Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Ġiljan — Promenade

Question

Jista' il-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra kemm intefqu: i) flus għar-riċeviment li sar għal ftuħ tal- promonade ta' San Ġiljan ii) għal leaflets, inviti u posta għal dan il-għan iii) min kien il-caterer li għamel ix-xogħol f'dan ir-riċeviment?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-attivita' li jista' qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant kienet laqgħa għar-residenti u għall-kommunita kummerċjali li saret il-Ħamis 26 ta' Settembru, fejn ġie spjegat ix-xogħol li fadal isir fl-inħawi ta' San Ġiljan. F'din l-attivita' tqassmu xi 'drinks' lil dawk preżenti, li swew Lm130.92, u ġew imqassma minn ħaddiema tal-Ministeru. Il-leaflets, inviti u l-posta swew Lm416.80
Leg 9 PQ #35805 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk hemmx proġettati fondi u kemm huma, sabiex jinxtara t-tagħmir li qed jissemma' fil-korsijiet li l-ispetturi tal-pulizija qed jagħmlu dwar risk management f'każijiet ta' xi kriżi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Akkademja tal-Pulizija xi żmien ilu kellha proposta minn Supretendent tal-Pulizija Ingliża irtirat sabiex fuq bażi volontarja jaqsam l-esperjenzi tiegħu dwar emerġenzi li jisgħtu jinqalu minn żmien għal żmien. Infurmat ukoll illi għal dawn it-talks qed jattendu kemm membri tal-Korp tal-Pulizija kif ukoll dawk tal-Protezzjoni Ċivili. Għandu jingħad ukoll illi tul dawn it-talks ma saret l-ebda talba għal xiri ta` xi apparat. Madankollu jekk ikun hemm xi talbiet mill-Aworitajiet lokali konċernati għal xiri ta` xi apparat, dawn ikunu ikkunsidrati.

Drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' xogħlijiet li saru, qed isiru jew se jsiru sabiex il-problema tad-drenaġġ li hemm fl-area magħrufa bħala Saint Patricks, f'Pembroke tiġi megħluba permanentement?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li din il-komunikazzjoni tad-drenaġġ f'Pembroke għandha titwettaq f'qasir żmien.
Leg 9 PQ #35807 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA

Question

Jista' il-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra meta art tal-gvern li tmiss ma' Ta' Giorni Road f'San Ġiljan, (ħdejn il-bus stop) se jinbnielha reċint skond il-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern talbet lid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru tal-Infrastruttura u Riżorsi sabiex jagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa.
Leg 9 PQ #35808 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar il-kopertura li qed jingħataw il-pulizija li qed jakkumpanjaw lill-klandestini li qed jiġu ri-impatrijati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Forzi ta` l-Ordni, li jivvjaġġaw bl-ajru ma` klandestini li jkunu qed jiġu ripatrijati, ikollhom l-istess kopertura li normalment ikollhom passiġġieri li jivvjaġġaw bl-ajru.

Kunsill Lokali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm jammonta d-dħul sena b'sena ta' kull kunsill lokali miċ-ċitazzjonijiet tal-gwardjani lokali mit-twaqqif tagħhom sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Nagħti tweġiba f`xi seduta oħra peress li l-informazzjoni trid tinġabar.

Kuntratturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mir-regolamenti tal-bini ġodda u l-iskema tar-reġistrar tal-kuntratturi li hu ħabbar xi xhur ilu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Abbozz għal Att ġdid li sejjer ikun propost dwar ir-Reġistrazzjoni ta' kuntratturi fil-bini u Kontroll tal-Bini, qiegħed għand l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika għall-iskrutinju. Sal-bidu tas-sena d-dieħla għandhom jiġu ppubblikati numru ta' dokumenti ta' linji gwida dwar ir-regolamenti l-ġodda tal-bini. Fir-rigward ta' l-iskema tar-reġistrazzjoni tal-kuntratturi, din qed titħaddem fuq bażi volontarja sakemm l-Att imsemmi jiġi approvat mill-Parlament. Kuntratturi li jkunu jixtiequ jirreġistraw jistgħu jagħmlu dan billi japplikaw lid-Dipartiment ta' l-Industrija tal-Bini permezz ta' formola li tinkiseb mid-Dipartiment jew mill-website tal-Ministeru.

Dingli — Triq Ġuże Maria Abela

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se titkompla u titlesta Triq Ġuże Maria Abela, Dingli?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-kuntrattur mqabbad biex jasfalta din it-triq ħarġitlu order to start work sabiex ikun jista' jibda x-xogħol ta' l-asfalt.

Toroq — Nefqa

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi b'mod dettaljat mistoqsija 35626, cioe' jista' jagħti breakdown dettaljat tan-nefqa ta’ Lm30.0 miljuni li l-Prim Ministru semma li ntefqu f’toroq f’dawn l-aħħar erba' snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35459.

Housing

Question

Jista' il-Ministru jispjega x'inhi l-proċedura biex inkwilini fi blokk ta' appartamenti tal-gvern japplikaw għall-istallazzjoni ta' lift? X'jiġri f'każ li: i) mhux l-inwilini kollha jaqblu fuq il- lift ? ii) jekk xi appartamenti m'għadhomx tal-gvern għax inxtraw mill-inkwilini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar tilqa' applikazzjonijiet taħt Skema V għall-installazzjoni ta' lift fi blokki ta' appartamenti li huma proprjeta' tal-Gvern, f'Malta u Għawdex li fihom tgħix xi persuna li għandha diżabilita' ta' mobilita'. L-applikazzjoni tiġi eżaminata b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'. Wara dan, issir spezzjoni biex jiġi stabbilit jekk hux teknikament possibbli li jiġi nstallat lift fil-partijiet komuni tal-blokk. Jekk l-inkwilini mhux kollha jaqblu li jridu l-lift, l-Awtoirta' tad-Djar xorta waħda tikkonsidra t-talba ta' dawk ir-residenti li jixtiequ li jsir il-lift. Jekk fl-istess blokka jkun hemm ukoll sidien ta' appartamenti li jridu jagħmlu użu mill-lift, dawn jintalbu joħorġu sehem mill-ispiża nvoluta.
Leg 9 PQ #35868 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jispeċifika x'jinkludi x-xogħol tas-servizz ta' sigurta' li ġie assenjat lill-assistent kummissarju l-ġdid Godfrey Scicluna?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-posting preżenti assenjat lill-Assistent Kummissarju li rrefera għalih l-Onor. Interpellant jinkludi il-ko-ordinazzjoni ta` operazzjonijiet li jkollha l-Pulizija li tkun teħtieġ l-assistenza tas-Servizzi tas-Sigurta` u kull xogħol ieħor relatat. Fuq kollox, għal raġunijiet ovvji, ma nħossx li huwa prudenti li tingħata informazzjoni dettaljata dwar kif il-Pulizija tikkordina l-ħidma tagħha fil-ġlieda kontra l-kriminalita`.
Leg 9 PQ #35891 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Kopja ta' Kuntratt

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tax-xogħol tal-Operations Manager li kien impjegat fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq bejn l-1994 u l-1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Kopja tal-kuntratt mitlub qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35902 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

EU — Programmi

Question

Jista' il-Ministru jsemmi l-persuni kollha li matul din is-sena attendew jew qed jattendu xi programm ta' l-UE permezz tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni? Jekk dawn il-persuni jattendux l-universita' jew xi istituzzjoni edukattiva oħra, jekk jaħdmu fejn, liema programm attendew jew qed jattendu u fejn marru?

Response (GALEA, LOUIS)

Mhix il-prattika li nagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li bbenefikaw minn programmi edukattivi ta' l-UE. Fi żmien qasir jiġi pubblikat rapport dwar il-ħidma ta' l-EUPU li jkun fih id-dettalji meħtieġa.

Cleaners

Question

Jista` l-Ministru jgħid jekk hemm regolamenti li jirregolaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ħlas tal-cleaners li jaħdmu fl-uffiċċji u fid-djar privati fil-parti l-kbira tagħhom fuq bażi part-time ? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jinforma l-Parlament b'dawn ir-regolamenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu bħala cleaners fl-uffiċċji w fid-djar privati huma regolati kif ġej: 1) Cleaners fl-uffiċċji privati Il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn huma regolati minn AL 15/2001 (l-Ordni ta' l-2001 biex Jirregola l-Pagi mill-Kunsill tal-Pagi għas-Settur li jipprovdi Servizz ta' Tindif.) 2) Cleaners fi djar privati Il-kundizzjonijiet huma regolati minn AL 7/76, kif emendat (l-Ordni li Jirregola l-Pagi għas-Servizz Domestiku.)

Tarzna

Question

Jista` l-Ministru jgħid x'kienu l-iżviluppi li kien hemm mill-istqarrija tiegħu dwar it-Tarzna fir-rigward ta' l-iskema ta' l-irtirar kmieni mix-xogħol u tal-prospetti ta' xogħol għat-Tarznari u kemm-il darba t-Task Force għadha tiffunzjona, x'inhuma issa l-għanijiet u l-miri li trid tasal għalihom.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li tlesta l-eżerċizzju ta' analiżi li kellu jsir malli ngħalqu l-iskemi. Għaldaqstant il-pass li jmiss huwa li dan l-eżerċizzju jiġi preżentat lill-membri tat-Task Force bl-iskop li jitkompla jkun implimentat il-Pjan ta' Ristrutturazzjoni.

BBS — Investigazzjonijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 33331, jista` l-Ministru jgħid f'hiex waslu l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-parti sostanzjali li tħassret tal-programm Xarabank li kellu jixxandar fl-10 ta' Mejju li għadda u li fil-fatt ma xxandarx.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant għadu qed ikun investigat mill-Pulizija.

Single Parent Families

Question

Jista` l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' single parent families li b'xi mod jew ieħor hu magħruf lill-Gvern (forsi minħabba għajnuna li jirċievu mingħandu), kemm huma rġiel u nisa, u minn liema lokalitajiet huma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Assistenti Każwali

Question

Jista` l-Viċi Prim Ministru jgħid f'hiex waslu d-diskussjonijiet li l-Gvern qed ikollu ma' l-Union Ħaddiema Magħqudin dwar l-Assistenti Każwali fir-rigward tal-kontribuzzjoni soċjali li jridu jħallsu u fin-nuqqas ta' kundizzjonijiet ta' xogħol u benefiċċji li m'humiex intitolati għalihom bħal ħaddiema oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Billi d-diskussjonijiet dwar l-Assistenti Soċjali Każwali issa daħlu f'fażi finali u kruċjali ħafna, naħseb li mhux opportun li tingħata xi nformazzjoni fil-preżent.

Imsida — Marina Home

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara illi xi ħadd mid-dipartiment tas-sigurta` soċjali jmur ġo marina home Imsida fejn persuna, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li ma toħroġ, tixtieq tapplika għall-SKA peress li m'għandhiex qraba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-District Manageress ta' l-Imsida ġiet mgħarrfa b'isem il-klijenta li tixtieq tagħmel applikazzjoni ta' l-Għajnuna Medika u ġa marret tapplikalha.

ETC

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinforma lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hijiex intitolata għal xi kumpens talli din ġarrbet 5% permanent disability waqt korriment fuq ix-xogħol fis-16 ta' Ottubru 1983?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.