Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35772 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Vetturi tal-Pulizija — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi tal-pulizija li kienu involuti f'inċidenti tat-traffiku din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 53 vettura tal-Pulizija involuta f`inċidenti tat-traffiku matul din is-sena.
Leg 9 PQ #35773 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Road Blocks

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru road-blocks mill-armata din is-sena u x'kien ir-riżultat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant
Leg 9 PQ #35777 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Impjegat

Question

B'riferenza għall-ittra mibgħuta lill-Ministru b'kopja lili mill-koppja li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu sepratament (datata 26.09.2002), jista' il-Ministru jivverifika jekk l-assistent direttur li ismu wkoll qiegħed jintbagħat separatament qal il-kliem attribwit lilu u li jekk qal jarax li żgur mhux aċċettabbli li jkun uffiċjal ta' sistema edukattiva li tiddikjara li trid tkun inklussiva?

Response (GALEA, LOUIS)

Mill-verifiki li tlabt li jsiru b'ebda mod ma jirriżulta li fit-telefonata bejn l-uffiċċjal edukattiv konċenat (u mhux assistent direttur) u omm l-istudenta kien hemm il-kliem jew l-atteġjament dispreġjattiv li għalih issir riferenza fl-ittra.
Leg 9 PQ #35838 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħwienet tax-xorb/discos li ssemmew fir-rapport li ngħata mill-NSTS lill-pulizija dwar inċidenti u xorb li nbiegħ lit-tfal taħt l-eta'? F'kemm-il post inqalgħu inċidenti?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba lli jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35833.
Leg 9 PQ #35839 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Puluzija — Car Park Attendants

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni linċenzjati biex jagħmluha ta' car park attendants? Dawn huma liċenzjati għal xi post partikolari jew jistgħu jaħdmu fejn iridu fil-gżejjer Maltin? Tista' l-pulizija tara jekk dawk li qed jaħdmu ta' car park attendants fl-inħawi ta' l-iStadium Nazzjonali f'Ta Qali humiex liċenzjati jew le?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi skond tagħrif fornut mid-Direttorat għal Liċenzji u Testijiet hawn 50 persuna li għandhom liċenzja maħruġa mill-istess Direttorat sabiex jaħdmu bħala car park attendants fejn indikat fil-liċenzja. Ma jirriżultax li xi ħadd minn dawn huwa liċenzjat sabiex jaħdem fil-car park ta` l-Istadium Nazzjonali f`Ta`Qali.

Awtorita' Marittima — Vapuri Reġistrati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm vapuri li bħalissa huma reġistrati taħt il-bandiera Maltija? X'inhu t-tunellaġġ? Kemm-il vapur ħassar ir-reġistrazzjoni tiegħu fl-ewwel disa' xhur tas-sena? Kemm-il wieħed kellu r-reġistrazzjoni tiegħu mħassra mill-awtorita' marittima fl-istess żmien? X'kienu r-raġunijiet prinċipali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' bastimenti inkluż pleasure yachts, reġistrati taħt l-Att Dwar il-Bastimenti Merkantili, sat-30 ta' Ġunju 2002 kien ta' 3100 b'tunellaġġ gross totali ta' 27,063,313. Matul l-istess perjodu sar għeluq ta' reġistrazzjoni ta' 203 bastimenti, inklużi pleasure yachts, b'tunellaġġ gross totali ta' 2,336,321. Minn dawn kien hemm 19-il bastiment b'tunellaġġ gross ta' 85.128 li l-għeluq tar-reġistrazzjoni tagħhom sar wara li ntużaw is-setgħat tal-Ministru responsabbli għall-bastimenti u tar-Reġistrattur Ġenerali li jordna l-għeluq tar-reġistrazzjoni prinċipalment minħabba defiċenzi tekniċi u ċertifikati meħtieġa li jkunu skadew. L-informazzjoni għall-perjodu li jagħlaq fl-aħħar ta' Settembru 2002 għadha qed tinġabar u tkun inkluża fir-rapport annwali ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta għas-sena Ottubru 2001 - Settembru 2002 li ser npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fil-futur qrib.

Awtorita' Marittima — Vapuri Miżmuma

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm bemm vapuri reġistrati taħt il-bandiera Maltija li huma miżmuma f'xi portijiet barranin? Fejn? Għal liema raġuni? Kemm ilu miżmum kull wieħed?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li huwa ferm diffiċli biex wieħed ikun jaf bl-eżatt f'xi mument partikolari kemm mill-eluf ta' bastimenti reġistrati mal-Awtorita' Marittima li jbaħħru mad-dinja kollha jkunu miżmuma f'xi port. Jekk l-Onor. Interpellant jsemmi xi perjodu jew xahar partikolari nara li l-informazzjoni tinġabar u tingħata, kif fil-fatt ġara f'każ ta' mistoqsijiet oħra simili.
Leg 9 PQ #35842 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Proġġett Comenius

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema mill-iskejjel ta' l-Istat, indipendenti u tal-knisja li ser isiefru għall-proġġett Comenius fix-xahar ta' Ottubru? Min huma u mill-liema skejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35843 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Puluzija — Reat

Question

Nirreferi lill-Ministru għall-mistoqsija 35417, jista' jgħid jekk għalkemm il-puluzija ma kellhom l-ebda rapport formali, jarax li mill-artiklu li deher fil-gazzetta ''Malta Independent on Sunday'' jidher ċar li r-reat sar? U peress li ssemmew l-ismijiet, ma jaħsibx li dan kien biżżejjed biex issir investigazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Il-Pulizija investigat dal-każ. Is-sid tal-ħanut u l-impjegati tiegħu ċaħdu l-allegazzjonijiet fil-gazzetta. Min għamel ir-rapport lill-gazzetta talab li ma jittieħdux passi kontra min għandu liċenzja tal-ħanut. Wara konsultazzjoni mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, se tittieħed deċiżjoni jekk legalment jistgħux jiġu istitwiti proċeduri fil-Qorti.

Benefiċċju Soċjali

Question

Jista' il-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ilha barra mix-xogħol minħabba mard sa minn Marzu, tirċievi l-benefiċċju neċessarju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li d-Dipartiment qiegħed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.

Housing — Skemi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi skema sabiex persuna tirranġa jew tagħmel gallerija ġdida ta' l-injam fil-Kottonera?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' tad-Djar għanda żewġ skemi biex gallarija tiġi rranġata jew mibdula. Dawn huma: Skema 5 - Sussidju Fuq Xogħolijiet ta' Irranġar fi Djar Privati Li Huma Okkupati minn Inkwilini jew Ċenswalisti u Skema Z - Sussidju Fuq Xogħolijiet Ta' Irranġar u Titjib f'Residenzi Privati Okkupati minn Sidien. Inkwilini/Sidien f'kull lokalita' ta' Malta jistgħu japplikaw taħt dawn l-iskemi.

Benefiċċju Soċjali — Għajnuna tal-Wens

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għall-għajnuna tal-wens?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qiegħed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.
Leg 9 PQ #36006 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fabbriki Ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm fetħu fabbriki ġodda minn Settembru 1998 sal-lum? Jista' jekk hu possibli jagħti l-ismijiet tagħhom u kemm jimpjegaw nies?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-istatistika dwar is-settur tal-manufattura ma tinġabarx fil-format mitlub mill-Onorevoli Interpellant, jiġifieri b'riferenza għal fabbriki li għalqu jew fetħu, iżda tinżamm b'mod aktar wiesgħa fejn għandek fabbriki li qed iżidu l-impjiegi u oħrajn li qed inaqqsuhom. Minn dawn iż-żewġ totali tinħadem iċ-ċifra globali tal-ħaddiema fis-settur privat tal-manifattura. Dawn iċ-ċifri huma hekk kif ġej: (Iċ-ċifri għas-sena 2002 għandhom ma ġewx ippubblikati). Settembru 1996 - Settembru 1998 Settembru 1998 - Settembru 2001 impiegi ġodda +937 +2020 impiegi li spiċċaw -1166 -2075 (irtirar, riżenji u sensji) bidla totali -229 -55
Leg 9 PQ #36007 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fabbriki li Għalqu

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema fabbriki temmew l-operazzjoni tagħhom f'Malta bejn Settembru 1998 u llum? Kemm kienu ilhom joperaw f'Malta u kemm kienu jimpjegaw nies?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija preċedenti.
Leg 9 PQ #36009 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Baċir Nu 1

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu ma jintuża l-Baċir Nu 1 ta' Bormla? Jista' jgħid jekk sarx xi progress dwar x'ser isir minn dan il-baċir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-aħħar vapur li daħal fil-baċir numru wieħed kien f'April tas-sena l-oħra. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'dan l-istadju ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 35300 dwar l-istess materja waqt is-Seduta numru 787.

SVDP — Ħinijiet tal-Viżitaturi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijiet għall-viżitaturi fl-isptar San Vincenz de Paule? Jingħataw permessi lill-familjari biex joqogħdu ma' l-anzjani f'ħinijiet oħra, speċjalment meta l-anzjani ma jkunux kapaċi jieħdu ħsieb tagħhom infushom? Kif wieħed jista' japplika għall-permess bħal dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħinijiet għall-viżitaturi fir-Residenza San Vinċenz de Paule huma hekk: Bejn l-10.00 a.m. u l-11.00 a.m. Bejn it-3.00 p.m. u l-5.00 p.m. Bejn is-7.00 p.m. u t-8.00 p.m. F'ċerti każi, xi qraba jingħataw permess biex jibqgħu fis-sala biex jitimaw residenti li ma jkunux kapaċi jieklu weħidhom. Dan isir fuq bażi volontarja u bi qbil man-Nursing Officers. Biex wieħed ikollu permess bħal dan jista' l-ewwel jitkellem man-Nursing Officer u wara jiġbor il-permess mill-Uffiċċju ta' l-Amministrazzjoni.
Leg 9 PQ #36058 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tat-Turiżmu

White Rocks Complex

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn waslu n-negozjati dwar l-iżvilupp tal-White Rocks Complex mill-privat? Jista' jikkonferma jekk il-consortium li miegħu qegħdin isiru negozjati għamilx talba sabiex minflok proġett turistiku dan il-proġett jispiċċa wieħed spekulattiv ta' djar u appartamenti?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-negozjati dwar l-iżvilupp tal-White Rocks Complex ilhom li ntemmu. Bħalissa l-Consortium qiegħed isegwi l-proċess mitlub mill-Awtorita’ tal-Ippjanar u l-Ambjent li jwassal għall-ħruġ ta’ permess ta’ żvilupp. Jien ukoll smajt ix-xniegħa li waslet għand l-Onor. Interpellant u nixtieq ninfurmah li m’hemm ebda verita’ fil-qlajja li minn wieħed turistiku l-Consortium qaleb il-proġett għal wieħed edilizju u spekulattiv.
Leg 9 PQ #36089 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Protezzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, hux qiegħed jingħata l-protezzjoni mill-pulizija l-ġurnata kollha? Jekk fl-affermattiv, għal-liema raġuni qiegħda tingħata din il-protezzjoni? X'inhi l-ispjega tal-gvern għal din il-protezzjoni?

Response (BORG, TONIO)

M`hix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar min għandu protezzjoni u il-modalitajiet ta` tali protezzjoni.

Riżorsi u l-Infrastruttura — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu karrozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura għandu l-użu ta' żewġ karozzi. It-tnejn li huma jaħdmu bil-petrol 'unleaded' u dan jinxtara, ħlief għal xi okkażjoni rari, mingħand Wembley Motors Ltd. Il-Ministeru għandu garaxx f'San Ġwann fejn jiġu pprakjati dawn iż-żewġ karozzi.
Leg 9 PQ #36125 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu karrozzi b'kollox? Kemm minnhom huma petrol u kemm diesel? Minn fejn jingħataw il-fuel? Il-karozzi jittieħdu magħhom id-dar, jew jitħallew il-ministeru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta kif ġej:- a) Fil-Ministeru tas-Saħħa m'hemmx Segretarju Parlamentari. b) Tnejn. ċ) Petrol. d) Diversi pompi. e) Jittieħdu d-dar. Dwar il-kumplament tad-domanda nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmilha lill-Ministru kkonċernat.