Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir xi pedestrian crossing fi Vjal Cottoner, Fgura?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ għat-traffiku għamel traffic counts, pedestrian counts u behavioural settings survey li minnhom irriżulta l-bżonn ta' żewġ pedestrian crossings fi Vjal il-Kottoner, Fgura, waħda fil-viċinanzi ta' j/w Triq Cospicua u l-oħra il-fuq minn j/w Triq il-Foss. Dan id-Direttorat iddiskuta dawn il-faċilitajiet mal-Kunsill Lokali tal-Fgura waqt laqgħa li seħħet fit-8 ta' Ottubru 2002.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu dawk li applikaw għall-entrance examination ta' clerks in the Malta public service - 2002 li ġiet notifikata fil-gazzetta tal-Gvern ta' Malta no. 17287 fl-10 ta' Settembru 2002? Kemm minnhom kienu ġuvintur u kemm tfajliet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għadd tar-reġistrazzjonijiet ta' applikazzjonijiet għall-entrance examination ta' clerks in the Malta public service - 2002, huwa ta' 1178. L-informazzjoni dwar kemm minnhom huma eliġibbli u kemm huma ġuvintur u kemm huma tfajliet tkun tista' tingħata kif tinġabar l-istatistika dettaljata mill-applikazzjonijiet wara li dawn jiġu verifikati.
Jista' il-Ministru jgħarrafna x'sar mit-tender li kellu joħroġ biex isir ġibjun bejn Bwieraq Street u Holy Cross Street, B'Kara? Jista' jagħtina indikazzjoni x'hemm maħsub għall-area maqlugħa ta' fejn twaqqat il-kamra li kien hemm għaliex ir-residenti qegħdin jibżgħu mill-ħsara tax-xita?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-Taqsima tax-Xogħlijiet m'għandha l-ebda pjani għal xi xogħol fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni li għamlu l-persuni li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament sabiex jixtru l-propjeta' li qegħdin jokkuppaw, liema propjeta hi tal-gvern skond skema ta' l-awtorita' tad-djar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna tirċievi nformazjoni mitluba lill-Kummissarju ta' l-Artijiet dwar il-propjeta' in kwistjoni biex tkun tista' tkompli tipproċessa l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bejn iċ-ċentru Malti tar-restawr u ċ-ċentru tar-restawr Taljan? Kemm kienet l-għotja tal-Gvern Taljan lil MRC u kif intefqu dawn il-flus? Kemm għandu rappreżentanti l-Gvern Taljan fuq il-bord tad-diretturi u bħalissa min huma dawn il-persuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm laboratorji fil-MRC? Għal-liema skop jintużaw dawn il-laboratorji? Dawn il-laboratorji kollha qegħdin jintużaw u jekk fin-negattiv, għaliex m'humiex qegħdin jintużaw?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati full-time u part-time fil-MRC u x'inhu r-rwol ta' dawn l-impjegati? Kemm minn dawn l-impjegati huma barranin? Kemm jiġu visiting lecturers barranin matul is-sena? Kemm tħallsu l-impjegati barranin taċ-ċentru? Kif ġew impjegati l-ħaddiema Maltin fiċ-ċentru peress li darba waħda biss deher avviż għall-ingaġġ ta' ħaddiema fil-MRC? X'inhuma l-kwalifiki tal-impjegati akkademiċi taċ-ċentru?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'sar mill-kuntratt ta' ċens għall-art fiż-żona industrijali ta' Ħal Far li kien ġie iffirmat mill-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament u l-korporazzjoni Maltija għall-iżvilupp fl-4 ta' Awissu 1999?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-persuna li qed issir riferenza għaliha għandha kuntratt mal-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp dwar allokazzjoni ta' art f'Ħal Far. Hija l-politika tal-Korporazzjoni li lil persuni bħal dan toffrilhom art oħra f'qasam industrijali ieħor.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-riżultati ta' l-interviews li saru f'Awissu li għadda għad-dħul fil-Bank Ċentrali ta' Malta għadhom sal-lum m'humiex ippubblikati?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess tar-reklutaġġ ta' skrivani grad B mal-Bank Ċentrali ta' Malta għadu ma ġiex iffinalizzat kompletament. Dan ser jiġi ffinalizzat fi żmien ġimgħa u l-applikanti kkonċernati jiġu nfurmati8 u rapport finali jingħata wkoll lill-ETC.
Jista' il-Ministru jara li titnaddaf l-open space li hemm quddiem l-iskola primarja ta' Ħal Tarxien minħabba l-ammont ta' żibel li jeżisti u minħabba li minn din l-area jgħaddu ħafna tfal għall-iskola?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35980 ta' din is-seduta.
Ġaladarba fl-Att Legali 133 tas-sena 2002, il-kodiċi tax-xandir dwar użu tajjeb ta' l-ilsien Malti fil-mezzi tax-xandir, kellu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2002, jista' il-Ministru jgħid jekk din id-data hijiex sejra tiġi nforzata bid-dmirijiet u osservazzjoni tax-xandara?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li peress li l-Avviz Legali 133 ta’ l-2002 huwa ligi, l-Awtorita tax-Xandir qed tiehu l-mizuri necessarji biex dan l-Avviz Legali jigi nfurzat. L-Awtorita diga hadet numru ta’ mizuri qabel ma gie fis-sehh l-istess Avviz Legali u cioé saru tliet korsijiet dwar l-uzu ta’ l-ilsien Malti ghax-xandara, thejjew linji gwida mill-Akkademja tal-Malti ghax-xandara, tlesta programm dwar “fonts” Maltin biex jigi nstallat fuq il-“character generator” ta’ l-istazzjonijiet tat-televizjoni lokali, se jinhatru konsulenti dwar l-ilsien Malti ghall-istazzjonijiet kollha, kull licenzja gdida tax-xandir li tohrog l-Awtorita qed ikollha fiha obbligi cari dwar l-ilsien Malti u anke se jinghata premju ghall-ahjar uzu ta’ l-ilsien Malti fil-mezzi tax-xandir.
B'riferenza għall-domandi preċedenti dwar l-istess suġġett, f'hiex waslu l-investigazzjonijiet dwar allegat abbuż mill-VAT minn importatur ta' l-aluminium profiles? Il-pulizija iddaħlu f'xi stadju biex jinvestigaw? Jekk iva, meta u nstabitx id-dokumentazzjoni kollha meħtieġa?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onoroevoli Interpellant li d-Dipartiment tad-Dwana għadu qed jistenna r-riżultat ta' nvestigazzjonijiet li qed isiru dwar xi dokumentazzjoni relatata mas-suġġett u malli jkun possibbli jkompli l-proċeduri skond ma jirriżulta bil-parteċipazzjoni tal-pulizija jekk dan ikun indikat fiċ-ċirkustanzi.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35553, cioe' jista' jgħid kemm il-kilometru tarmak ingħata mill-gvern ċentrali f'Raħal Ġdid, Santa Luċija, Gudja, Raħal Ġdid ta' Lourdes u Marsa?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jsir lift fil-bitħa ta' 156 Triq il-Punent, Valletta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda applikazzjoni mir-residenti tal-fond indikat biex jiġi nstallat lift. L-Awtorita' rċeviet applikazzjoni għal installar ta' lift mir-residenti tal-fond 157 fl-istess triq, iżda nstab li t-tromba tat-taraġ hi dejqa wisq biex takkomoda lift.
Peress li t-tagħrif huwa mitlub fl-interess pubbliku, jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35853 cioe', peress li l-liġi tas-sigurta' soċjali tipprovdi għall-ħlas ta' bolla tat-tieni klassi minn min jaħdem għal rasu u min għandu xi dħul minn investimenti u dan l-aħħar id-dipartiment tat-taxxi interni ħareġ xi karti biex jitlob dawn it-tip ta' bolli, jista' il-Ministru jgħid kemm inġabru flus minn mindu ħarġu dawn il-karti, u kif inhuma maqsumin, self-employed u self-occupied?
Wara li d-dipartiment tat-taxxi interni ħareġ karti għal ġbir ta' bolli tat-tieni klassi, self-employed u self-occupied, u jien informat li ħafna nies qed imorru fid-dipartiment u qed jintalbu japplikaw għall-ċertifikat ta' eżenzjoni, jista' il-Ministru tas-sigurta' soċjali jgħid għaliex nies li qed imorru fl-uffiċji distrettwali qed jgħidulhom li dawn m'għadhomx jeżistu? Peress li qatt ma kien hemm emenda ta' dan it-tip fil-liġi, hemm xi ħsieb li ssir?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija l-informazzjoni qeda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra. Fir-rigward ta' tieni parti nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jara li l-korporazzjoni Enemalta tikkonsidra li tiddawwal aħjar Triq ir-Republika il-Belt, fejn il-kunvent ta' Santa Katerina?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret minn ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li fil-parti tat-triq imsemmija hemm dawl adekwat.
Jista' il-Ministru jara li peress li jirriżulta li hemm il-ġrieden fi Triq Zimelli Ħamrun fl-isqaq, jistgħu jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li ħaddiema mis-Sezzjoni tal-'Pest Control', għamlu trattament intensiv ta' tqegħid ta' velenu fil-lokalita' indikata fl-10 ta' Ottubru 2002.
L-aħħar ilment fuq l-istess lokalita' ndikata mill-Onor. Interpellant daħal għand it-Taqsima tas-Saħħa Ambjentali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fis-16 ta' Lulju 2002 fejn kien sar trattament intensiv mis-Sezzjoni tal-'Pest Control'.
Il-problema ser tibqa' tiġi segwita regolarment sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi taħt kontroll.
Jista' il-Ministru jara li l-bini ta' St. Benedict fi Triq Zimelli Ħamrun li ġie riabilitat dan l-aħħar jinbidlulu wkoll it-twieqi u l-bieb ta' barra?
Response (BORG, TONIO)
Qegħdin isiru l-arranġamenti neċessarji mad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta` Djar biex ix-xogħol fuq it-twieqi u l-bieb ta` barra isiru mill-aktar fis possibli.
Jista' il-Ministru jara li jitnaddaf il-bejt ta' garaxxijiet li hemm fi Triq San Tumas kantuniera ma' Triq Zimelli, Ħamrun, minħabba l-periklu li jista' jkun hemm għas-saħħa pubblika?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika spezzjonaw il-bejt tal-garaxxijiet indikati. Sid il-garaxxijiet ġie nfurmat biex inaddaf il-bejt indikat mill-aktar fis possibbli.
Jittieħdu passi Legali jekk dan ma jiġix esegwit fi żmien raġonevoli.