Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38457 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Convention on Biological Diversity

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta Malta bi ħsieba tirratifika il-Convention on Biological Diversity u kif bi ħsiebu jwettaq in situ u ex situ managment? Hemm xi pjanijiet kif l-obbligi taħt din il-Konvnezjoni ser jiġu mwettqa?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Membru li Malta iffirmat il-ftehim fuq il-Biodiversita` (Convention on Biological Diversity) fit-12 ta` Ġunju 1992, u rratifikat dan il-ftehim fid-29 ta` Diċembru 2000 filwaqt illi fit-28 ta` Ġunju ta` l-2002, ġew ippublikati regolamenti ta` l-2002 li jinkorporaw il-Konvenzjoni dwar id-Diversita` Bioloġika (Convention on Biological Diversity). Hemm pjanijiet biex dawn l-obbligi jiġu mwettqa, u diġa` hemm uħud li daħlu fis-seħħ. Qed jitħejjew pjanijiet ta` azzjoni dwar il-ħarsien ta` l-ambjent naturali u anke dwar l-ispeċi li, jkopru kemm dawk in situ kif ukoll dawk ex situ.
Leg 9 PQ #38493 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MFSA — Captive insurance companies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati captive insurance companies mal-MFSA kemm ilhom li daħlu provvedimenti għall-istabbiliment tagħhom f'Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li taħt l-Att dwar iċ-Ċentru ta’ Servizzi Finanzjari ta’ Malta (Kap. 330), kienet ġiet reġistrata kumpannija waħda biss li l-kummerċ tagħha kien ta’ ‘captive insurance’. Din il-kumpannija kienet bidlet lis-status tagħha u ma baqgħatx topera fil-kummerċ ta’ captive insurance.
Leg 9 PQ #38495 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

San Ġwann — Qtugħ ta' dawl

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga il-qtugħ tad-dawl li ilu aktar minn ġimgħa fi Triq Agostino Matrenza , San Ġwann?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-ħsara issewwiet dakinhar stess li sar ir-rapport lill-Korporazzjoni Enemalta.
Leg 9 PQ #38497 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

VISA

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 38436 u cioe' jgħid liema huma dawk il-pajjiżi li magħhom diġa' bdew iseħħu l-arranġamenti ġodda meħtieġa għal visa għal min ikun ġej jew sejjer lejhom?

Response (BORG, JOE)

Fl-1 ta' Ġunju 2002, ġiet imneħħija l-visa għal dawk il-persuni ta' nazzjonalita Ċiniża li għandhom passaport tal-Hong Kong Special Administrative Region (SAR). Fl-1 ta' Ottubru 2002, ġiet introdotta l-visa għal dawk il-persuni li għandhom passaport tal-British Overseas Citizens (BOC) u tal-British National Oversean (BNO) kif ukoll għal dawk il-persuni li huma ċittadini ta' dawn il-pajjiżi li ġejjin - Antigua and Barbuda Bahamas Barbados Belize Botswana Dominica Fiji Grenada Guyana Jamaica Kenya Kiribati Kuwait (x) Lesotho Malawi Maldives Mauritius Northern Marianas (x) Nauru Papua New Guinea (x) St Kitts and Nevis St Lucia St Vincent and the Grenadines Saudi Arabia (x) Seychelles Solomon Islands Swaziland Tanzania Tonga Trinidad and Tobago Tuvalu Vanuatu Western Samoa Zambia Ċittadini Maltin ma għandhomx bżonn visa biex jidħlu f'dawn il-pajjiżi ħlief għal dawk markati b' (x) fejn ċittadini Maltin dejjem riedu visa biex jidħlu. Fl-1 ta' Ottubru 2002, ġiet imneħħija l-visa għal dawk il-persuni ta' nazzjonalita Bulgara u Rumena. Fl-24 ta' Ottubru 2002, ġiet introdotta l-visa għal persuni ta' nazzjonalita ta' l-Afrika t'Isfel, waqt illi ċittadin Malti ma għandhux bżonn ta' visa biex jidħol f'dawn il-pajjiż. Fl-1 ta' Jannar 2003, ġiet introdotta l-visa għal persuni ta' nazzjonalita ta' dawn il pajjiżi li ġejjin - Eġittu Marokk Turkija Tuneżija Fl-istess data ġiet introdotta l-visa għall-Maltin li jixtiequ jżuri l-Eġittu u t-Turkija u tneħħiet il-visa għall-Maltin li jixtiequ jżuru r-Rumanija. Fir-rigward tal-Bulgarija, l-Marokk u t-Tuneżija, ċittadini Maltin ma għandhomx u qatt ma kellhom bżonn visa biex jidħlu f'dawn il-pajjiżi.
Leg 9 PQ #38498 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-VAT — Tixrid ta' pornografija

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma rapporti li wasluli li hemm persuni fid-dipartiment tal-VAT li għadhom jagħmlu użu illeċtu mis-servizz tal-Internet għat tixrid tal-pornografija waqt il-ħin tax-xogħol minkejja li dan is-suġġett kien diġa tqajjem f'domanda preċedenti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kull min inqabad jew jinqabad jgħamel użu ħażin mis-servizz ta' l-Internet kif qed jgħid fid-domanda tiegħu, inkun suġġett għal passi dixxipplinarji wara li jiġi nvestigat il-każ.
Leg 9 PQ #38529 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Għaqdiet sportivi — Super 5

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għadhomx jitqassmu flus tas-Super 5 lill-għaqdiet sportivi? Jekk iva, jista' jgħid fis-sena 2002 lil min u kemm tqassmu u minn liema Ministeru?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħal kull sena, fl-2002 tqassmu flus lil diversi għaqdiet sportivi mill-fond tas-Super Five. Nqiegħed fuq il-mejda tal-kamra lista li turi kif ġew mqasma dawn il-flus lill-għaqdiet.

Ħaż Żabbar — Pedestrian zebra crossing

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux ser issir pedestrian zebra crossing fi Triq Hompesch Ħaż Żabbar, fil-lights li saru dan l-aħħar u li jagħtu għal Marsaskala, fost oħrajn, u dan minħabba li fl-ebda mument persuni ma jistgħu jaqsmu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi ftit qabel il- lights imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hemm pelican crossings ħdejn il- Housing Estate kif ukoll zebra crossing iktar 'il fuq f'Labour Road u għalhekk ma jidhirx li hemm bżonn li jsiru faċilitajiet oħra f'din il-parti tal-lokalita'.
Leg 9 PQ #38531 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xarabanks u minibuses — Skejjel

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 37994 u cioe' jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel term ta' din is-sena skolastika kemm saru vjaġġi minn xarabanks u mini-buses biex iġorru tfal tal-iskola, kemm kien it-total li għandu jitħallas, diġa tħallas xi ħaġa, kemm u meta, jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali tiegħi għaliex it-tweġiba li ta m'għandha x'taqsam xejn mal-mistoqsija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'kull ġurnata skolastika bejn l-ewwel ġurnata tas-sena skolastika 2002 u l-Milied (63 ġurnata b'kollox), saru 752 vjaġġ kull filgħodu u l-istess numru ta' vjaġġi kull wara nofsinhar. Is-somma dovuta għal dan is-servizz tammonta għal Lm408,500, li minnhom tħallsu Lm306,229.73 sa' l-aħħar ta' Diċembru 2002 u Lm19,073 tħallsu f'Jannar 2003.
Leg 9 PQ #38532 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' membri fil-korp tal-pulizija bħalissa? Kemm minnhom għandhom aktar minn ħamsa u għoxrin sena servizz? Jista' jgħid kemm matul din is-sena se jagħlqu l-eta' li bilfors ikollhom jirtiraw? Ta' liema rank huma?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 1,790 membru fil-Korp tal-Pulizija. Minn dawn hemm 154 li fil-preżent għandhom 25 sena servizz, filwaqt li hemm 3 kuntistabbli oħra li matul din is-sena ser jagħlqu l-eta` ta` l-irtirar.
Leg 9 PQ #38533 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Allowances

Question

Jista' il-Ministru jgħid bħalissa fil-korp tal-pulizija hemmx min jieħu allowance talli jitkellem b'lingwa barranija? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm u liema lingwa jitkellmu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi m`hemm l-ebda membru tal-Korp tal-Pulizija li qiegħed jieħu allowance talli jitkellem b`lingwa barranija.
Leg 9 PQ #38534 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malti — SEC

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi studjat mill-Universita' jekk l-eżami tal-Malti fil-livell tas-SEC għandhux jinqasam f'żewġ karti separati tal-lingwa u tal-letteratura kif inhu l-Ingliż? Jaf li numru ta' għalliema tal-Malti jippreferu li jsir hekk?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal fl-uffiċċju, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Floriana — Għassa tal-pulizija

Question

Kemm-il jum jirriżulta li nfetħet l-għassa tal-pulizija fil-Floriana matul Jannar 2003?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Jannar 2003 dejjem kien hemm kuntistabbli, u drabi anke surġent, dettaljat fl-Għassa imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Madankollu, jista` jkun hemm drabi fejn l-esiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu lill-pulizija li jkunu għassa joħorġu fuq xogħol, bil-konsegwenza li l-għassa jkollha tingħalaq f`dawk il-ħinijiet.

Dajr tal-Gvern — Istallazzjoni ta' lifts

Question

Xi żviluppi hemm dwar l-istallazzjoni ta' lifts fl-appartamentii tal-Gvern: i) 68, Triq San Tumas Floriana, ii) 131, Triq San Pawl Valletta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li lift f'numru 131, Triq San Pawl, Valletta, ġie ordnat u mistenni li jitlesta sa Ġunju ta' din is-sena. Dwar il-lift f'numru 68, Triq San Tumas, Floriana, minħabba li m'hemmx spazju biex isir lift fit-tromba tat-taraġ, intalab permess jekk tistax tintuża l-bitħa użata mill-ħwienet ta' taħt il-blokka. Peress li għad m'hemmx risposta għat-talba tal-Awtorita' tad-Djar, dan il-każ bħalissa qiegħed wieqaf.

Żoni kummerċjali — Sinjali tal-parkeġġ

Question

Fuq liema kriterji jsiru dawn li ġejjin f'żoni kummerċjali: i) no parking except for loading / unloading, ii) time zones għall-ipparkjar ta' vetturi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li l-kriterji għal: (i) un/loading bays validi għal 4 siegħat filgħodu u 4 siegħat wara nofs in-nhar huma: Għal ħwienet ta' white goods. Għal ħwienet ta' l-għamara. Għal ħwienet li jbiegħu makkinarju goff. Meta tkun għal gruppi ta' ħwienet. Lil-Hotels li għandhom aktar minn 70 sodda. Dawn jiġu approvati fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsilli Lokali. (ii) it-time zones għall-apparkjar ta' vetturi huma ta' żewġ tipi: Dawk li jiġu approvati fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill Lokali fuq bażi temporanja u għal toroq speċifiċi u mhux għal żoni sħaħ. Dawk permanenti għal skemi ta' parkeġġ residenzjali u kummerċjali bħal l-iskema tar-Rabat Għawdex.
Leg 9 PQ #38551 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Pazjenti

Question

F'liema stadju wasal il-bini ta' l-Isptar Mater Dei? Meta hu maħsub li jibdew jingħataw servizzi lill-pazjenti:- i)out-patient u ii)in-patient?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-tliet fażijiet tal-bini huma maħsuba li jitlestew kollha sal-2010. Hu ppjanat li l-outpatients jiftaħ Ġunju 2003, waqt li l-inpatients jibdew jemigraw lejn l-ipstar Mater Dei fl-2005.

Xiri ta' xarabanks

Question

Il-proprjetarji tax-xarabanks użati għat-trasport pubbliku bilfors iridu jieħdu sehem fl-iskema tax-xiri ta' xarabanks ġodda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li permezz ta' l-avviż li ħarġet l-Awtorita' fil-Gazzetta tal-Gvern f'Diċembru 2000, ippermettiet lil dawk is-sidien tal-karozzi tal-linja li kellhom karozza tal-linja li fuqha kien tħallas id-depożitu ta' Lm500 fl-1995, kienu ntitolati sabiex ibiddlu x-xarabank eżistenti tagħhom ma' waħda ġdida. L-ammont totali ta' sidien li kienu poġġew l-imsemmi depożitu (u li għalhekk iffirmaw il-ftehim sabiex ibiddlu x-xarabank tagħhom) huwa ta' 147 . S'issa, disgħa sidien biddlu x-xarabank il-qadima tagħhom, għaldaqstant baqa' 138 xarabank li għad trid tinbidel u s-sidien ta' dawn il-138 xarabank kollha aċċettaw li jieħdu sehem fl-iskema tax-xiri ta' xarabanks ġodda.
Leg 9 PQ #38553 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Inċeneratur

Question

F'liema stadju wasal is-shut down ta' l-inċineratur fl-isptar San Luqa sabiex jibda jitħaddem minfloku dak b'sistema microwave? Jaqbel il-Ministru li l-proċess ittawwal iżżejjed għad-detriment tas-saħħa tar-residenti Tal-Pieta' u l-inħawi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Onorevoli Membru jaf żgur li kwalunkwe tender tal-gvern trid tgħaddi minn numru kumpless ta' proċeduri li għandhom l-għan li jiggarantixxu it-trasparenza f'dan il-proċess. Dawn il-proċeduri jagħtu faċilta` lit-tenderer sabiex joġġezzjona matul il-proċess. Fil-każ tas-sistema ta' l-ipproċessar ta' l-iskart kliniku (liema sistema mhux bilfors kellha tkun microwave) saru żewġ oġġezzjonijiet li tefgħu lura il-proċess b'aktar minn sena għaliex irrikjedew li jinġabu l-esperti barranin mill-Amerika u f'każ minnhom riedu jsiru modifikazzjonijiet fis-sottomissjoni ta' tenderer minnhom. Il-proċess ta' l-għażla ġie konkluż numru ta' ġimgħat ilu iżda qabel ma seta' jingħata t-tender sar impediment fil-qorti ċivili minn tenderer li reġa' waqqaf il-proċess. Bħalissa d-Diviżjoni tas-Saħħa qegħda tistenna id-deċiżjoni tal-qorti f'dan il-każ. L-Onorevoli Membru jifhem li sakemm tiddaħħal is-sistema l-ġdida, minkejja x-xewqa tad-Diviżjoni, ma jistax jingħalaq l-inċineratur ta' l-Isptar San Luqa għaliex dan huwa l-uniku metodu kif skart kliniku jista' jiġi pproċessat bħalissa.
Leg 9 PQ #38243 Sitting 868 2003-02-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni tar-Ross

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuq l-importazzjoni tar-ross? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866.