Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35862 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Kuntrabandu

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35038 u jinkludi n-numru ta' persuni u/jew kumpanniji li tressqu l-qorti matul l-istess perjodu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammonti ta' dazju nvolut huma - 1999 Lm 2,235.42 2000 Lm 19,884.70 2001 Lm 15,124.10 2002 Nil filwaqt li : - Numru ta' persuni li tressqu l-Qorti 107 - Numru ta' kumpaniji li tressqu l-Qorti 4 - Numru ta' persuni li qegħdin jiġu nvestigati 4 - Numru ta' persuni li ssetiljaw il-każ barra 'l Qorti 4
Leg 9 PQ #35863 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Vat Refunds

Question

Jista' il-Ministru jinfurmani separatament kemm hija ċ-ċifra ta' flus f'refunds tal-VAT u tat-taxxa li l-Gvern għandu jagħti lit-taxpayers u li għandu jiġbor sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont f'refunds tal-VAT li għandu jagħti d-Dipartiment tal-Vat lit-taxpayers sas-7 t'Ottubru 2002 huwa ta' Lm6,386,519. Bħalma diġa għidt fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet simili, din il-figura tista' tinbidel skond id-dikjarazzjoni li persuni reġistrati jagħmlu fid-denunzja tat-taxxa li jibgħatu u skond jekk isirux xi aġġustamenti fit-talbiet wara l-verifikazzjoni li tista' issir mid-Dipartiment. Is-somma li għandu jiġbor id-Dipartiment sas- 7 t'Ottubru 2002 hija ta' Lm13,179,640 li ma tinkludix ammont ta' stimi ta' taxxa maħruġa mid-Dipartiment meta persuna tonqos li tibgħat id-denunzja tat-taxxa fil-ħin stabbilit.
Leg 9 PQ #36014 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti li temmew il-kors foundation ma' xi istitut tal-MCAST? Kemm minnhom komplew xi kors tal-MCAST? Ma' liema istitut?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li temmew il-kors Foundation ma' xi Istitut ta' l-MCAST u li minnhom komplew xi kors huwa kif se nsemmi: L-Istitut tat-Teknoloġija ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni Foundation Programme in Computing Bdew il-kors 60 student Irriżenjaw matul is-sena 6 studenti Spiċċaw il-kors b'suċċess 47 student Ma' għaddewx 7 studenti Temmew il-kors b'suċċess u komplew 45 student l-istudji tagħhom.

Swatar — Ċentru Nazzjonali tal-Kompjuter

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti jsegwu xi kors maċ-ċentru nazzjonali tal-kompjuter fis-Swatar? X'korsijiet qed isiru? Kemm qed iħallsu għal kull kors? Min qed imexxi dan iċ-ċentru? Għaliex f'dan iċ-ċentru l-istudenti qed ikollhom iħallsu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #36070 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 35568, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx data meta ser jitlesta x-xogħol fuq kull impjant? Hemm xi wħud li kellhom ikunu lesti diġa'?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li peress li hemm xi xogħlijiet imsemmija li t-tenders tagħhom għadhom ma ġewx aġġudikati, mhux possibbli li jingħataw dati definittivi meta dawn ix-xogħlijiet ser ikunu lesti.
Leg 9 PQ #36071 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xiri ta' Kotba

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35423, dwar l-offerti li nħarġu biex jinxtraw kotba biex jintużaw fl-iskejjel ta' l-istat?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36072 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-lista tas-supretendenti fil-korp tal-pulizija bis-seniority kif qegħdin illum? Meta ġie appuntat kull wieħed minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar Supretendenti fil-Korp tal-Pulizija bis-seniority u bid-data ta` meta ġie appuntat kull wieħed minnhom kif ukoll id-data ta` l-ewwel ħatra, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36073 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tas-supretendenti fil-korp tal-pulizija kif kienet fl-1 ta' Ottubru ta' din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36072.
Leg 9 PQ #36074 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-lista ta' l-ispetturi fil-korp tal-pulizija kif inhi illum bis-seniority u meta laħaq/laħqet spettur kull wieħed/waħda minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar Spetturi fil-Korp tal-Pulizija bis-Seniority u bid-data ta` meta laħqu Spetturi kull wieħed u waħda minnhom, kif ukoll id-data ta` l-ewwel ħatra, hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36075 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ir-rank ta' surġent maġġur fil-korp tal-pulizija ġiex abolit jew le? Meta l-aħħar li saru surġenti maġġuri?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ir-rank imsemmi mill-Onorevoli Interpellant ma ġiex abolit mill-Korp tal-Pulizija. L-aħħar li kien hemm ħatriet ta` Surġenti Maġġuri fil-Korp tal-Pulizija kien f`Ġunju 1994.

Kunsill Lokali — Qormi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mit-talba li għamel il-kunsill lokali Qormi għall-bdil taċ-ċens għad-devoluzzjoni li diġa` saret fuq l-art fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi sabiex f'dan is-sit jinbena kumpless sportiv bil-għajnuna tal-privat? Peress li l-kunsill lokali Qormi ssottometta wkoll id-dokumenti u r-rapporti neċessarji meħtieġa lid-dipartiment tal-kunsilli lokali, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm rakkmandazzjoni mid-dipartiment sabiex it-talba għall-bdil ta' dan iċ-ċens tiġi milqugħa mill-ministeru? Jaf il-Ministru li l-kunsill lokali għandu wkoll il-permessi diġa` approvati mill-MEPA? Jaf il-Ministru li sal-lum il-kunsill lokali Qormi għadu ma ngħata l-ebda informazzjoni dwar din it-talba, la mid-dipartiment u lanqas mil-ministeru, bil-konsegwenza li dan il-proġett għadu miżmum u ħames għaqdiet volontarji għadhom għaddejjin minn tbatijiet kontinwi? Jista' il-Ministeru jgħid għalfejn dan it-tkarkir kollu? Jista' jgħid meta ser tittieħed deċiżjoni dwar dawn it-talbiet li tressqu madwar sena ilu?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-politika dwar id-devoluzzjoni ta` proprjeta` pubblika, għall-anqas kif inhi s`issa, hi li din tkun devoluta lill-Kunsilli Lokali permezz ta` kirja rivedibbli kull tlett snin. L-applikazzjoni tal-Kunsill Lokali Qormi talbet biex dawn il-parametri jinbidlu sostanzjalment u għalhekk irriżultat applikazzjoni ftit aktar komplessa min-normal. Biex titqies favorevolment trid tkun deċiża reviżjoni tal-parametri li jeżistu s`issa. Il-Kunsill Lokali Qormi ġie mgħarraf b`dan u fl-istess ħin id-Dipartiment dejjem żamm kuntatt mal-Kunsill fuq din il-materja. Dan il-Ministeru qiegħed f`diskussjonijiet mal-Ministeru ta` l-Intern u ta` l-Ambjent biex tinstab soluzzjoni ekwa rigward it-trasferiment ta` art pubblika lill-terzi bi skop kummerċjali. Dawn id-diskuzzjonijiet għadhom għaddejjin u meta jkun hemm xi żviluppi l-Kunsill Lokali Qormi jiġi mgħarraf b`dan.
Leg 9 PQ #36171 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Programmers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il IT software programmers ġew impjegati mal-kumpannija Air Malta f'din l-aħħar sena? Jista' jgħid meta dawn ġew impjegati, jekk huwa l-każ? Jista' jgħid jekk inħarġux call for applications u meta nħarġu? Jista' jgħid min huma dawk li ġew impjegati, jekk huwa l-każ, u x'salarju ġew mgħotija? Jista' il-Ministru jgħid min kien jagħmel ix-xogħol ta' l-IT software programmers qabel ġew impjegati dawn il-ħaddiema?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li dan l-aħħar l-Air Malta varat web site ġdida. Barra minn dan, introduċiet sistema ġdida ta' financial accounting u management. Għal dan il-għan, inħasset il-ħtieġa li jiġu mpjegati nies kwalifikati biex iħaddmu dawn is-sistemi. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tat l-approvazzjoni tagħha sabiex isir l-ingaġġ relattiv permezz tal-permess numru 191 ta' l-2002. Avviżi biex jimtlew dawn il-postijiet kienu dehru fil-ġurnali kollha pubblikati kuljum. Il-kandidati magħżula preferibbilment kellu jkollhom degree B.Sc (Hons) fix-Xjenza tal-Kompjuter jew fit-Teknoloġija ta' l-Informatika mogħti mill-Universita' ta' Malta. Erbatax-il persuna kienu applikaw, pero' sebgħa minnhom ma kellhomx il-kwalifiki meħtieġa. Aktar tard applikant waqqa' l-applikazzjoni tiegħu u sitta oħra ġew offruti l-impjieg. Minn dawn is-sitta, erbgħa minnhom aċċettaw l-impjieg. Is-salarju marbut ma' dan il-post huwa ta' Lm6,175.
Leg 9 PQ #36172 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Chief Executive

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-iskop proprju u ewlieni li ġie mpjegat chief executive fl-Air Malta? Jista' jgħid għaliex inħasset il-ħtieġa li dan ikun ta' nazzjonalita' barranija u mhux Maltija? Jista' jgħid x'salarju qiegħed jirċievi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tax-xogħol jew ħatra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant jifhem li hija prattika normali f'ħafna ażjendi minbarra l-kariga ta' Chairman ikun hemm ukoll dik ta' Chief Executive. Il-persuna li qed tokkupa l-kariga intgħażlet fuq kriterji ta' abbilta' u esperjenza u mhux fuq kriterju ta' nazzjonalita'. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 35205.
Leg 9 PQ #36173 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-obbligi proprja tax-xogħol tal-kuntistabbli li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kuntistabbli li rrefera għalih l-Onor. Interpellant huwa stazzjonat Tas-Sliema fejn huwa assenjat bħala xufier.
Leg 9 PQ #36174 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Zejtun - Triq Wied il-Għajn

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-water services corporation tieħu ħsieb leakage ta' l-ilma li ilu nieżel ġranet sħaħ fi Triq Wied il-Għajn, Żejtun?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #36175 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Kirkop - Triq San Remiġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli l-Enemalta tara x'wassal biex imur id-dawl ta' barra fi Triq San Remig, Kirkop? Għalfejn baqa' ma ġiex irranġat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-kawża tas-sospensjoni tal-provvista ta' l-elettriku fit-triq imsemmija kien dovut għal ħsara f'cable taħt l-art. Din il-ħsara issewwiet.

Pensjoni — Gżira

Question

B'riferenza għall-każ li tressaq quddiem l-arbitru - dettalji dwaru qed jintbagħtu under separate cover - li qed jikkontendi li l-pensjoni tiegħu ta' Lm251 kull erba' ġimgħat hija inqas minn ta' ħaddieħor, jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma kemm huwa intitolat bħala ġuvni u kemm kien ikun intitolat li kieku kien miżżewweġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif indika l-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu, il-każ in kwistjoni huwa sub-judice quddiem l-Arbitru mahtur skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali u għalhekk mhux opportun li nikkumenta dwar dan il-każ speċifiku. Li nista' ngħid b'mod ġenerali hu li, fil-każ ta' pensjoni taż-żewġ terzi mħallsa skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, ir-rata ta' din il-pensjoni ma tiddependix mill-istat ċivili tal-pensjonant jew pensjonanta.
Leg 9 PQ #36177 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Postal Operators

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li postal operators mal-Maltapost li xogħolhom kien jiġġedded sena b'sena issa qed jiġġedded għal żmien ferm inqas kull darba? Kemm hemm ħaddiema mal-kumpannija li qegħdin b'dawn it-tip ta' kuntratti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li fid-dawl ta' l-eżerċizzju ta' l-istrutturar, il-kumpanija Maltapost kellha l-ħtieġa li timpjega Postal Operators fuq bażi ta' kuntratt ta' xogħol għal żmien definit. Peress li dan l-eżerċizzju wasal fl-aħħar biex ikun implimentat, dawn il-kuntratti ġew imġedda għal żmien qasir. Bħalissa in-numru ta' Postal Operators fuq dan it-tip ta' kuntratt huwa ta' wieħed u tletin.
Leg 9 PQ #36178 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Iklin

Question

B'riferenza għall-domandi preċedenti dwar l-istess suġġett, jista' il-Ministru jinvestiga l-fluctuations fil-kurrent tad-dawl li jinsab għaddej għar-residenti li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament billi minkejja li r-residenti bidlulhom l-arloġġ u l-wiring tad-dawl għadhom bl-istess problema li kellhom fi snin imgħoddija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab ifurmat li l-manutenzjoni meħtieġa għandha ssir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Leg 9 PQ #36179 Sitting 802 2002-10-21 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Zejtun - Triq tal-Barrani

Question

Jista' il-Ministru jgħid hux possibbli li l-Enemalta tieħu ħsieb tirranġa bozza maqtugħa li hemm ħdejn ir-residenzi nru. 22 u Fidele House, fi Triq tal-Barrani, Żejtun għax din il-bozza ilha bil-ħsara xahrejn u minkejja diversi rapporti baqgħet ma ġietx irranġata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa fuq il-bozza li qed issir riferenza għaliha saret fil-15 ta' dan ix-xahar.