Jista' il-Ministru jara li l-istudent li d-dettalji tiegħu qed nibgħathom separatament, jintbagħat ġo St. Patrick's secondary school Pembroke minflok Gżira secondary minħabba bullying?
Response (GALEA, LOUIS)
Mill-informazzjoni li għandi s'issa fuq il-każ tlabt li jsiru laqgħat mal-ġenituri/familjari tat-tifel konċernat biex jiġi deċiż x' l-aħjar isir.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, hiex intitolata għall-pensjoni mhux kontributorja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.
Jista' il-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, tingħata tagħlim id-dar flok fl-iskola, peress li din bl-ebda mod ma trid tattendi l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-presuna msemmija ġiet referita lit-Taqsima Servizzi għall-Istudent, fejn ser jiġu nvestigati r-raġunijiet għaliex din il-persuna ma trid b'ebda mod tattendi l-iskola u x'passi jistgħu jittieħdu sabiex din il-persuna terġa' tibda' tattendi l-iskola regolarment. Is-servizz ta' tagħlim id-dar jiġi kkunsidrat biss f'każijiet estremi, u dejjem fuq bażi temporanja.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, hijiex qed tirċievi l-pensjoni kif suppost?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.
Jista' il-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, tintbagħat fi skola ta' livell ta' junior lyceum peress li għadha kif ġiet toqgħod hawn Malta minn barra u l-livell ta' tagħlim tagħha huwa ta' livell aktar għoli minn dak ta' skola sekondarja fejn qed tattendi bħalissa?
Response (GALEA, LOUIS)
Biex jidħlu fil-Junior Lyceum l-istudenti kollha jridu jkunu qagħdu għall-eżami tad-dħul f'dawn l-iskejjel u jridu jkunu għaddew f'dan l-eżami.
Informat li l-istudenta li għaliha tirreferi l-mistoqsija setgħet tagħmel dan l-eżami f'Ġunju li għadda iżda ma għamlitux. Dan ifisser li ma tistax tidħol f'Junior Lyceum din is-sena.
Diġa` saru kuntatti mal-familja ta' din l-istudenta u ngħatat tagħrif, gwida, kif ukoll punti ta' riferenza għal meta jkollha bżonn fil-ġejjieni.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, se tirċievi l-bonus ta' Ġunju 2002.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru javża li l-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, għaliex inqatgħetilha l-għajnuna supplimentari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.
Jista' il-Ministru jara li l-bankina li hemm quddiem il-kamra tad-dawl in-naħa ta' fuq ta' Rue D'Argens quddiem is-Savoy hotel tiġi rranġata billi hija ta' periklu.
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, hijiex qed tieħu relief biżżejjed u jekk persuna hix intitolata għall-sussidju fuq id-dawl u l-ilma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, u li għandha 25% diżabilita' wara inċident fuq ix-xogħol hix intitolata għal xi benefiċċju soċjali bħall-pensjoni jew xi benefiċċju ieħor relatat ma' korriment fuq ix-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, mhijiex intitolata għall-għajnuna tal-mard (SKA)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, tingħata reserved parking place quddiem id-dar minħabba mard?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Reserved Parking minħabba problemi ta' mobilita' jingħata mill-Awtorita' għat-Trasport fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'. Ninsab infurmat li l-Kummissjoni ma rċeviet ebda talba għal rakkomandazzjoni dwar il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, għadha ma rċeviet xejn mid-dipartiment wara li din weġġgħet gravi fuq il-lant tax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, li għandha 35% diżabilita' meta weġġgħet fuq ix-xogħol hijiex intitolata għal xi forma ta' pensjoni u/jew somma mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li l-gvern qed ineħħi l-levies/protezzjoni tal-biedja meta l-levies/protezzjoni tal-biedja ta' l-UE huma apporvata li jibqgħu sa mill-anqas is-sena 2013, kif fil-fatt ġie irrapurtat f'Copenhagen bejn 10 u 11 ta' Settembru 2002?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 35275 waqt is-Seduta numru 793.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-mobile phone tal-Ministeru u tas-segretarjat privat bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li l-ispiża globali tal-mobile phones tal-Ministeru u tas-Segretarjat privat bejn Jannar u Awissu ta’ din is-sena hi kif tidher hawn taħt:
Lm3,469.69
Dan l-ammont ma jinkludix Lm400 li tirrapreżenta mobile phone allowance mogħtija lill-Assistant Personali u lis-Segretarju Privat tal-Ministru.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-mobile phone tal-Ministeru u tas-segretarjat privat bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ispiża globali tal-kontijiet tal-Mobile Phones użati fil-Ministeru ta' l-Edukazzjni u fis-Segretarjat Privat minn Jannar sa Lulju 2002 laħqet is-somma ta' Lm1,344.56.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-mobile phone tal-Ministeru u tas-segretarjat privat bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ispiża globali tal-mobile phones tal-Ministeru bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena kienet ta' Lm1124.37, filwaqt li dik tas-Segretarjat Privat kienet ta' Lm2072.91.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-mobile phone tal-Ministeru u tas-segretarjat privat bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-ispiza globali tal-“mobile phones” tal-Ministeru u tas-segretarjat privat tieghi bejn Jannar u Awissu ta’ din is-sena kienet ta’ Lm6,915.55.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-mobile phone tal-Ministeru u tas-segretarjat privat bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena?
Response (BORG, JOE)
L-ispiża globali tal-mobile phones tal-Ministeru, inklużi ta' l-Ambaxxati kollha li qegħdin barra minn Malta, bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena tammonta għas-somma ta' LM17,660.87.