Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35999 Sitting 801 2002-10-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Public Service Management Code

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja aġġornata tal-public service management code?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoggi kopja tal- “Public Service Management Code” (PSMC) July 2002 fuq il-mejda tal-Kamra. Il-PSMC tista tigi akkwistata mis-“sales office” tad-Dipartiment tal-Informazzjoni.
Leg 9 PQ #36011 Sitting 801 2002-10-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Freeport Corporation — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta twaqqfet il-Malta freeport corporation? Kemm kienet timpjega nies maqsuma skond il-grad? Jista' jgħid kemm hemm nies impjegati llum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Malta Freeport Corporation twaqqfet fil-25 ta' Jannar 1988. F'dik is-sena il-kumpanija kellha ħames impjegati li kienu accountant, konsulent barrani, assistent personali taċ-Chairman, segretarja u xufier. Illum timpjega 92 persuna.
Leg 9 PQ #36012 Sitting 801 2002-10-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bormla — Skola G. Despott

Question

Jista' il-Ministru jara li jissewwa main switch diffettuż, li jista' jkun ukoll perikoluż, li hemm fl-iskola G. Despott Bormla u li minnu jinxtel id-dawl tal-ground?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-maintenance section tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ser tieħu ħsieb it-tiswija msemmija mill-aktar fis possibbli.
Leg 9 PQ #36069 Sitting 801 2002-10-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera — Kumpless Sportiv

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35569, dwar il-kumpless sportiv tal-Kottonera?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35538 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Safar — Nefqa

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 34031, jista' il-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li vjaġġ tal-persuna li isimha qed jintbgħat separatament, sewa Lm923?

Response (BORG, JOE)

Jien infurmat illi l-figura illi kienet ġiet indikata fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34031 bħala li ntefqet sabiex is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħi jmur fuq xogħol Ruma hija skorretta. Jidher illi l-uffiċċjal inkarigat mill-ġbir ta' din l-informazzjoni, bi żball, ikkwota l-figura ta' LM923 li kienet tirrigwarda żjara kompletament differenti tas-Segretarju Permanenti flimkien ma uffiċċjal ieħor. L-ispejjeż tal-vjaġġ tas-Segretarju Permanenti Ruma fl-ewwel ġimgħa ta' April 2002 fil-fatt kienu LM155.20.
Leg 9 PQ #35541 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Safar — Nefqa

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga x'inhija r-raġuni li l-vjaġġ tal-persuna li isimha qed jintbgħat separatament, kif indikat f'risposta tal-mistoqsija 34031 sewa Lm1081 meta tal-persuna l-oħra li marret Brussells fl-istess żmien sewa Lm600?

Response (BORG, JOE)

Jista l-Onorevoli Interpellant jindikali kif wasal għall-figuri ta' LM1081 u ta' LM629 rigwardanti l-persuni li rrefera għalihom fil-Mistoqsija, peress illi dawn il-figuri ma jirriżultawx mir-risposta mogħtija minni għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34031, sabiex inkun f'pożizzjoni li nirrispondih.
Leg 9 PQ #35542 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Safar — Nefqa

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 34031, jista' il-Ministru jinvestiga x'kienet ir-raġuni li f'Mejju Ambaxxatur partikolari mar minn Madrid għall-Copenhagen u darba nefaq Lm537, darba Lm741 u darb'oħra Lm1200?

Response (BORG, JOE)

L-ispiża indikata għall-ivvjaġġar minn Madrid għal Copenhagen varjat minn darba għal oħra għal dawn ir-raġunijiet: 02 - 05 ta' Mejju 2002 L-Ambaxxatur ġie awtoriżżat biex, flimkien mal-mara tiegħu, jitilgħu Copenhagen sabiex ifittex propjetajiet addattati kemm għal residenza uffiċċjali, kif ukoll għal ambaxxata Maltija f'dik il-belt. It-tnejn ivvjaġġaw fi Klassi Economy u l-ispiża għal dan kienet ta' LM741.10. 12 - 17 ta' Mejju 2002 L-Ambaxxatur tela' biex jippreżenta l-kredenzjali tiegħu lir-Re tad-Danimarka. Hu kien akkumpanjat, skond il-prassi protokollari, mill-mara tiegħu, u t-tnejn li huma ivvjaġġaw fi Klassi Business, li hija l-klassi uffiċċjali tal-livell ta' ambaxxatur li huma awtoriżżati jivvjaġġaw fiha. L-ispiża għal dan kienet ta' LM1,200.20. 21 - 25 ta' Kejju 2002 L-Ambaxxatur ivvjaġġa waħdu. Minkejja li kellu d-dritt jivvjaġġa fi klassi ogħla, iddeċieda li jivvjaġġa fi Klassi Economy dakinhar. L-ispiża għal dan kienet ta' LM537.29.
Leg 9 PQ #35545 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Safar — Nefqa

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 34031, jista' il-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li l-persuna li hija indikata separatament, qiegħda tmur minn Brussells għall-Strassburg kull xahar bi spiża ta' madwar Lm400 kull darba? X'kariga fil-fatt għandha l-persuna msemmija?

Response (BORG, JOE)

Il-persuna ndikata fil-Mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant fl-Ambaxxata Maltija ġewwa Brussell, hija nkarigata, fost affarijiet oħra, mix-xogħol konness mal-Parlament Ewropew. Għalhekk din il-persuna għandha d-dover li tattendi l-laqgħat plenarji tal-Parlament Ewropew li jsiru kull xahar ġewwa Strasburgu sabiex tkun tista' tirraporta lill-Ministeru dwar dawn il-laqgħat.

Tiswija ta' Zebra Crossings

Question

Jista' il-Ministru jara li urġentement jissewwew u jinxtegħlu iż-zebra crossings tal-parti t'isfel ta' Vjal il-Ħaddiem (li hemm fejn il-knisja tan-Nigret ) u dik li hemm fil-qasam tad-djar ta' Għajn Qajjed (quddiem dar 13) peress li ilhom ix-xhur mitfija tant li aktar qed ikunu ta' periklu milli għajnuna għall-pedestrians? Jekk fl-affermattiv, meta se jsir ix-xogħol meħtieġ u għaliex tħallew daqstant żmien fid-dlam?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi l-crossings li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant huma installations ġodda u filwaqt li x-xogħol fuq il-pelican light (ta' ħdejn il-Knisja) qed isirlu l-wiring u jitwaħħlu l-lanterni, fil-każ taż-zebra crossing (ta' quddiem dar 13) id-Direttorat tat-Toroq lesta x-xogħol tac-civil engineering u waħħal l-arbli sabiex ix-xogħol ta' wiring ikun jista' jsir mill-Enemalta.
Leg 9 PQ #35589 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Safar — Nefqa

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 34031, jista' l-Ministru jinvestiga x'inhija r-raġuni li l-vjaġġ tas-segretarju permanenti għall-Australja sewa daqs iż-żewġ vjaġġi li għamel il-Ministru u s-segretarju tiegħu għall-istess destinazzjoni?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ċ-ċifra murija bħala minfuqa mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tiegħi, li kien jifforma parti mid-delegazzjoni Maltija għas-Summit tal-Commonwealth fl-Awstralja hija korretta. Bi żvista, l-uffiċċjal inkarigat mill-ġbir ta' l-informazzjoni għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 34031 indika s-somma għat-traġitt bl-ajru tiegħi u tas-Segretarju Personali tiegħi għal dan l-istess Summit bħala LM4023 meta suppost wera l-figura bħala LM8046.

Qrati — Inkjesti Pendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm inkjesti pendenti quddiem il-qrati tal-maġistrati? Jista' jagħti dettalji ta' min huma l-maġistrati li qed jikkmandaw dawn l-inkjesti? Kemm hemm inkjesti pendenti quddiem kull maġistrat partikolari, u kemm ġew aċċettati inkjesti matul dawn l-aħħar tlett snin lil kull maġistrat partikolari? Kemm hemm inkjesti li ilhom aktar minn tlett snin, u quddiem liema maġistrati partikolari?

Response (GATT, AUSTIN)

B'riferenża għall-Interim Reply li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 35618 f`seduta 793, qiegħed issa mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #35730 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Liċenzji ta' l-Insib

Question

Jista' il-Ministru jgħid kermm kien hemm persuni din is-sena li applikaw għal-liċenzja ta' l-insib? Kemm kien hemm persuni li l-applikazzjoni tagħhom ġiet milqugħha? Jista' jagħti l-istess statistika għas-snin 1999, 2000 u 2001, sena sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena kien hemm 665 persuna li applikaw għall-liċenzja ta` l-insib. Minn dawn s`issa ġew milqugħa 367. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul is-sena 1999 ġew milqugħa 54, fis-sena 2000 ġew milqugħa 160 filwaqt li s-sena l-oħra ġew milqugħa 358.
Leg 9 PQ #35732 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Twaqqigħ ta' Fabbrika

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-MEPA milli tipproċessa l-applikazzjoni 06254/01 biex titwaqqa' fabbrika eżistenti u tinbena oħra minflokha? Meta se tipproċessa l-applikazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Direttorat ta` l-Ippjanar fi ħdan il-MEPA analizza l-'Project Description Statement' u ġie stabbilit li m`hemmx bżonn ta` 'Environment Impact Assessment'. L-applikant intalab jissottometti construction and management plan, rapport dwar il-ħarsien kontra n-nirien u l-ventilazzjoni u l-livell massimu ta` enerġija elettrika li għandu bżonn l-iżvilupp. Kif din l-informazzjoni tingħata id-Direttorat jipproċedi bil-konsultazzjonijiet mad-dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili, l-Enemalta u l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b`Diżabilita`.
Leg 9 PQ #35733 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kors tal-PGCE

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema korsijiet tal-PGCE fetħu din is-sena? F'kull kors kemm applikaw studenti? F'kull kors kemm ġew aċċettati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena fetaħ il-PGCE f'disa' suġġetti. In-numru ta' applikazzjonijiet u kemm ġew aċċettati minnhom huma kif ġej: Suġġett Applikazzjonijiet * Aċċettati Business Studies 39 6 Computing 6 2 English 16 12 French 5 4 Geography 10 10 PSE 37 6 Religion 5 4 Science 12 9 Social Studies 22 8 * In-numru ta' applikazzjonijiet jinkludu l-applikazzjonijiet ta' dawk li indikaw il-kors bħala t-tieni jew it-tielet preferenza, anke jekk huma kienu aċċettati f'xi kors ieħor jew fl-istess kors imma suġġett differenti.
Leg 9 PQ #35735 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema tat-Taljan — Applikazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li din is-sena applikaw biex jidħlu jgħallmu t-Taljan f'xi skola tal-gvern? Min kienu l-persuni li applikaw? B'liema kwalifiki? Min ġie aċċettat? B'liema kwalifiki?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għażla ta' l-għalliema regolari ssir permezz ta' proċess imniedi mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. L-informazzjoni kollha relatata mal-proċess ta' l-għażla tappartjeni lill-istess Kummissjoni u hija kunsidrata minnha bħala kunfidenzjali. Għalhekk, ma hux fil-ġurisdizzjoni tiegħi li nwassal l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #35762 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali għall-Kwalifiki Vokazzjonali

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tal-kunsill nazzjonali għall-kwalifiki vokazzjonali? Kemm lesta mix-xogħol tiegħu? X'fadallu jagħmel? Liema oqsma stabilixxa l-livelli meħtieġa għall-għarfien tal-kwalifiki vokazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-MPVQAC, wara ħafna xogħol fil-livell lokali u anke wara kuntatti internazzjonali mal-European Training Foundation u The Scottish Qualifications Authority, issottometta Operational Plan, flimkien ma budget lill-Ministeri tal-Politika Soċjali u ta' l-Edukazzjoni. Dan il-pjan għadu għall-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet konċernati.
Leg 9 PQ #35766 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Każi l-qorti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi li ttellgħu mill-Maltacom il-qorti wara li l-ħlas dovut fuq kontijiet ma sarx, din is-sena u sena b'sena, għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li mill-informazzjoni miżmuma fl-Uffiċċju Legali tal-Maltacom dwar in-numru ta' kawżi li l-Korporazzjoni Telemalta u sussegwentement il-Korporazzjoni Maltacom fetħet fil-Qorti bejn l-1992 u t-30 ta' Settembru 2002 kontra persuni li ma ħallsux il-kontijiet kien ta' 2,549. Dawn kienu mqassmin kif ġej: SENA NUMRU TA' KAŻI 1992 6 1993 11 1994 15 1995 16 1996 143 1997 591 1998 736 1999 521 2000 316 2001 152 2002 42
Leg 9 PQ #35768 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Billi lill-ombudsman irriżultalu li hemm diversi membri ta' l-armata li saret inġustizzja magħhom, jaqbel il-Prim Ministru li dan huwa ineffiċjenza min-naħa tal-kap ta' l-armata? Jekk iva, dan se jaffetwa l-efficiency bonus li jingħata kull sena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma naqbilx mad-dikjarazzjoni li qed jaghmel l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #35770 Sitting 800 2002-10-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq każi relatati ma' droga din is-sena? X'kien ir-reat u ta' liema nazzjonalita kienu l-akkużati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena tressqu 326 persuna quddiem il-Qorti fuq akkużi ta` pussess u/jew traffikar ta` droga. In-nazzjonalita` ta` dawk akkużati kienu Maltija, Amerikana, Awstraljana, Ingliża, Kubana, Franċiża, Ġermaniża, Olandiża, Irlandiża, Taljana, Libjana, Ukrajna, Iraqqina, Kenjana u Marokkina.

Qorti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus l-esperti mqabbda mill-qorti s-sena l-oħra u din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Esperti mqabbda mill-Qorti s-sena l-oħra u din is-sena tħallsu hekk: 2001 - LM273,076.62 2002 - LM253,138.22 (sa 2 ta` Ottubru 2002)