B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuq l-importazzjoni ta' l-għalf tat-tjur? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuql-importazzjoni ta' l-għalf tal-bhejjem? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuq l-importazzjoni tal-qmuħ? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuq l-importazzjoni taċ-ċerejali? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuql-importazzjoni tal-gallettini, ħelu, etc? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866.
Possibli l-Maltacom tara li jissewwa t-telephone li n-numru tiegħu qed nehmeż taħt seperate cover għax dan qiegħed f'buisness u hu ferm bżonjuż? Billi issa ilu fuq ġimgħa bil-ħsara, posibli dan jissewwa fl-iqsar żmien possibli? Tista' il-maltacom tinnota li minkejja li l-klijent ġie nfurmat li l-ħsara hi mis-sett tiegħu u s-sett inbidel, din il-linja baqgħet bil-ħsara?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-ħsara li saret riferenza għaliha issewwiet.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-lista' ta' Natura 2000 sites li kellha tkun lesta sal-aħħar tas-sena 2002 ġietx ffinalizzata jew ġietx ippublikata? Din il-lista', jekk ġiet preparata ġiet approvata mill-Kummisjoni Ewropea?
Response (BORG, TONIO)
Il-lista ta` Natura 2000 sites li qed jirreferi għaliha l-Onor. Membru hija kważi finalizzata, imma għadha ma ġietx ippublikata. Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta` l-Onor. Membru li l-Kummissjoni Ewropea tapprova biss listi ta` din ix-xorta ta` pajjiżi li diġa` huma membri tagħha.
Jista' l-Onorevoli Ministru jagħmel l-invetigazzjoni u stħarriġ neċessarju sabiex jirrevela lill-poplu għala l-istazzjon mobbli għal-moniteraġġ tal-arja li kellu suppost jitlesta sa Diċembru 2001 dam daqshekk sabiex jitlesta'? Kien hemm xi nuqqassijiet minn impjegati tal-MEPA sabiex ixekklu dan il-proċess? X'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sejħa għall-offerti ta` stazzjon mobbli ġdid għall-monitoraġġ ta` l-arja kienet ser tagħlaq fis-7 t`Awissu, 2001 imma ġie deċiż mid-Dipartiment tal-Kuntratti li d-data tiġġedded sat-18 ta` Settembru, 2001.
L-ittra ta` l-aċċettazzjoni ħarġet fl-4 ta` Lulju, 2002 mid-Dipartiment tal-Kuntratti biex jissupplixxi l-apparat ta` monitoraġġ li kellu jiġi delivered f`sitt ġimgħat minn din id-data. L-apparat wasal Malta f`Ottubru, 2002.
Saret ordni oħra separata għal housing u din ġiet kompluta riċentement.
Hemm aspetti oħra kontrattwali li qegħdin jiġu mistħarrġa.
Jista' il-Ministru jgħid kif ġiet riveduta l-iskema għal-ġbir tal-batteriji u kif qegħda taħdem issa? Xi jrid jagħmel il-pubbliku sabiex jimxi fuq normi ambjentali sabiex jarmi dawn il-batteriji u x'inhu jsir minnhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-iskema ta' servizz bla ħlas għal-ġbir tal-batteriji wżati titħaddem billi l-pubbliku huwa nkoraġġit sabiex jidisponi minn dawn il-batteriji f'reċipjenti provduti apposta f'diversi ħwienet u stabbilimenti madwar Malta. Id-dipartiment jipprovdi servizz tal-ġbir ta' dawn ir-riċipjenti fil-batteriji wżati fejn dawn qegħdin jiġu storjati sakemm eventwalment dawn inridu niddisponu minnhom mingħajr ma ssir l-ebda ħsara lill-Ambjent.
Il-pubbliku għandu wkoll il-faċilita' li juża n-numru tat-telefon 21236347 fejn jitħalla messaġġ sabiex wara jittieħdu l-passi neċessarji għal ġbir tal-batteriji wżati.
Fil-kas tal-batteriji wżati ta' daqs akbar bħal dawk tal-karozzi dawn wara li jinġabru qegħdin jiġu mogħdija għal esportazzjoni bl-iskop ta' reċiklaċċ.
Il-Gvern Malti wiegħed li sa l-aħħar tal-2003 ser ikun qed jopera 4 landfills ġodda u ser jagħlaq dawk preżenti. Jista' il-Ministru jelenka kif dan ser iseħħ, fejn ser ikunu dawn is-siti u jagħti rendikont fejn il-fondi biex isiru dawn il-proġetti jidhru fl-estimi ġenerali tal-Gvern?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed nassumi li l-Onor Interpellant qiegħed jirreferi għal Landfill ta' skart mhux tossiku u oħra għal skart tossiku għax, safejn naf jiena, l-Gvern m'għandu l-ebda ħsieb li jibni jew jopera xi Landfills oħra. Qiegħed nassumi wkoll, pero, illi l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal faċilitajiet fejn jintrema l-iskart tal-bini (Construction and Demolition Waste) u li dawn qiegħed isejħilhom ukoll Landfills.
Il-pjan tal-Gvern fuq dawn ta' l-aħħar huwa li l-ewwel nibdew nimlew il-barrieri li m'humiex qed jintużaw iżjed u għal dan il-għan il-gvern qiegħed fil-proċess li jiffinalizza l-kuntratt hekk imsejjaħ 'Package 1' tat-tender li kienet ħarġet appositament u dan mistenni li jsir fil-futur qrib.
Rigward iż-żewġ Landfills li semmejt aktar 'il fuq, u li jistgħu jkunu jew tnejn separati minn xulxin jew iż-żewġ Landfills inkorporati f'sit wieħed, bħalma jaf l-Onor Interpellant bħalissa qiegħed għaddej l-E.I.A. biex jiġi stabbilit fejn finalment jistgħu jsiru dawn il-Landfills.
Bħalma jista' jara l-Onor. Interpellant mill-Estimi Finanzjarji ta' din is-sena, il-komponent ta' l-Engineered Landfill huwa nkorporat fl-item taħt titolu 'Waste Management Services'.
Jista' il-Ministru jelenka kemm inġabu flus minn sorsi barranin għal-proġetti ambjentali u nfrastrutturali f'dawn l-aħħar 4 snin u jelenka liema kienu dawn il-proġetti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Din l-informazzjoni qed tinġabar u għalhekk risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' koppja anzjana ta' 90 sena li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li qegħdin jitolbu reserved parking?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li minn riċerka li saret fid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku ma nstabet l-ebda' rakkomandazzjoni mill-Kimmissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' rigward xi
reserved parking
għas-sinjuri riferuti f'din il-Mistoqsija Parlamentari.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 38415 u cioe' jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija parlamentari numru 38415 f’seduta numru 863 fit-3 ta’ Frar 2003.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamnetari numru 38430 u cioe' jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-LIMSUK? Kemm sar kummerċ barrani permezz ta' din l-intrapriża fis-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 rispettivament? Kemm saru board meetings tal-kumpannija f'Malta s-sena l-oħra? Kemm saru board meetings fil-Libja fl-istess sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li matul is-snin li qed issir riferenza għalihom ma sarx kummerċ barrani permezz tal-LIMSUK. Dan ġara peress li l-Letters of Credit favur il-LIMSUK qatt ma nfetħu min-naħa Libjana u minħabba li n-naħa Maltija insistiet li timmaniġġja hi.
Fis-sena 2002 saru żewġ Board Meetings fil-Libja; wieħed fis-7 ta' Awissu u l-ieħor fit-23 ta' Ottubru. Matul din l-aħħar laqgħa ittieħdet id-deċiżjoni li l-LIMSUK tiġi likwidata.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 38429 u cioe' jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ tal-kummerċ barrani ta' pajjiżna kemm f'dak li huwa importazzjoni kif ukoll esportazzjoni li huwa invoiced f'dollari Amerikani?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema se jkunu t-toroq li huma fuq l-agenda biex jiġu rranġati matul din is-sena,2003 fil-bliet tal-Fgura, Xgħajra, Kalkara, Isla, Birgu, Bormla u l-parti ta' Ħaż Żabbar li tagħmel mat-II Distrett?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi l-Awtorita' Dwar it-Trasport għadha kif ħarġet żewġ sejħiet għall-offerti biex jiġu asfaltati Triq Carmelo Ritchie u Triq Carmelo Penza fix-Xgħajra, u fil-ġimgħat li ġejjin mistennija tiġi ppubblikata sejħa għall-offerti sabiex tiġi asfaltata l-aħħar parti ta' Triq Merħba u Triq is-Summien fil-Fgura. Għandu wkoll jibda xogħol fi Triq ix-Xatt f'Bormla u Misraħ l-Arċisqof Gonzi fil-Kalkara.
Dan wara li fil-ftit xhur li għaddew tlesta x-xogħol li kien qed isir fi Triq il-Mitħna, Triq Polverista u Triq San Ġwann f'Bormla, Triq Alof De Wignacourt fix-Xgħajra u Triq Vitorja fl-Isla. Saret ukoll Triq Rinella fil-Kalkara, Triq Hompesch fil-Fgura u Labour Road f'Ħaż-Żabbar, fejn twaħħlu wkoll it-Traffic lights.
Id-Direttorat tat-Toroq qiegħed il-ħin kollu f'kuntatt mall-Kunsilli Lokali biex ikun implimentat xogħol ta ' titjib fit-toroq kollha tal-pajjiż u l-prijoritajiet jiġu aġġornati, minn żmien għal żmien skond l-esiġenzi li jkunu qed jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jgħid liema se jkunu t-toroq li huma fuq l-agenda biex isirulhom dwal ġodda matul din is-sena, 2003 fil-bliet tal-Fgura, Xgħajra, Kalkara, Isla, Birgu, Bormla u l-parti ta' Ħaż Żabbar li tifforma parti mit-II Distrett?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għandha ippjanat li tinstalla dwal ġodda fit-toroq li ġejjin.
Birgu - Triq San Dwardu
Fgura - Triq Sant'Antnin, Triq ir-Riħan kantuniera ma' Triq il-Kampanella, Triq il-Merġba, Triq Vinċenzo Maculano u Triq ix-Xemx u l-Qamar
Żabbar - Triq San Franġisk u Triq il-Magħsar.
Jistgħu jittieħdu passi biex trakkijiet u heavy vehicles ma jitħallewx jgħaddu minn Tal-Balal għal Ta' l-Ibraġġ jew lura minħabba t-traffic jams li regolament jikkawżaw minħabba fid-djuq tat-triq ikkonċernata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku investiga l-każ u rriżulta li trakkijiet u
heavy vehicles
iridu jibqgħu jgħaddu minn Tal-Balal għal Ta' l-Ibraġġ u lura minħabba li din hija l-unika triq li hemm biex taqdi l-industrija f'dik iż-żona.
Huwa minnu li f'Għawdex m'hemmx music teacher? Huwa wkoll minnu li hemm żewġ music teachers li għamlu l-interview u ma ġewx aċċettati għaliex iridu jkunu, skond id-dipartiment, activity teachers?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Fliskejjel Primarji t'Għawdex hemm għalliema waħda li tgħallem ilMużika, iżda filpreżent listess għalliema tinsab fuq perjodu ta' "parental leave" u ser tidħol lura għaxxogħol fit28 ta' Frar 2003.
Dwar ittieni parti, nitlob lillOnor. Intepellant ikun aktar speċifiku filmistoqsija tiegħu.