Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ta' Xbiex — Bini ta' lift

Question

Billi l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament offriet id-dawl lill-kuntrattur li bena l-lift f'appartament tiegħu, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk din il-persuna hijiex se tkun kompensata għad-dawl li tat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

La darba l-persuna konċernata ftiehmet direttament mal-kuntrattur biex juża d-dawl minn tagħha, u l-Awtorita' tad-Djar ma kinitx involuta f'dan l-arranġament, ovvjament ma tistax tindaħal fuq il-kwistjoni ta' kumpens. F'dan il-każ, il-partijiet kkonċernati iridu jonoraw kwalunkew ftehim li sar bejniethom meta ġie offrut l-użu tad-dawl.

Benefiċċju Soċjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara u jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħat separatament, u li ma tistax taħdem minħabba diżabilita' mhix qed tieħu ebda għajnuna soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.

Sussidju

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li qed insemmi separatament hijiex intitolata għal sussidju fuq il-kera u fuq il-meter tad-dawl u l-ilma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.

Housing

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħat separatament se tingħata dar xierqa, peress li d-dar fejn toqgħod hija żgħira u hemm ħafna umdita' u fiha ħsarat kbar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat illi l-persuna ndikata m'għandha l-ebda applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Pensjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħat separatament hijiex intitolata għal xi pensjoni wara li sfat boarded out l-Awstralja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.

Pensjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħat separatament, hijiex tieħu l-pensjoni ġusta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.
Leg 9 PQ #365 Sitting 795 2002-10-08 Written · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxa

Question

Jista' il-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħat separatament hijiex qed tħallas taxxa żejda?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jekk irid jista jiġbor l-informazzjoni mitluba mit-Taxpayers Service, Customer Care, fi Blokk 8.

Pensjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħat separatament, hijiex tieħu l-pensjoni ġusta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.

Benefiċċju Soċjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħat separatament, u li ma tistax taħdem minħabba inkapaċita u marda kronika m'hijiex tieħu ebda benefiċċju soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.

Pensjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħat separatament hijiex qed tieħu il-pensjoni ġusta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.

Pensjoni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħat separatament, hijiex qed tieħu l-pensjoni ġusta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.

Sigurta' Soċjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħat separatament, jistax jerġa' jinfetaħ mill-bord tad-dipartiment tas-sigurta' soċjali minħabba li għadu jsofri minn problemi serji ta' saħħa wara korriment fuq ix-xogħol, liema inċident ħallih mhux tajjeb għax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.

Sigurta' Soċjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħat separatament, qed titnaqsilha l-għajnuna soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.

Sussidju fuq kera — Single Parent

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħat separatament, li hi single parent u għandha ħamest itfal hijiex intitolata għal sussidju fuq il-kera u fuq il-meter tad-dawl u l-ilma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.

Housing

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-bejt li hemm fuq il-flat tal-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħat separatament, jiġi mnaddaf mill-iskart li l-persuna sabet hemm diġa' wara li ħadet il-post mill-Housing? Il-persuna li tgħix bir-relief qed jidħlielha ħafna ilma, u qed isir ħsara lis-saqaf billi l-bejt ma jistax jitħalleb.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux kompitu tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali li jagħmel ix-xogħol indikat fil-Mistoqsija. Ninsab infurmat li l-post indikat hu propjeta' tal-privat u t-talba trid issir lis-sid.

Benefiċċju Soċjali — Relief

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħat separatament, tingħata ir-relief peress li m'għandux income ieħor u nqata' mir-reġistrar għax mar jaħdem bla ħlas u bi prova?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.

Benefiċċju Soċjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħat separatament, tnaqsitilha Lm670 mill-għajnuna soċjali għax qalulha li tħallset żejjed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.

Benefiċċju Soċjali — Relief

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħat separatament, qed tieħu r-relief u mhux tar-romol u jekk hijiex intitolata għal sussidju fuq il-kera u fuq id-dawl u l-ilma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.

ETC — Persuna b'Diżabilita'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħat separatament, li hi disabled tingħata xogħol xieraq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li minn meta l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant bdiet tirreġistra bħala disabled fis-26 ta' Settembru 2000, intbagħtet ħames darbiet mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ biex tagħmel xogħol addattat. Okkażjoni minnhom kienet tikkonċerna vakanza ta' messenger/driver mal-Korporazzjoni stess, iżda din il-persuna lanqas biss resqet għall-intervista. B'dankollu l-Korporazzjoni ser tkompli bl-isforzi tagħha biex il-persuna ndikata ssib ix-xogħol.
Leg 9 PQ #378 Sitting 795 2002-10-08 Written · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Servizz ta' Facilitator

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, tingħata is-servizz ta' facilitator billi tbati mid-dyslexia?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni m'għandha ebda skema ta' għajnuna bħal dik imsemmija fil-Mistoqsija fir-rigward ta' skejjel privati bi ħlas. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hi responsabbli biss li taċċerta li persuna li titqabbad tagħmel ix-xogħol ta' 'facilitator' ikollha l-kwalifiċi neċessarji.