunux inxurjati.
Leg 9 PQ #35738 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Mount Carmel Hospital — Pazjent bl-iscables

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li fl-24 ta' Settembru 2002, iddaħħal pazjent bil-marda ta' l-iscables ġewwa Mount Carmel hospital u llum jinsab f'ward F2? Jikkonferma li dan kien jagħmel xogħol ġewwa Mount Carmel Hospital? F'liema sezzjoni kien jagħmel xogħol? Jista' il-Ministru jgħid kemm ilha fuqu din il-marda? Kemm kien ilu jaħdem f'din is-sezzjoni? X'inhi din il-marda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-isptar Monte Carmeli huwa sptar psikjatriku u ma jiddaħħlux pazjenti li jkollhom l-iscabies.

Traffic Control Board — Raħal Ġdid

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed jitħejja pjan mit-traffic control board u l-kunsill lokali biex issir sistema tat-traffiku fejn in-niċċa tal-Madonna ta' Lourdes fid-daħla ta' Paola Hill?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta qegħda tagħmel il-pjanti biex isir proġett ta' traffic management fil-lokalita' msemmija.
Leg 9 PQ #35743 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Tindif — Skola Primarja ta' Ħal Tarxien

Question

Jista' il-Ministru jara li titnaddaf l-open space li hemm quddiem l-iskola primarja ta' Ħal Tarxien minħabba l-ammont ta' żibel li jeżisti u minħabba li minn din l-area jgħaddu ħafna tfal għall-iskola?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #35745 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Safar — Nefqa

Question

Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35529 u jgħid kemm ġiet tiswa l-mawra riċenti tiegħu fl-Awstralja u fi New Zealand?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni dwar z-zjara ufficcjali f’New Zealand u “working visit” li kienet vista lill-komunitajiet Maltin f’Sydney, Melbourne u Canberra.
Leg 9 PQ #35748 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel — Reklami

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm nefqet flus il-Gozo Channel f'dawn l-aħħar sentejn f'reklami li qed tagħmel fuq il-media? Liema hi dik l-aġenzija tar-reklamar li ħadet il-kuntratt biex il-Gozo Channel tagħmel dawn ir-reklami?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn Ottubru ta' l-2000 u Awissu ta' din is-sena, il-kumpanija Gozo Channel nefqet is-somma ta' Lm56,012 f'reklamar fuq il-mezzi ta' komunikazzjoni. L-ebda aġenzija ma kienet involuta f'dawn ir-riklami.
Leg 9 PQ #35749 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm isselfet flus s'issa l-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li din il-fondazzjoni mhix qed tiffinanzja l-ispejjeż li jlaħħqu miljuni mill-flus ivvotati fil- budget għall-ministeru ta' l-edukazzjoni? Jista' jgħid kif u f'xiex intnefqu l-flus s'issa? Jista' jagħti breakdown ta' l-infiq li sar f'kull skola, salarji, eċċ?

Response (GALEA, LOUIS)

Mhux korrett l-Onor. Membru jgħid li l-FTS mhix tuża l-Budjet votat fl-Estimi għas-Sena 2002 f'isem l-istess Fondazzjoni li tħaddem kont ta' Faċilita` ta' Overdraft f'liema kont jidħlu pagamenti mill-imsemmi Vot biex ikopru ħlasijiet ta' xogħlijiet li jkunu saru . Aktar tard din is-sena wieħed ikun jista' jagħti ċ-ċifri definiti.
Leg 9 PQ #35750 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Constant Watch

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 34624, jista' il-Ministru jgħid liema miżuri kkontribwew għall-qabża sostanzjali fl-ispiża bejn l-2000-2001 u x'passi jistgħu jittieħdu biex din titnaqqas?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-fatturi li kkontribwew għall-qabża fl-ispiża tal-constant watches bejn l-2000 u l-2001 huma dawn: a. F'Jannar 2001 kien hemm żieda qawwija fis-salarji b'riżultat ta' 'Civil Service Agreement'. b. Sistema ġdida ta' allokazzjoni ta' overtime ġiet introdotta fl-isptar Monte Carmeli, b'riżultat li kien hemm iżjed sigħat allokati lil Constant Supervision u anqas lin-nursing duties normali. c. Fattur ieħor għaż-żieda fl-ispiża hi li l-isptar kellu jagħti aktar overtime lil l-istaff minħabba li kompla jiżdied in-nuqqas ta' staff. Passi biex jitnaqqas l-infieq: 1. Ġie maħruġ Protocol dwar kemm għandu jdum il-Constant Supervision u dwar min jista' jawtorizzah. 2. Qiegħed isir kull sforz biex jiġu mpjegati aktar nurses. 3. Qiegħed isir kull sforz biex jiġu utilizzati aħjar ir-riżorsi umani ta' l-isptar.
Leg 9 PQ #35751 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ħaġar Qim u Mnajdra — Investigazzjoni mill-pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn waslet l-investigazzjoni tal-pulizija dwar il-ħsara irreparabbli li saret lit-tempji ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra? Jista' jikkonferma jekk il-pulizija għadhiex tinvestiga dan il-każ? Meta bagħtet għall-aħħar nies biex tinterrogahom fuq il-każ, il-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każijiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant għadhom qed ikunu investigati mill-Pulizija.
Leg 9 PQ #35752 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Advertising

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'dawn l-aħħar erba' snin fuq advertising inkluż il-posters li jidhru fit-toroq mill-kumpannija Maltacom? Lil min ingħata l-kuntratt u f'kull każ jekk ħarġitx offerta? Jista' jgħid mingħand min ġew ordnati l-posters?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-aġenzija tar-reklamar tal-Maltacom ġiet appuntata mill-Board tad-Diretturi tal-Maltacom wara sejħa pubblika li kienet dehret fil-gazzetti lokali. Il-Maltacom ordnat posters fuq bażi ta' offer and acceptance mingħand Paza Ċo. Ltd., MPS Ltd. u Network Publications. Minħabba n-natura kummerċjali tal-Maltacom, ma jidhirlix li għandi nagħti aktar dettalji dwar reklamar.
Leg 9 PQ #35753 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Outpatients Department (Surgical)

Question

Jista' il-Ministru jivverifika x'inhi r-raġuni għala l-pazjenti li qegħdin jattendu l-outpatients department (surgical) sabiex jagħmlulhom il-vista neċessarja wara li jkunu għamlu mammogram, it-tobba li jkun hemm mhumiex qegħdin jagħmlulhom il-vista kif suppost? Dettalji qed jintbagħtu separatament.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mammogram normalment isir wara eżami fiżiku tas-sider. Wara li jsir Mammogram, il-proċedura hi li jinqara r-riżultat u l-pazjent jingħata l-parir meħtieġ. Ma nistax nifhem x'tip ta' vista qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant.