Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36275 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Operazzjonijiet — Waiting List

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list għall-operazzjonijiet tal-kataretti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Pensjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk mara li tkun ħadmet għal numru ta' snin, pero' naqset li tapplika għall-pensjoni qabel għalqet is-60 sena, tibqax intitolata għall-pensjoni li tkun ħallset għaliha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li persuna ma titlifx id-dritt għall-pensjoni għax ma tapplikax qabel tagħlaq l-eta' tal-pensjoni. Fil-fatt, persuna li tapplika għall-pensjoni kontributorja fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tilħaq l-eta' tal-pensjoni ma titlef ebda parti mill-pensjoni. Jekk l-applikazzjoni ssir wara li jiskadu dawn is-sitt xhur, il-pensjoni tibda titħallas mill-ewwel Sibt ta' wara d-data li l-applikazzjoni tasal fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.

Pensjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha jintbagħtu separatament, ma rċevitx pensjoni wara li soffriet disabilita' permanenti fuq il-post tax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li d-Dipartiment qiegħed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Aktar il-quddiem id-Dipartiment ser jinforma bl-eżitu tal-każ direttament lill-persuna konċernata.
Leg 9 PQ #36283 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tas-Saħħa

Eye Bank

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal is-set-up għall-eye bank? Jista' il-pubbliku jsir aktar konxju tal-possibilta' ta' donazzjonijiet billi d-dipartiment jagħmel kampanja pubblika fuq hekk?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li għadhom għaddejjin il-konsultazzjonijiet interni dwar il-proposta. Id-donor card tad-Diviżjoni tas-Saħħa tkopri wkoll donazzjonijiet ta` l-għajnejn.
Leg 9 PQ #36286 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Tarxien — Tindif ta' Toroq

Question

Jista' il-Ministru jara li t-toroq Marjanu Gerado u New Street f'Dun Karm Street, Tarxien jitnaddfu minħabba l-ħmieġ esaġerat li hemm? Jista' jara li jitnaddaf plot fi Triq Marjanu Gerado u jittella' ħajt biex ma jintefax żibel?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru ikkonċernat. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi l-Pulizija għaddiet dan l-ilment lill-Kunsill Lokali li ser jieħu l-passi meħtieġa sabiex il-post indikat jitnaddaf.
Leg 9 PQ #36288 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għawdex — Xewkija

Question

Jista' il-Ministru jieħu ħsieb u jara li jiġi kkonservat shelter ta' żmien it-tieni gwerra li għandu diversi kmamar fih liema shelter jiġi quddiem il-fond bin-numru 96, Triq it-Torri Finghi, Xewkija, Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment tal-Mużewijiet se jfittex li jillokaliza x-xelter imsemmi fil-mistoqsija u jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex, jekk ikun il-każ, jiġi ppreservat.

Awtorita` tad-Djar — Chairperson

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid: a) kemm kienu s-seminars li attendiet għalihom iċ- chairperson ta' l-awtorita' tad-djar? b) fejn ġew miżmuma? c) Jista' jgħid jekk kenitx akkompanjata u jekk fl-affermattiv minn min?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Matul din is-sena ċ-Chairperson ta' l-Awtorita' tad-Djar attendiet żewġ seminars: 1. "Sustainable Liveable Cities" li saret Leeds bejn id-9 u t-12 ta' Ġunju 2002. Waħda mill-Managers akkumpanjat liċ-Chairperson; 2. "3rd European Ministers Conference on Sustainable Housing" li saret Brussels bejn is-27 u 28 ta' Ġunju 2002. Il-General Manager akkumpanjat liċ-Chairperson.

Awtorita` tad-Djar — Proprjeta` mingħand il-privat

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tul dawn l-aħħar erba' snin l-awtorita' tad-djar akkwistatx xi proprjeta' mingħand il-privat? Jekk fl-affermattiv: 1) mingħand min? 2) b'liema valur? 3) x'kienu l-kriterji li wasslu għal dan l-akwist?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 24282 f'Seduta Nru. 511.

Awtorita` tad-Djar — Promozzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid, għar-rigward ta' l-awtorita' tad-djar: 1) kemm kienu l-promozzjonijiet li ngħataw mill-14 ta' Frar 2001 'il hawn; 2) minn liema għal-liema grad dawn ġew mgħotija; u 3) lil min ġew mogħtija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li mid-data ndikata mill-Onor. Interpellant, fl-Awtorita' tad-Djar ingħataw 24 promozzjoni. Dawn ingħataw kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita` tad-Djar — Chairperson

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm laptops, fax machines, telefones (sew ċellulari u sew jekk xorta oħra), printers u IT units inġenerali ġew mixtrija għall-użu esklużżiv taċ-chairperson ta' l-awtorita' tad-djar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li Chairperson ta' l-Awtorita' tad-Djar għandha għall-użu tagħha mobile phone, fax machine, computer u inkjet printer.
Leg 9 PQ #36320 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xiri ta' Kotba Ġodda

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kotba ġodda nxtraw tul din is-sena sat-30 ta' Settembru 2002? Jista' jiġi indikat ta' liema lingwa kienu u kemm ġew jiswew?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul din is-sena sat-30 ta' Settembru 2002, mill-fondi allokati lil-Librerija Pubblika Ċentrali għax-xiri tal-kotba inxtraw 6018 ktieb li b'kollox ġew jiswew is-somma ta' Lm18,185. Dawn kienu f'dawn il-lingwi:- Malti, Ingliż, Taljan, Franċiż, Ġermaniż u Spanjol.
Leg 9 PQ #36321 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Facilitators

Question

Jista' il-Ministru jindika kemm hemm facilitators preżentament mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm 502 facilitator mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #36323 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Raħal Ġdid — Ipoġew

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni daħlu fit-tempju ta' l-Ipoġew ġewwa Raħal Ġdid minn meta reġa' infetaħ għall-pubbliku? Kemm daħħal flus id-dipartiment minnu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' nies li daħlu fit-tempju ta' l-Ipoġew Raħal Ġdid minn meta reġa' nfetaħ għall-pubbliku huwa ta' 44,997, li ssarraf fi dħul ta' Lm124,580.

Fondazzjoni Wirt Artna — Bieb is-Sultan

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju ta' restawr u xogħol jinsab il-post mgħoddi lill-fondazzjoni Wirt Artna magħruf bħala Bieb is-Sultan?

Response (BORG, TONIO)

Peress li x-xogħol ta` restawr qed isir taħt is-superviżżjoni tar-Restoration Unit tat-Taqsima tax-Xogħlijiet, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub sabiex jgħaddi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #36325 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużew Marittimu

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm daħlu persuni fil-mużew marittimu matul din is-sena sal-15 ta' Ottubru 2002? Kemm kien hemm dħul minn dan? Jista' jiġi indikat ukoll jekk huwiex previst li fil-futur immedjat tinfetaħ parti oħra tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' nies li daħlu fil-Mużew Marittimu matul din is-sena sal-15 ta' Ottubru, 2002 huwa ta' 23,490, li sarraf fi dħul ta' Lm5,200. Informat ukoll li bħalissa qed isir xogħol biex tinfetaħ sala msejħa ta' l-Anadrian fejn ser ikun hemm għall-wiri l-makkinarju kollu ta' l-engine room inkluż steam engine komplut tal-Garb Dreger Anadrian. Fil-mezzanin ta' l-istess sala ser ikun hemm għall-wiri rikostruzzjoni tal-gabina ta' l-Anadrian, mudell ta' l-Anadrian magni u mudelli ta' magni u oġġetti oħra li għandhom x'jaqsmu ma' l-inġinerija marittima.
Leg 9 PQ #35627 Sitting 801 2002-10-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga għaliex fil-Baħrija matul dawn l-aħħar ħmistax kien hemm qtugħ fil-provista tad-dawl regolari matul is-2.00 a.m. sa l-għada fil-għodu? Jista' jikkunsidra li jingħata skont fil-kontijiet tad-dawl tar-residenti tal-Baħrija minħabba li dan il-qtugħ ikkawża spejjes lill-familji kollha li saħansitra kellhom jarmu prodotti tal-ħalib, laħam u oġġetti oħra li jiġu kkunsmati kuljum inkluż mediċini?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul iż-żmien imsemmi kien hemm erba' interuzzjonijiet fis-sistema ta' l-elettriku fil-post indikat. Fi tlitt okkażżjonijiet, is-sospensjoni kienet dovuta għal ħsarat fuq is-sistema ta' vultaġġ għoli waqt li fl-okkażjoni l-oħra kienet minħabba xogħol li kien ippjanat li jsir. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija it-tweġiba hija fin-negattiv peress li l-Att dwar l-Enemalta ma jipprovdix għal kumpens f'każ ta' interruzzjoni fil-provvista ta' l-elettriku ikkaġunata minn ħsarat ta' natura bħal dawk imsemmija fuq.

Dar ta' l-Anzjani

Question

B'riferenza għall-każ, ref. no: ECSD/H/297/2002 li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament jista' il-Ministru jestendi l-għajnuna tiegħu sabiex jiġi rremedjat il-bżonn in kwestjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament sarilha l-assessment mediku fl-10 ta' Awissu li għadda. Il-każ issa qed jiġi kkunsidrat skond il-priorita' tiegħu flimkien ma' każi oħra.