Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' individwi, kumpanniji jew working partnerships li wrew interess fis-sejħa ppubblikata mill-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada għall-building services engineering consultancy liema avviż deher fil-ħarġa ta' "Il-Mument" tal-Ħadd 23 ta' Ġunju 2002 u f'ġurnali oħra, liema sejħa għalqet fil-11 ta' Lulju 2002? F'kull każ jista' jqiegħed kopja tad-dokumentazzjoni ta' kull sottomissjoni li saret?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kumpaniji li wrew interess fis-sejħa għall-building services engineering consultancy huma dawn li ġejjin:-
Scicluna & Associates
Harrison Malta Environmental
Technology Services Ltd
Coastal Management Company Ltd
Martin C. Pizzuto
E.N. Engineering Ltd
Żammit & Associates
Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull sottomissjoni li rċeviet il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada b'riżultat ta' avviż li deher fil-ħarġa ta' l-Erbgħa 26 ta' Ġunju 2002, u f'ġurnali oħra fejn deher avviż għal dawk li huma interessati li jaqdu lill-fondazzjoni f'various trades and services liema sejħa għalqet fit-18 ta' Lulju 2002?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta.
Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' applikanti li tefgħu applikazzjoni għall-post ta' projects and contracts administrator mal-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada, liema sejħa dehret f'The Times tas-Sibt 17 ta' Lulju 2002 u f'ġurnali lokali oħra u li għalqet il-Ġimgħa 26 ta' Lulju 2002? Jista' jgħid fejn wasal il-proċess ta' l-għarfa u jekk il-persuna ġiet maħtura f'din il-kariga, iqiegħed kopja tal-curriculum vitae tagħha u tal-kuntratt ta' xogħol li għandha ma' l-istess fondazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-applikanti li tefgħu applikazzjoni għall-post ta' projects and contracts administrator mil-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada huma dawn li ser insemmi:-
Is-Sur Arthur William Jordan
Il-Perit Joseph Cachia Fearne
Il-Perit Damian Vella Lenicker
Il-Perit Leonard Żammit
Il-Perit Frank Cortis
Is-Sur Stephen Schembri
Il-Perit Godfrey Vella Baldacchino
Saru l-intervisti meħtieġa u l-Fondazzjoni għażlet lill-Perit Dr Joseph Cachia Fearne u bgħatet għalih. Peress li dan ma aċċettax il-kondizzjonijiet tal-kuntratt offrut, il-Fondazzjoni sejħet lill-persuna li ġeit it-tieni fil-proċess ta' l-għażla. Għaldaqstant ġie magħżul il-Perit Leonard Żammit. Kopja tal-kuntratt tax-xogħol tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-curriculum vitae dettaljati tal-kap eżekuttiv u tal-kontrollur finanzjarju rispettivament tal-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada kif ukoll kopji tal-kuntratti tax-xogħol tagħhom it-tnejn li għandhom ma' l-istess fondazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Kuntratt ta' impieg li l-Kap Eżekuttiv u l-Kontrollur Finanzjarju għandhom ma' l-FTS.
Peress li kull CV ikun fih dettalji personali ma għandux jitqies korrett li dawn isiru pubbliċi.
Jista' il-Ministru jagħti lista dettaljata ta' l-infiq li sar biex ġiet imtejba l-entratura/foyer tal-bini amministrattiv tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, billi f'kull każ jagħti l-ammont minfuq, lil min sar kull pagament bil-valur tiegħu u kull pagament kif jirriżulta mis-sejħiet għall-offerti jew kwotazzjonijiet li ġew ippubblikati? Jekk fin-negattivjista' il-Ministru jgħid għaliex tali sejħiet għall-kwotazzjonijiet u offerti ma ġewx ippubblikati?
Response (GALEA, LOUIS)
In-nefqa totali biex ġiet imtejba l-entratura / foyer tal-bini amministrattiv tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kien Lm15,000. L-entratura tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ġiet refurbished u twessgħet biex toffri spazji u titpoġġa għamara biex jingħata servizz lill-mijiet ta' klijenti li kuljum jiġu fl-uffiċċji tal-Ministeru ta' l-Edukazjoni. Illum dan is-servizz qed jingħata u jiġi konċentrat kemm jista' jkun permezz ta' l-uffiċċji tal-Customer Care f'din l-entratura li għadnhom l-iskop li jkunu one-stop-shop biex il-klijenti jingħataw is-servizz u l-attenzjoni meħtieġa mingħajr ma jkollhom għalfejn li jduru diversi uffiċjali jew uffiċċji. Dan is-servizz effettiv fl-istess ħin qed inaqqas mill-pressjoni minn fuq l-uffiċjali konċernati.
Għadd kbir ta' persuni kuljum jiġu f'dawn l-uffiċċji biex jiġbru jew jimlew applikazzjonijiet (ġieli jkun hemm okkażjonijiet meta mijiet ta' applikazzjonijiet iridu jinġabru fi żmien qasir), biex jagħmlu rapporti, jew jitolbu informazzjoni, biex jitolbu għajnuna jew parir jew jiddiskutu problemi. S'issa dan is-servizz kien effettiv ħafna kif jixhdu l-persuni li javvinċinawh kuljum. Il-Customer Care se jiftaħ akatr is-servizzi tiegħu biex eventwalment jagħti servizz lid-Dipartimenti kollha li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru.
Għalhekk kellu jsir tibdil sostanzjali strutturali biex jinħolqu l-ispazji meħtieġa u tqegħdet l-għamara meħtieġa biex il-persuni-klijenti jħossuhom milqugħa u servuti kif jixraq u skond l-obbligi li l-Office of Review daħal għalihom uffiċċjalment fil-Quality Service Charter. Għandu jiġi apprezzat li l-proġett kollu twettaq f'għaxar t'ijiem u b'hekk il-pubbliku kien disturbat mill-anqas.
Wieħed irid josserva li materjal diviżorju ta' aluminium u għamara li tneħħew mill-post qed jintużaw f'postijiet oħrajn.
Tajjeb wieħed ifakkar li l-ispazji li nħolqu u l-ambjent il-ġdid, flimkien mas-sala Ġużeppi Despott, qed jintużaw dejjem aktar minn għadd ta' għaqdiet volontarji filgħaxija, matul il-ġimgħa kif ukoll fi tmiem il-ġimgħa.
Dettali oħra mitluba fil-Mistoqsija jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta.
Jista' il-Ministru jgħid x'wassal lill-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada li ma tippubblikax sejħiet għall-offerti għall-istallazzjoni ta' lift fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard u għat-tqegħid ta' membrane fil-liċeo tal-bniet f'Pembroke u minflok ħajret li jinħarġu hand quotations kontra kull klawsola li l-istess fondazzjoni għandha tħares fl-akkwist u l-orovvista ta' materjali kif elenkat fl-istatut tagħha u kif ordnata mill-ministeru tal-finanzi fejn hu mistqarr espliċitament li kull transazzjoni ta' xiri u provvista ta' materjali, servizzi eċċ, għandha ssir skond l-avviż legali 70 ta' l-1996? Fiż-żewġ każi għaldaqstant jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-offerti kollha miġbura minn din il-fondazzjoni, kopja tat-technical adjudication reports u kopja tal-letters of acceptance li ġew maħruġa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-fatt ġiet pubblikata tender għal-lift fl-iskola Primarja ta' Ħ'Attard. It-tender ħarġet fl-2001 (tender nru. CT124).
Informat ukoll li fir-rigward tat-tqegħid ta' membrane fl-iskola Junior Lyceum Sir Adrian Dingli f'Pembroke, dan ix-xogħol sar minn kumpanija parastatali Kalaxlokk Co. Ltd. Din il-kumpanija parastatali qed taħdem ix-xogħol ta' Sir Adrian Dingli bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.
Filwaqt li ssir riferenza għall-protest ġudizzjarju fil-prim awla tal-qorti ċivili li għamlet il-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jintbagħtu separatament lill-awtorita' dwar it-trasport pubbliku, il-Ministru għat-trasport u komunikazzjoni kif ukoll l-avukat ġenerali dwar liċenzji għall-karrozzi tal-mejtin, jista' il-Ministru jikkonfema dak indikat u cioe' li ilhom 43 sena ma jingħataw liċenzji għall-motor hearses? Jista' jispjega għaliex ilhom daqshekk ma jingaħataw liċenzji?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li n-numru ta' liċenzji għall-motor hearses hu limitat għal dak li kien eżistenti fl-1970.
Jidher għalhekk li matul id-diversi amministrazzjonijiet, qatt ma nħass il-bżonn li joħorġu liċenzji ġodda.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk jeżistux regolamenti jew kriterji sabiex tingħata liċenzja għal motor hearse? Jekk jeżistu, jista' il-Ministru jipprovdihom u jindika kemm ilhom eżistenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35692.
Jista' il-Ministru jindika kemm-il talba saret għal-liċenzja ta' motor hearse dawn l-aħħar 15-il sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li skond l-informazzjoni li għandu d-Direttorat tat-Trasport Pubbliku, mill-1995 s'issa, b'kollox kien hemm 10 talbiet għal permessi ġodda; fosthom 8 f'Malta u 2 għal Għawdex. Fil-perjodu qabel l-1995 ma' jidhirx li nżammet din l-informazzjoni.
B'riferenza għall-mobile phones li l-awtorita' tad-djar għaddiet lill-impjegati u l-uffiċjali, jista' il-Viċi prim Ministru jgħid:
i) kemm-il wieħed ġie mibdul mill-impjegat/uffiċjal tul dawn l-aħħar erba' snin;
ii) kemm kien il-valur li l-awtorita' tad-djar nefqet f'mobile cards?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar nefqet is-somma ta' Lm110 f'mobile cards. F'dawn l-aħħar erba' snin l-Awtorita' tad-Djar bidlet tlett mobile phones.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni bil-pusses ta' xi droga qabel xi party jew rave party? x'tip ta' droga kienet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm 6 persuni li nqabdu fil-pussess ta` droga qabel xi party. Din id-droga kienet tikkonsisti f`ecstacy u reżina tal-cannabis.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' abbuż fuq it-tfal din is-sena? X'tip ta' abbuż kien, kemm tressqu persuni l-qorti u x'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sat-30 ta` Settembru 2002, kien hemm 14-il każ b`26 vittma ta` abbuż fuq tfal rappurtati lill-Pulizija, filwaqt li s`issa tressqu 13-il persuna il-qorti fuq dawn l-akkużi. Dawn kienu kif ġej:-
Case No.
Number of victims per case
Description of offence
Result of case
1
1
Battering
No court action requested
2
1
Battering
Acquited
3
1
Corruption of minor
Sub-judice
4
1
Violent indecent assault
Sub-judice
5
1
Defilment of minor / Rape
Under investigation
6
1
Assault against moral honour
Under investigation
7
1
Defilment of minor
Sub-judice
8
2
Child neglect
Sub-judice
9
2
Defilment of minor / Rape
Sub-judice
10
3
Defilment of minor / Rape
Sub-judice
11
4
Defilment of minor / Rape
Sub-judice
12
4
Defilment of minor
Sub-judice
13
1
Defilment of minor
Sub-judice
14
3
Child neglect causing slight injuries
Sub-judice
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies mad-diversi dipartimenti tal-gvern din is-sena? Ma' liema dipartimenti daħlu u x'xogħol jagħmlu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi minn mas-Servizz Pubbliku, bejn l-1 ta’ Jannar u t-2 t’Ottubru 2002, telqu 770 persuna u gew impjegati hames mija u hmistax-il persuna (515).
Il-gradi u d-dipartimenti ta’ dawn l-impjegati l-godda huma kif jidhru fit-tabella li qieghed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra.
Billi omm it-tifla li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed tieħu ħsieb missierha li joqgħod il-Mosta, jista' il-Ministru jara illi din it-tifla tintbagħat ġo l-iskola Lily of the Valley il-Mosta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-Form I ta' l-iskola Sekondarja Lily of the Valley hemm il-massimu ta' tfal li jista' jkun hemm u li hu permess mill-istandards u l-ftehim attwali mal-Union konċernata. Tlabt li l-każ jinżamm taħt konsiderazzjoni f'ħarsien ta' l-interessi ta' l-istudenta konċernata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'dawn l-aħħar erba' snin fuq advertising, inkluż il-posters li jidhru fit-toroq mill-ETC?
Lil min ingħata l-kuntratt u f'kull każ jekk ħarġitx offerta?
Jista' jgħid mingħand min ġew ordnati l-posters?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-nefqa fuq reklamar u billboards mill-Korporazzjoni għall-Impjieg u Taħriġ f'dawn l-aħħar erba' snin kien kif ġej:
Sena Reklamar Billboards
LM LM
1998-1999 3,868 Xejn
1999-2000 6,093 Xejn
2000-2001 11,865 230
2001-2002 9,662 600
Il-Korporazzjoni m'għandiex kuntratt ma' aġenzija għar-reklamar filwaqt li l-billboards għas-sena 2001-2002 saru mill-kumpannija Billboard Advertising Ltd wara sejħa għall-offerti. Rigward il-billboards li saru fis-sena 2000-2001, il-Korporazzjoni tat Lm230 lill-iskola li magħha kienet ser tagħmel it-taħriġ biex saru tliet billboards.
Jista' il-Ministru jgħid jekk is-sentenzi ta' separazzjoni kontenzjuża li jkunu għaddew f'ġudikat, kollha insinwati?
Hemm sistema li biha jiġi aċċertat li tali sentenzi jiġu fil-fatt insinwati?
Mill-1995 sal-lum, kemm-il sentenza ta' separazzjoni kontenzjuża mogħtija mill-Prim' Awla tal-Qorti Ċivili li ma sarx appell minnha, baqgħet ma ġietx insinwata?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi din l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'dawn l-aħħar erba' snin fuq advertising inkluż il-posters li jidhru fit-toroq dwar l-MCAST?
Lil min ingħata l-kuntratt u f'kull każ jekk ħarġitx offerta?
Jista' jgħid mingħand min ġew ordnati il-posters?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ntefqu Lm948.75 fuq il-posters li dehru fit-toroq dwar l-MCAST. Dawn il-posters ġew ordnati mingħand PAZA Ltd wara sejħa għal offerti. Ix-xogħol kollu sar minn PAZA Ltd.
Jista' il-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex Triq Morphou (Bubaqra) Żurrieq tingħata it-tarmak għall-ewwel darba peress li din ilha bir-residenti fiha għall-aktar minn 9 snin u sal-lum dan ix-xogħol għadu ma sarx? Jafx jew le l-Ministru li ħafna mir-residenti qed ibgħatu minn trab u tajn kemm fis-Sajf u kemm fix-Xitwa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lill-Awtorita' għat-Trasport sabiex issir spezzjoni f'din it-triq sabiex ikun jista' jiġi stabbilit x'hemm bżonn li jsir.