Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36059 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU Commission

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li qabel jitressqu abbozzi ta' liġijiet ġodda u legal notices qabel ma' dawn jiġu ppublikati u approvati mill-ministri kkonċernati l-ewwel jiġu vetted u approvati mill-EU commission diment li jkunu jagħmlu parti minn national plan for the adoption of the acquis?

Response (BORG, JOE)

Il-liġijiet Maltin jitfasslu, l-ewwelnett, ġewwa l-Ministeri rispettivi, u għalhekk il-Ministru jkun mgħarraf sew b'dak li jkun qiegħed jitħejja fuq livell legali fil-Ministeru tiegħu. Meta jitlestew, l-abbozzi tal-liġijiet jiġu mgħoddija kemm lill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika, kif ukoll lid-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru tiegħi. Id-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea jagħmel eżerċizzju ta' tqabbil bejn il-provvedimenti ta' l-acquis communautaire u dawk proposti fil-liġi lokali. Ġieli jkun hemm każi fejn jinħass il-bżonn ta' aktar konsultazzjoni teknika, u huma f'dawn il-każi, li ma humiex ta' natura regolari, illi l-Kummissjoni tiġi ikkonsultata. Irrid nenfasiżża illi d-deċiżjoni jekk liġi partikolari tiġix riferuta jew le lill-Kummissjoni hija dejjem f'idejn il-Gvern Malti. Fl-ebda każ ma tista' l-Kummissjoni tapprova hi abbozzi ta' liġijiet li jistgħu jintbagħtu għandha għal konsultazzjonijiet, kif għadni kif indikajt.
Leg 9 PQ #36060 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Economic Survey

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-economic survey qed jiġi ppublikat għall-ewwel 9 xhur tas-sena mal-budget iżda m'huwiex jinħareġ economic survey sħiħ għas-sena kollha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li kienet u għadha valida l-policy li l-Ministeru tiegħi jagħti l-ispazju neċessarju biex fil-preparazzjoni ta' l-Economic Surveys jintlaħaq l-għola livell ta' analiżi ekonomika possibbli. F'dan il-kuntest, il-Ministeru qed jaħdem biex l-Economic Survey gradwalment jagħmel titjib fil-kwalita'. L-iskop aħħari ta' dawn l-isforzi hu li s-Survey jindirizza aħjar il-bżonnijiet li t-tfassil tal-politika ekonomika tal-pajjiż jirrikjedi. San żgur ifisser li l-Economic Survey ma jkunx jinkludi biss elementi deskrittivi, imma jiġġenera wkoll stimi u tbassir ibbażati fuq teknika stabbilita' b'mod xjentifiku. Inserraħ moħħ l-Onorevoli Interpellant li ser nippubblikaw l-Economic Surveys li jkopru kemm l-ewwel disa' xhur tas-sena, kif ukoll is-sena kollha b'mod u f'format li jagħmel din il-pubblikazzjoni aktar rilevanti għall-isfidi li tmexxija ta' l-ekonomija tal-pajjiż qed titlob. Il-format ġdid tal-Economic Survey huwa mistenni li jibda bil-pubblikazzjoni tas-sena sħiħa 2002.
Leg 9 PQ #36061 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

AirMalta — Flotta ta' Ajruplani

Question

Jista' il-Ministru jgħid b'kemm inbiegħet il-flotta ta' ajruplani ta' l-Airmalta dan l-aħħar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Naħseb li l-Onorevoli Membru japprezza li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjali sensittiva u f'dan l-istadju ma jkunx ta' benefiċċju għall-kumpanija li tali nformazzjoni ssir pubblika.
Leg 9 PQ #36062 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Self fuq l-Sptar il-Ġdid

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm garanziji ġodda min-naħa tal-gvern matul is-sena 2002 sabiex ikopru self minn entitajiet, awtoritajiet, organizzazzjonijiet u fundazzjonjijiet ikkontrollati mill-gvern? Ser isir jew sar xi self minn barra 'il pajjiż in konnessjoni ma' l-isptar il-ġdid? Jekk iva, għal kemm jammonta dan is-self? Ser ikun garantit mill-gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qeda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #36066 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35620, jista' jinformani fiex wasal il-bini tas-substation biex tiġi msaħħa l-provvista ta' l-elettriku fi Triq it-Tiben, Wied il-Għajn? Fejn se tinbena jew qed tinbena din is-substation? Meta hu maħsub li tkun lesta din is-substation?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minkejja diversi tentattivi li saru, il-Korporazzjoni Enemalta ma rnexxiliex takkwista biċċa art fl-inħawi ta' Triq it-Tiben f'Wied il-Għajn sabiex tinbena substation. Għaldaqstant l-Enemalta daħlet f'negozjati ma' żviluppaturi privati biex jinbnew tlitt substations f'Wied il-Għajn. Kull waħda minn dawn is-substations ser taffettwa l-provvista ta' l-elettriku fit-triq imsemmija. Naturalment it-tlestija tat-tlitt substations tiddependi mill-iżviluppaturi tal-proġetti li fihom huwa maħsub li jinbnew dawn is-substations. Għal din ir-raġuni l-Enemalta ma tistax tagħti data meta dawn ser jitlestew.

Birkirkara — Triq Giovanni Mamo

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tingħata t-tarmak Triq Giovanni Mamo f'Birkirkara, liema triq tinsab f'kundizzjoni tal-biki? Jaf il-Ministru li r-residenti tat-triq kontinwament jilmentaw minħabba l-istat diżastruż tat-triq u li qed ikun hemm problema ta' trabijiet u li l-istess residenti jilmentaw minħabba li fl-istess triq qed ikun hemm ġriden kbar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed timplimenta programm għall-asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha u x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien f'dan il-programm.
Leg 9 PQ #36068 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jara li jinbidlu dawk il-bozoz maqtugħin li hemm fl-istazzjon ta' Birkirkara? Jaf il-Ministru li dawn il-bozoz ilhom maqtugħin għal diversi ġimgħat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-bozoz li qed issir riferenza għalihom ma humiex fir-responsabbilta' tal-Korporazzjoni Enemalta.
Leg 9 PQ #36080 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jara kif ġewwa Triq Spencer, fil-Marsa (wara ta' Falzon) il-bozoz tal-gvern, ilhom ma jixgħelu għal dawn l-aħħar sena u nofs bir-riżultat li qiegħed jinħoloq inkonvenjent kbir għar-residenti ta' l-inħawi?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.

Birkirkara — Psaila Street

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li fejn qed isiru x-xogħlijiet ta' Triq Psaila, B'Kara fil-venda, fejn hemm siġra mejta li din tinqala u jingħata t-tarmak minflokha ħalli jkun hemm aktar spazju?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qiegħed f'kuntatt mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura biex jiġi stabilit jekk is-siġra inkwistjoni hiex mejta, biex b'hekk jista jiġi deċiż x'għandu jsir.

Birkirkara Bypass

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra jirranġa parti mill-bypass B'Kara (Iklin) bejn it-traffic lights għaliex it-triq mhijiex tajba?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport għandha programm ta' xogħol ta' manutenzjoni ta' toroq arterjali u distributorji, u x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant isir skond l-esiġenzi ta' dan il-programm.
Leg 9 PQ #36085 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Telemalta

Question

Jista' il-Ministru jara biex jiġi rranġat wire tat-telefon li jinsab mal-faċċata tal-familja li l-indirizz qed jintbagħat seperatament, peress li dan il-wire qiegħed imwaħħal wisq fil-baxx u meta jgħaddu vetturi u nġenji kbar qed jaqilgħu l-wire b'konsegwenza li ħafna familji jispiċċaw bla linja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-fatt ix-xogħol li kien meħtieġ diġa' sar.
Leg 9 PQ #36086 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Camping Sites

Question

Peress li waqt il-ħin għall-mistoqsijiet supplimentari fis-seduta tal-11 ta' Ġunju 2002, tkellem dwar camping sites għall-poplu, jista' il-Ministru jgħid meta dawn il-camping sites sejrin ikunu available? F'liema postijiet?

Response (BORG, TONIO)

Fil-kuntest tat-tfassil tal-Pjanijiet Lokali, il-MEPA s`issa identifikat seba` siti għal camping sites. Sitt siti (tnejn fil-Marfa, tnejn f`Baħar iċ-Ċagħaq, wieħed f`Kemmuna u ieħor f`Għajn Tuffieħa) qegħdin fi Pjanijiet Lokali li bħalissa qegħdin fl-istadju ta` konsultazzjoni pubblika, waqt li sit ieħor qiegħed f`Bengħajsa fil-Pjan Lokali ta` Marsaxlokk li diġa` ġie approvat formalment mill-Board tal-MEPA. L-iżvilupp ta` camping sites ikun permess mill-Awtorita` meta il-Pjanijiet Lokali rispettivi jiġu approvati formalment.
Leg 9 PQ #36087 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Interim From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tas-Saħħa

Operazzjonijiet — Waiting Lists

Question

Il-Ministru tas-saħħa kemm-il darba semma li qed isiru sessjonijiet ta' investigazzjonijiet u operazzjonijiet nhar ta' Ħadd u festi pubbliċi bil-għan li jitnaqqsu l-waiting lists, jista' il-Ministru jispeċifika f'liema taqsimiet qed isiru dawn l-investigazzjonijiet u operazzjonijiet u f'kull każ kemm qed isiru? Jista' jgħid kif tnaqqsu l-waiting lists f'dixxiplini diversi mqabbla ma' l-1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaż Żabbar — Parking

Question

Jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterji ttieħdu d-deċiżjonijiet biex fi Triq il-Mina ta' Hompesch f'Ħaż-Żabbar sar spazju għal parking quddiem ċerti stabbilimenti kummerċjali u quddiem oħrajn inżebgħu linji ta' no parking? Jista' jikkonferma jekk dawn is-sinjali u l-proġett kollu sarx bl-approvazzjoni tal-bord għall-kontroll ta' t-traffiku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dawn is-sinjali u l-proġett kollu sar bl-approvazzjoni tad-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku u hemm parking fuq iż-żewġ naħat tat-triq. Il-partijiet ta' no parking qedgħin biss viċin ir-roundabout k/m Triq is-Sur, viċin il-bus lay-bys u l-pedestrian crossings u fil-kantunieri tat-toroq.
Leg 9 PQ #36092 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

B.Ed. Technology — Riżultati ta' Interviews

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se joħroġ ir-riżultat ta' l-interview tal-B.Ed Technology li sar f'Settembru? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jimpjega minn dawn il-persuni intervistati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-riżultat ta' l-'interview' għall-għalliema B.Ed Technology li sar f'Settembru 2002 joħroġ hekk kif il-"Public Service Commission" tapprovah u tibghatu lura lid-Diviżjoni biex jiġi espost fin-'notice board'. Informat ukoll li persuni jiġu impjegati skond il-ħtiġijiet li jinqalgħu minn żmien għal żmien.

Casinos Maltin — Working Permits

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew approvati working permits biex jiġu impjegati barranin fil-casinos Maltin tul l-aħħar sentejn? Jista' jgħid x'tip ta' xogħol għamlu jew qed jagħmlu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #36096 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Persuni b'Diżabilita' — Orthotics & Prosthetics

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuni b'diżabilita' li jagħmlu użu mill-orthotics & prosthetics qed idumu ma' jsir bdil ta' l-istess orthotics & prosthetics (speċjalment fuq it-tfal) u qed issir dewmien fil-proċess biex issir it-tibdil u l-aġġustament tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #36097 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

WAB Board

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' il-WAB board matul din is-sena? Jista' jgħid kemm hemm talbiet pendenti quddiem il-board u kemm-il talba ġiet approvata f'dan l-istess perjodu?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Membru jispeċifika għalxiex qiegħed jirreferi meta jgħid "WAB Board".

Kunsilli Lokali

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-pubbliku inġenerali għandux dritt bil-liġi li jattendi l-laqgħat tal-kumitati konġunti tal-kunsilli lokali? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid liema liġi u liema klawsoli tagħha jistipulaw dan id-dritt u jekk fin-negattiv l-istess?

Response (GATT, AUSTIN)

Ghalkemm il-ligi taghti d-dritt li l-pubbliku jattendi ghal-laqghat ta' kull xahar tal-Kunsill, ma ssemmi xejn fuq laqghat ohra bhall-Kumitati u Sotto-Kumitati. Ghaldaqstant hija fid-diskrezzjoni tal-Kumitat Kongunt jekk il-Pubbliku ghandux jattendi jew le ghal dawn il-laqghat.
Leg 9 PQ #36101 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Performance Management Programmes

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għal-liema raġuni l-performance management programmes u rapporti oħra relatati ta' uffiċjali fil-grad ta' prinċipal u prinċipal anzjan fis-servizz pubbliku ġewwa Għawdex għadhom ma ntbagħtux lil management and personnel office? Għand min huma miżmuma dawn ir-rapporti fil-ministeru għal Għawdex? Jaf il-Prim Ministru li minħabba t-traskuraġni ta' xi impjegat għoli fil-ministeru għal Għawdex dawn ir-rapporti ma jistgħux jiġu proċessati u minħabba f'hekk ċertu uffiċjali fis-servizz pubbliku ġewwa Għawdex għadhom m'humiex jieħdu s-salarju ta' l-iskala l-ġdida li qegħdin fiha?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi ghall-impjegati li, b’rizultat tal-ftehim milhuq bejn il-Gvern u l-Unions f’Awissu 2001, ser ikun possibli ghalihom li jgawdu minn paga ghola konnessa ma’ skala ghola minn dik li jinsabu fiha. Dawn l-impjegati ser tkun tista’ tinghatalhom “progression” jekk ikollhom rakkomandazzjoni mehtiega fl-ahhar tlett “Performance Management Programmes” (PMPs) qabel id-data li fiha jkunu intitolati ghal “progression”. Dan l-ezercizzju jinvolvi mijiet ta’ impjegati. Ninsab infurmat li fil-Ministeru ghal Ghawdex qed isir l-istess ezercizzju li ghandu jigi mitmun f’qasir zmien.