Peress illi fl-inħawi tal-Mosta magħrufa bħala Triq il-Ġdida fi Triq il-Foss qed ikun hemm ħsarat fil-provvista tad-dawl regolarment u cioe, kuljum għall-matul dawn il-15-il ġurnata għad-detriment ta' l-industriji ż-żgħar ta' l-inħawi li qed jitilfu produzzjoni tagħhom, jista' il-Ministru jinvestiga u jara li jiġu rranġati l-ħsarat immedjatament ħalli ma jkomplux jitilfu x-xogħol u flus dawn l-industrijalisti żgħar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-interruzzjonijiet li kien hemm fl-inħawi msemmija kienu fil-parti l-kbira tagħhom kaġun ta' intermittent fault. Wara li saret investigazzjoni, sar xogħol ta' prevenzjoni minħabba n-natura tal-ħsara.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm membri ta' l-armata li għandhom servizz ta' aktar minn 25 sena u ma ingħatawx il-long service and efficiency medal u għaliex?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li:
a. In-numru ta’ membri tal-Forzi Armati li ma nghatawx il-Medalja ghal Servizz Twil u Efficjenti hu 75;
b. Ir-raguni li ma nghatax il-Medalja kienet jew minhabba kazi ta’ dixxiplina jew minhabba record ta’ mard fit-tul jew ta’ spiss;
c. Ta’ min ighid li l-Medalja tinghata lill-membri li jkunu ghalqu 18-il sena fis-Servizz.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn vetturi llum u x'tip huma? Jista' jagħti wkoll breakdown ta' kemm għandhom żmien?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li n-numru ta' vetturi liċenzjati sat-30 ta' Settembru 2002 hu kif ġej:
Vetturi privati 193,784
Vetturi kummerċjali 44,893
Vetturi għall-kiri 7,602
Buses, Coaches u Mini-Buses 1,129
Muturi 12,971
Total: 260,379
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella dwar kemm dawn il-vetturi għandhom żmien.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' personnel ta' l-armata li weġġgħu fuq ix-xogħol din is-sena?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
In-numru ta’ membri ta’ l-armata li wegghu fuq ix-xoghol din is-sena (sa l-ewwel ta’ Ottubru) kien ta’ 45 u wiehed (1) haddiem civili.
Il-maggoranza l-kbira tal-ka¿i kienu jikkonsistu f’incidenti ¿ghar li kienu jammontaw ghal 39.
Sitt suldati sofrew ksur fl-ghadam.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru transfers jew allocations fil-korp tal-pulizija din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena kien hemm 198 membru tal-Korp tal-Pulizija li tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom fid-diversi sezzjonijiet tal-Korp. Minn dawn 89 ġew assenjati temporanjament xogħol konness mal-mewġa ta` klandestini li waslu Malta f`dawn l-aħħar ġimgħat. Ma` dawn kien hemm ukoll 72 rekluta li ġew allokati f`diversi Taqsimiet. Kif diġa` kelli kemm il-darba okkażżjoni li ngħid, it-tibdil ta` membri tal-Korp minn sezzjoni għal oħra jsir fl-aħjar interess ta` l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn barranin jirreġistraw għax-xogħol illum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li hemm 106 persuna ta' ċittadinanza barranija li, bis-saħħa taż-żwieġ tagħhom ma' ċittadini Maltin, jistgħu u qed jirreġistraw għax-xogħol taħt l-Ewwel Parti tar-Reġistru.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir il-lift fl-iskola Maria Goretti, Tarxien biex il-bini jsir aċċessibbli għall-istudenti b'diżabilita`?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qed twettaq audit tal-bżonnijiet kollha ta' l-iskola li jinkorpora bżonnijiet ta' aċċessibilita`.
Jista' il-Ministru jara li jittieħdu l-passi meħtieġa biex l-istudenta b'diżabilita` li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li tattendi Form IV fl-iskola Maria Goretti, Tarxien tkun tista' tieħu s-suġġetti li tixtieq bħall-istudenti l-oħra?
Response (GALEA, LOUIS)
Is-soluzzjoni permanenti f'dan il-każ hi l-introduzzjoni ta' lift li ser isir bħala parti mill-proġett għal din l-iskola u li hu maħsub li jiġi implimentat is-sena li ġejja. Tlabt li jkomplu jiġu esplorati possibilitajiet biex l-istudenta konċernata ssegwi suġġetti li tixtieq tagħmel.
Jista' il-Ministru jgħid jekk id-diviżjoni ta' l-edukazzjoni laqgħetx it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament f'ittra li bagħat fl-10 ta' Settembru, 2002 biex għal raġunijiet umanitarji jibqa' jgħallem l-Ingliż fl-iskola sekondarja tal-Fortini?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li wara li sar il-Classification Exercise ta' l-Iskola Sekondarja tal-Fortini għal din is-sena, irriżulta li kien hemm għalliem ta' l-Ingliż żejjed (redundant) f'din l-iskola. Kif dejjem jiġri f'każijiet bħal dawn l-għalliem li hu "junior" fis-suġġett partikolari f'din l-iskola ġie trasferit għal skola oħra fejn kien hemm bżonn is-servizzi tiegħu.
Meta fl-10 ta' Settembru l-għalliem imsemmi talab lid-Direttur ta' l-Edukazzjoni biex jibqa' jgħallem il-Fortini, it-talba tiegħu ma setgħetx tiġi milqugħa għax il-Fortini ma kienx hemm bżonn ta' għalliem ta' l-Ingliż.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35306, jista' il-Prim Ministru jgħid fejn wasal il-każ li qed jiġi rivedut mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena infurmat li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku qabel tiehu decizjoni dwar l-eligibilita` tal-persuna koncernata tat l-opportunita` lil din il-persuna biex tipprovdi evidenza lill-Kummissjoni li turi li hija kienet verament eligibbli fid-data tal-gheluq tas-sejha ghall-applikazzjonijiet.
Minkejja dawn it-talbiet, il-Kummissjoi ghada ma rcevietx din l-evidenza.
Jista' il-Ministru jgħid f'kull skola tal-gvern ta' Malta fil-livell differenti, meta daħlet l-uniformi li qed jilbsu bħalissa l-istudenti? Kemm-il darba nbidlet fl-aħħar ħames snin?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar mill-iskejjel u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa biex għat-trasport skolastiku jitħallsu biss dawk il-vjaġġi li tassew isiru u mhux ukoll dawk ivvintati u li ma kienux saru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-rottot li ma jsirux ma jitħallsux. Kull skola li tipprovdi t-trasport, irċeviet kopja tar-rottot. Din hi lista proviżorja biex fuqha l-Kap ta' l-Iskola jiddeċiedi l-ħtiġijiet tiegħu. Meta jiġu stabbiliti r-rottot finali jsiru l-ħlasijiet fuqhom. F'każ li xi rotta f'ġurnata partikolari ma twassalx it-tfal, barra li ma tħallasx is-sewwieq, teħel multa doppja ta' kemm jiswa' l-vjaġġ.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35421, li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-riżorsi u infrastruttura, jista’ jgħid min hu responsabbli li jara li jitnaddfu l-kanali ta’ l-ilma mill-ħmieġ u terrapien li jinġabar matul iż-żmien biex ikunu ħielsa ħalli jgħaddi l-ilma tax-xita mingħajr xkiel? Id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħek jaraw li dan ix-xogħol isir? Għandu dettalji ta’ kemm sar minn dan ix-xogħol minn Mejju sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
It-tip ta` xogħol li saret referenza għalih fil-Mistoqsija ma jaqa` taħt ir-responsabbilita` ta` ebda dipartiment fid-Dekasteru ta` l-Intern u l-Ambjent. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' gwardjani impjegati fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom ġew sospiżi f'dawn l-aħħar tliet snin minħabba ksur ta' dixxiplina? Kemm ġew sospiżi/mkeċċija fl-istess żmien għaliex kellhom kuntatti illeċiti mal-priġunieri?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li preżentament in-numru ta` impjegati fi grad ta` gwardjan ġewwa l-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin huma mija u tmenin (180).
Infurmat ukoll li matul l-aħħar tlett snin ġew sospiżi sitt (6) impjegati tad-dipartiment minħabba ksur ta` dixxiplina.
Il-kuntatt illeċitu mal-priġunieri jaqa` taħt il-ksur ta` dixxiplina.
Faċilita' Korrettiva Kordin — Ammont ta' Priġunieri
Question
Jista' il-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm priġunieri fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Jista' jgħid kemm minnhom huma barranin? Kemm minnhom huma nisa? In-nisa huma kollha Maltin? Kemm min-nisa u rġiel qed jiskontaw sentenza ta' ħabs u kemm qed jistennew biex jgħaddu proċeduri fil-Qorti?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba li jien tajt ghal Mistoqsija Parlamentari Nru. 35711, ninsab infurmat illi t-taghrif l-iehor mitlub fir-rigward tal-prigunieri nisa hu kif gej:-
Nazzjonalita
Sentenzjati
Arrestati
Maltin
4
2
Barranin
1
6
F'artiklu reċenti fil-gazzetta 'in-nazzjon' il-korrispondent li ismu qed jintbagħat separatament, tkellem dwar in-nuqqas ta' sigurta' li hemm fit-taqsima sportiva tal-Marsa fejn ħafna nies qed ikissru u jħammġu postijiet sportivi mingħajr ma jiġu mwaqqfa u/jew imwissija, jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jsir xi ħaġa biex affarijiet ġodda u dawk diġa' eżistenti fil-Marsa ma jkomplux jiġu mħassra? Għaliex skond dan il-korrispondent ukoll, qed jitħallew familji jorganizzaw picnics fuq il-ħaxix tal-grounds tal-Marsa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-sigurta` li hemm bħalissa fil-Kumpless tal-Marsa hija l-istess li dejjem kien hemm f'din il-faċilita`, anke fi żmien meta l-awtur ta' l-artikolu kien impjegat fl-istess sezzjoni tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport. Anzi, minn tlett snin 'l hawn żdiedu persuna oħra kuljum sabiex jiġi mħares il-post. Irrid ngħid li l-artikolu in kwistjoni huwa miktub għall-pubbliku, fis-sens li hemm bżonn li tikber il-kuxjenza favur it-tħaris tal-faċilitajiet sportivi li kull ma jmur qegħdin isiru aktar frekwentati u qed tiżdied l-attivita` sportiva matul is-sena kollha. Nikkonferma li bħal f'kull post ieħor pubbliku, sfortunatament isiru atti vandali u dawn isiru proprju minn persuni li ma japprezzawx ix-xogħol li jkun qed isir. Madanakollu dawn l-atti mhumiex ixekkluna fil-ħidma li qed nagħmlu sabiex ikollna l-faċilitajiet ta' livell internazzjonali.
Informat ukoll li fil-ġranet li għaddew twaħħlu żewġ barriers ġodda sabiex ikun ikkontrollat l-aċċess f'diversi nħawi tal-Marsa. Qed isir żvilupp sabiex ikunu żviluppati areas pubbliċi ħalli l-Kumpless tal-Marsa joffri faċilitajiet distinti għal sport u rikreazzjoni sabiex il-prattikanti ta' dawn iż-żewż attivitajiet ma jtellfux lil xulxin. Hu previst li fiż-żona ġdida li qed tkun żviluppata jkun hemm aktar dawl milli hemm illum. Anke dan għandu jgħin fil-konroll tal-vandaliżmu.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li minkejja l-wegħdiet li saru lir-residenti ta' Għar Barka, is-servizz tat-trasport pubbliku għadu qatt ma ġie estiż għal dawn l-inħawi tar-Rabat, Malta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li wara ftehim li sar bejn id-Direttorat għat-Trasport Pubbliku u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku, ġie mifthiem li dawk it-toroq li jridu jintużaw mir-rotta ta' Għar Barka ġew irranġati mid-Direttorat tat-Toroq, filwaqt li l-Kunsill Lokali tar-Rabat ukoll ħa ħsieb ix-xogħol tat-tarmak.
Ser issir site visit finali il-ġimgħa d-dieħla sabiex jiġi spezzjonat ix-xogħol u skond ma' jirriżulta, r-rotta l-ġdida ta' Għar Barka tkun tista' tibda topera mill-aktar fis.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li f'toroq rurali fejn qed isiru xogħlijiet fuq it-toroq bħal dawk ta' l-Imtarfa bypass, it-triq ta' Burmarrad, it-triq tas-Salina u t-triq tan-Naxxar saru xogħlijet ta' bini ta' ħitan bi blokki tal-konkrit jew tal-ġebel tal-franka minflok il-ħitan tas-sejjieħ? Għaliex qed isir dan l-abbuż ta' nfieq żejjed ta' flus u ta' qerda tal-karatteristiċi rurali tal-gżejjer tagħna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi fejn f'toroq rurali qed isir xogħol b'panewwijiet tal-konkos li għandhom wiċċ b'ġebel rustiku, dan qed isir b'esperiment sabiex ikun jista' jiġi deċiż jekk dan it-tip ta' kostruzzjoni tkunx adattata għal żoni rurali. Minn naħa l-oħra ħitan tal-franka qed ikollhom jibqgħu jinbnew f'toroq rurali peress illi ma hawnx biżżejjed ħaddiema li jibnu ħitan tas-sejjieħ, biex ilaħħqu max-xogħol kollu li hemm bżonn isir. Minbarra hekk dawn il-ħitan qed jinbnew bħala għajnuna lill-bdiewa li ħafna drabi kienu ser jispiċċaw bl-għelieqi tagħhom esposti.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li, meta pajjiżna qed jonfoq madwar Lm 20 miljun fis-sena sabiex ikun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jirriżulta li qed jitwettqu xogħlijiet li jinvolvu l-qerda tal-karatteristiċi tal-ħitan tas-sejjieħ, liema qerda ta' ħitan tmur kontra kull kunċett u kull etika tal-ħarsien ta' l-ambjent rurali kif ipprattikati fil-pajjiżi kollha Stati ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nissuggerixxi li l-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lil Ministru responsabbli.