Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35557 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Karrozzi tal-Gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandhom karrozzi b'kollox il-ministri u segretarji parlamentari? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel, minn fejn jingħataw il-fuel u jekk jitteħdux magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Prim Ministru ghandu zewg karozzi ufficjali. It-tnejn jahdmu bil-“petrol” li jinghata minn pompi tal-“petrol” privati u li ma jithallewx il-Ministeru. Rigward karozzi ta’ Ministri u Segretarji Parlamentari nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministri l-ohra.
Leg 9 PQ #35572 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Gassijiet tossiċi — Survey

Question

Jista' il-Ministru jgħid peress li survey reċenti wera li 40% tal-gassijiet tossiċi fl-arja Maltija jiġu mid-dħaħen ta' l-exhaust tal-vetturi, x'inhu jagħmel biex jara li dan jitnaqqas u b'hekk ikollna ambjent aktar nadif? Saru xi diskussjonijet mal-ministeru tat-trasport dwar dan?

Response (BORG, TONIO)

Il-Ministeru ta` l-Intern u l-Ambjent permezz ta` l-Awtorita` ta` l-Ambjent u Ippjanar qiegħed kontinwament f`diskussjonijiet ma` l-Awtorita` tat-Trasport dwar tħejjija ta` programm ta` miżuri għat-tnaqqis ta` dħaħen ta` l-exhaust tal-vetturi. L-implimentazzjoni tat-tnaqqis ta` dħaħen ta` l-exhaust tal-vetturi taqa` taħt din l-Awtorita`. L-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment mitlub li jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru responsabbli mill-Awtorita` tat-Trasport għal aktar tagħrif.

Exhaust tal-Vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jsir mid-dipartiment tat-trasport biex jitnaqqsu l-veleni tossiċi li joħorġu mill-exhaust tal-vetturi biex b'hekk ikollna ambjent aħjar u jkun hemm anqas riskju għas-saħħa taċ-ċittadini?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat tal-Liċenzji u Testijiet jitlob ċertifikat tal-VRT (kull sena jew sentejn skond il-kategorija tal-vettura) qabel tiġġedded il-Liċenzja tat-triq. Parti importanti minn dan it-test hija l-emissions ta' l-exhaust. Mill-1 ta' Jannar 2002, kull vettura li ma tgħaddix mit-test li jsirilha fuq l-emissions ma tingħatax ċertifikat tal-VRT. Il-parametri tat-test fuq l-emissions ta' l-exhaust ingħataw fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari nru 32173.

Testijiet fuq Vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk isirux testijiet għall-għarrieda fuq vetturi biex ikun żgurat li ma jkunux qed idaħħnu żżejjed u b'hekk iħammġu l-ambjent? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti l-figuri dwar kemm-il vettura twaqqfet u x'riżultati kien hemm? X'passi ttieħdu? X'apparat jintuża għal dan il-għan?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li preżentament mhumiex isiru testijiet għall-għarrieda fuq vetturi biex ikun żgurat li ma jkunux qed idaħħnu żżejjed.
Leg 9 PQ #35575 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Vandaliżmu

Question

Jista' il-Ministru jgħid peress li f'dawn l-aħħar jiem kien hemm ħafna lmenti fil-gazzetti dwar vandaliżmu fil-Pixxina Nazzjonali, jista' jgħid kemm hu stmat (fi flus) li sar vandaliżmu mill-1 ta' Jannar 2002 s'issa? X'kien il-vandaliżmu li sar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-atti ta' vandaliżmu li saru fil-Pixxina Nazzjonali matul din is-sena jinkludu: * tkissir ta' ħġieġ, twieqi u bibien * tkissir ta' suffetti * tkissir ta' ċwievet ta' lockers ġodda * tkissir u serq ta' toilet seats u shower heads, u ħsarat fis-sistema tax-showers * tkissir ta' hand dryers * tqattih u serq ta' shower curtains In-nefqa totali biex saru t-tiswijiet meħtieġa kienet madwar Lm800. Din il-figura ma tinkludix il-ħlas tal-ħaddiema tal-Maintenance tal-Pixxina Nazzjonali.
Leg 9 PQ #35576 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Tiswija ta' madum

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm mill-1995 sal-lum saru tiswijiet lill-madum fuq xi waħda miż-żewġ vaski li hemm fil-Pixxina Nazzjonali? Jista' jgħid kemm-il darba inqala' l-madum kollu jew parti sostanzjali minnu mill-1995? Kemm qam ix-xogħol kull darba? Lil min ingħata l-kuntratt kull darba? Dan dejjem sar bl-offerti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-1995 s'issa t-tiswijiet li saru lill-madum fil-vaski tal-Pixxina kienu:- 1998 Inqala' l-madum kollu tal-qiegħ tal-Pixxina prinċipali u dan ġie mibdul. Ix-xogħol fuq din it-tiswija kien sar mill-kuntrattur oriġinali u l-kont tiegħu kien ta' Lm39,011. Dan l-ammont qed jiġi kkontestat mill-Gvern. 2001 Inqala' l-madum tad-Diving Pool. Parti minnu ġie mibdul u parti oħra ġiet miżbugħa. Dan l-ammont (Lm4,965) tħallas mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport u parti oħra (Lm1,565) ġie mħallas mill-fondi tal-Pixxina. Dan il-kuntratt ingħata b'direct order lil 'Rea Ceramics' għal proviżjon u tqegħid ta' madum u għal proviżjon ta' żebgħa.
Leg 9 PQ #35577 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Kiri ta' bini

Question

Jista' il-Ministru jelenka liema huma dawk l-għaqdiet jew persuni li għandhom xi postijiet mikrija fil-bini tal-Pixxina Nazzjonali? Kemm iħallsu kull sena? Meta sar kuntratt magħhom l-ewwel darba? Kollha huma regolari fil-ħlas? Hemm xi għaqdiet jew persuni li għandhom xi parti, iżda li ma jħallsux kera? Jekk fl-affermattiv, liema huma u x'inhi r-raġuni li ma tinżammx kera?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35598 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 35311, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew aċċettati studenti wara t-tieni sejħa għall-applikazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tieni sejħa għall-applikazzjoni fetħet fl-1 ta' Ottubru, l-Erbgħa 2 ta' Ottubru u l-Ħamis 3 ta' Ottubru 2002 f'Malta u l-Ġimgħa 4 ta' Ottubru f'Għawdex, mit-8.30 ta' filgħodu san-12.30 ta' wara nofs in-nhar.

Pensjoni

Question

Jista' il-Ministru jara li ċ-ċekk ta' anzjana li jinsab ma' din il-mistoqsija jiġi iċċekjat jekk issarafx jew le? Jekk iva, minn min isarraf? Tista' din l-anzjana tiġi infurmata personalment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment konċernat qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant u din ser tiġi nfurmata bl-eżitu ta' l-investigazzjoni meta din tkun konkluża.
Leg 9 PQ #35610 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni Sekondarja

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35312, jista' jgħid kemm kien hemm studenti Għawdxin 1) bniet 2) subien li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom is-sena skolastika li għaddiet: a) junior lyceum b) area secondary c) tal-knisja d) privat u e) tas-snajja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti bniet u subien Għawdxin li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom is-sena skolastika li għaddiet huwa kif se nsemmi: Subien Bniet Junior Lyceum 81 186 Sekondarja 77 55 Tal-Knijsa 53 - Privat - - Tas-Snajja' 28 19 Total 239 260
Leg 9 PQ #35628 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew s'issa reklutati għalliema fl-iskejjel primarji a) f'Malta b) f'Għawdex; fl-iskejjel sekondarji a) f'Malta b) f'Għawdex; u fl-istituzzjonijiet post-sekondarji a) f'Malta b) f'Għawdex? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni kollha reklutati u għal-liema suġġett ġew reklutati, skola bi skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' għalliema li ġew reklutati fl-iskejjel sal-Ġimgħa 27 ta' Settembru 2002, huwa kif se nsemmi: Skejjel Skejjel Istituzzjonijiet Primarji Sekondarji Post-Sekondarji Malta 80 81 1 Għawdex 0 3 0 Total 80 84 1

Tribunal

Question

Jista' il-Ministru jgħid jistax jiġi kkunsidrat li l-każi ta' ċitazzjonijiet dwar assentejiżmu fl-iskejjel jinstemgħu fi tribunal wieħed f'lokalita' milħuqa minn kulħadd minnflok f'lokalitajiet imxerdin li qed joħolqu problemi lil dawk li jridu jkunu f'postijiet differenti fl-istess ħin (uffiċjali edukattivi, social workers eċċ) u li każi sensittivi dwar problemi familjari jinstemgħu f'ambjent miftuħ b'taħlita' ta' nies jistennew għall-każi ta' kontravenzjoni tat-traffiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi diġa beda l-proċess biex tkun irranġata s-sistema dwar il-każi ta` ċitazzjonijiet dwar assentejiżmu fl-iskejjel u dawn jibdew jinstemgħu f`Tribunal wieħed.
Leg 9 PQ #35638 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Orkestra Nazzjonali

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 35416, kif jispjega li s-Sur Michael Laus jitħalla jieħu sehem f'direzzjoni ta' kunċerti fl-istess waqt li jkun involut fin-negozjati dwarhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 35561.
Leg 9 PQ #35642 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Fra Diego Bonanno — Lift

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu jaħdem il-lift fl-iskola Fra Diego Bonanno tal-Marsa? X'qed iżommu milli jaħdem? Meta se jibda jaħdem?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-lift imsemmi għandu bżonn xi tiswijiet, liema tiswijiet ġew awtorizzati mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada. Hu mistenni li jkun operabbli fil-jiem li ġejjin.
Leg 9 PQ #35652 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

CCF

Question

Jista' il-Ministru jara li l-ħaddiema tal-faċilita' korrettiva ta' Kordin jużaw il-car park li għandhom fil-ħabs stess peress li mhux l-ewwel darba li jkolli ilmenti mir-residenti li dawn qegħdin jipparkjaw f'Valletta Road Paola, per eżempju quddiem pompa tal-petrol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ħaddiema tal-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin għandhom id-dritt li jużaw l-parkeġġ tal-Faċilita`. Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem biżżejjed li dan il-parkeġġ sar biex jinħoloq l-inqas inkonvenjent għar-residenti tal-inħawi. L-użu ta` dan il-parkeġġ hu kontinwament inkoraġġiet mill-awtoritajiet tal-ħabs, pero` wieħed jifhem li dan ma jistax isir billi tingħata xi ordni.
Leg 9 PQ #35684 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax

Question

Jista' il-Ministru jgħid ir-regolatur finanzjarju għandux statistika ta' kemm ġew redeemed funds u kemm kien hemm klijenti li rtiraw l-investimenti tagħhom wara li l-witholding tax ġiet imħabbra f'Novembru 2000? Jekk iva, kemm kienu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li MFSA ma żommx l-istatistika msemmija.
Leg 9 PQ #35685 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu klandestini f'Malta matul din is-sena, xahar b'xahar? Jista' il-Ministru jispeċifika l-mod kif daħlu f'pajjiżna u cioe' jekk daħlux mill-portijiet b'passaport falz jew inkella daħlux Malta b'xi bċejjeċ tal-baħar bl-assistenza tal-forzi tas-sigurta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar klandestini li daħlu Malta din is-sena huwa kif ġej: Jannar 5 Dgħajsa - Birżebbugia Frar 10 Dgħajsa – Birżebbugia Marzu 208 11 Dgħajsa – Xlendi Dgħajsa – Mġarr April - Xejn Mejju - Xejn Ġunju - Xejn Lulju 251 Miġbura mill-Forzi Armati minn fuq dgħajsa Awissu 49 Dgħajsa – Paradise Bay Settembru 65 78 235 Dgħajsa – Mġarr ix-Xini Dgħajsa – Marsascala Dgħajsa – Marsaxlokk TOTAL 912
Leg 9 PQ #35686 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jispeċifika fejn qegħdin jiġu alloġġati l-immigranti klandestini? Jista' jgħid jekk bħalissa s-sitwazzjoni hijiex allarmanti u jekk hux qed ikollhom jittieħdu miżuri ta' emergenza? Huwa minnu li numru kbir ta' klandestini qegħdin jinżammu fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi tul dawn l-aħħar ġimgħat in-numru ta` immigranti klandestini li waslu fuq ix-xtut tagħna kien ilaħħaq il` fuq minn 800. Kif naħseb jaqbel miegħi l-Onorevoli Interpellant, dan huwa numru kbir għal pajjiżna u qed ikollhom jittieħdu miżuri ta` emerġenza sabiexjinstabu postijiet fejn dawn ikunu jistgħu jiġu alloġġjati. Dawn l-immigranti klandestini qed ikunu alloġġati fil-Barracks ta` Ħal Safi; fil-Barracks ta` Lyster - Ħal Far; fiċ-Ċentru tal-Immigrazzjoni ġewwa Ħal Far; fil-kumpless ta` Kandja u fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #35687 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema taqsimiet tal-korp tal-pulizija, barra dik ta' l-immigrazzjoni, qegħdin jgħinu fl-operazzjoniet ta' dħul u sorveljanza tal-klandestini? Kemm hemm uffiċjali tal-pulizija nvoluti f'dawn l-operazzjonijiet? Jekk qegħdin jiġu mislufa uffiċjali minn taqsimiet oħrajn lit-taqsima ta' l-immigrazzjoni x'effett qiegħed ikun hemm fuq dawn it-taqsimiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 89 membru tal-Korp tal-Pulizija li huma assenjati temporanjament xogħol ma` l-immigranti klandestini. Dan pero` ma jinkludix il-Pulizija rikjesti għall-skorti u għassa meta dawn ikun jinħtieġu attenzjoni medika fl-isptar jew ċentri tas-saħħa jew f`xi żjarat rikrejattivi. Ma jinkludux lanqas il-Pulizija li intużaw bħala skorta fir-ripatrijazzjoni ta` numru minn dawn l-immigranti klandestini. Dawn il-Pulizija ġew meħuda minn diversi taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija b`mod illi sa fejn ikun possibli l-operat tat-taqsimiet ikun effetwat mill-anqas possibli. Ta` min iżid ukoll illi f`din il-ħidma il-Pulizija qed tkun megħjuna mill-Forzi Armati ta` Malta.
Leg 9 PQ #35688 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-problema tal-klandestini tikber fil-jiem li ġejjin minħabba l-wasla ta' aktar minnhom fuq bċejjeċ tal-baħar xi pjanijiet ta' kontinġenza jew emerġenza għandu l-gvern biex jilqa' jew jikkontrolla l-problema? Qiegħed il-gvern ifittex għajnuna internazzjonali u jekk iva fiex tikkonsisti din l-għajnuna?

Response (BORG, TONIO)

Jeżisti kumitat taħt il-Presidenza tiegħi, li ilu jiltaqa` sa minn April li għadda, liema kumitat, jiġbor fi ħdanu l-Pulizija, il-Forzi Armati, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, id-Dipartiment tas-Saħħa u s-Soċjeta` tas-Salib l-Aħmar in rappreżentanza ta` l-NGO`s. Xogħol dan il-Kumitat hu li jissorvelja s-sitwazzjoni u sa fejn jista`, iħejji għal kull eventwalita`. L-Onor. Interpellant jifhem li d-daqs tal-problema mhux magħruf imma lanqas, mill-banda l-oħra, ma rridu nallarmaw iżżejjed. Għajnuna teknika qegħda tingħata taħt twinning project finanzjat minn pre-occession funds u meta nkunu membri fl-Unjoni Ewroprea jkollna aċċess, fost l-oħrajn, għal dak li jissejjaħ Refugee Fund.