Jista' il-Ministru jinformana għaliex ma sarux il-ħitan tas-sejjieħ fil-ġnub tat-toroq tas-Salina u ta' Burmarrad sabiex tinżamm l-estetika u l-karatteristika rurali?
Jista' ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti li jimmarkaw minn fejn se jgħaddi l-ilma tax-xita minn dawn it-toroq u fejn se jispiċċa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal-Mistoqsija Parlamentari nru. 35856.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' pjanti li juru kif se jiġi channeled l-ilma tax-xita fl-imsemmija toroq.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 36097 fuq il-Weapons Advisory Board u cioe', jgħid kemm-il darba ltaqa' il-WAB board matul din is-sena? Jista' jgħid kemm hemm talbiet pendenti quddiem il-board u kemm-il talba ġiet approvata f'dan l-istess perjodu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul din is-sena l-Weapons Advisory Board iltaqa' darbtejn.
Il-Bord ittratta għoxrin talba - ħdax ġew approvati u disgħa ġew irrifjutati.
Il-Board għandu ħamsa u tletin talba pendenti.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 36019, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bejn iċ-ċentru Malti tar-restawr u ċ-ċentru tar-restawr Taljan? Kemm kienet l-għotja tal-Gvern Taljan lil MRC u kif intefqu dawn il-flus? Kemm għandu rappreżentanti l-Gvern Taljan fuq il-bord tad-diretturi u bħalissa min huma dawn il-persuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-ftehim iffirmat bejn iċ-Ċentru Malti għar-Restawr u l-Istituto Centrale per il Restauro ta' Ruma nhar it-3 ta' Mejju 2000.
L-għotja tal-Gvern Taljan prevista fil-proġett Tlettax tar-Raba' Protocol Finanzjarju Italo-Malti u li kellha tintuża għaċ-Ġentru tar-Restawr kienet ta' 4 biljun lira Taljana. Minn dawn iċ-Ċentru ingħata biss Lit1,961,158,250. Il-fondi intużaw sabiex jinxtara l-apparat neċessarju sabiex iċ-Ċentru seta' jiffunzjona.
Il-Gvern Taljan m'għandu ebda rappreżentanti fuq il-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Malti għar-Restawr.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 36053, jista' jara kemm-il darba siefret fuq xogħol taċ-ċentru Malti għar-restawr il-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament, mill-1 ta' Jannar 2001 sal-lum? Kemm kienu l-ispejjeż, inkluż air-fares, ta' kull safra li saret?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul l-2001, Dr Joe Cannataci siefer darba waħda biss fuq xogħol taċ-Ċentru malti għar-Restawr. Din kient għal Brussel biex jinnegozja b'suċċess il-kuntratt tal-Proġett IKONOS mal-Kummissjoni Ewropeja. Permezz ta' dan il-kuntratt iċ-Ċentru Malti għar-Restawr sar il-"Contracting Authority" għall-Proġett IKONOS li jiswa mat-tlett miljun EURO. Hu u jirritorna Malta minn Brussell, Dr Cannataci ingħaqad ma' delegazzjoni Maltija ta' kapijet ta' Istituzzjonijiet li joffru taħriġ vokazzjonali liema delegazzjoni żaret Toulon Franza fuq inizjattiva tal-EUPU. Minn din iż-żjara iffukata fuq Proġetti Leonardo twieldet l-ewwel inizjattiva Leonardo taċ-Ċentru tar-Restawr li saret b'suċċess f'Settembru li għadda, meta 10 studenti u 4 għalliema irrestawraw mitħna fi Sqallija bil-maġġor parti ta' l-ispejjeż imħallsa mill-programm Leonardo.
Matul l-2002, Dr Joe Cannataci inħatar ukoll id-Direttur tal-proġett IKONOS u għalhekk, minbarra safar ieħor fil-kariga tieħgu bħala Chairman taċ-Ċentru tar-Restawr, kien impenjat ukoll f'numru ta' safriet previsti u mħallsa mill-fondi tal-Proġett IKONOS.
Matul l-2002, Dr Joe Cannataci siefer:
a) darba biex jirrapreżenta ċ-Ċentru Malti għar-Restawr fl-akbar Konferenza Internazzjonali li ssir fil-kamp tar-Restawr darba kull tlett snin,
b) darba biex jippreżenta riċerka avvanzata li għamel b'suċċess iċ-Ċentru Malti għar-Restawr u b'riżultat li ċ-Ċentru Malti rċieva bosta proposti konkreti ta' kollaborazzjoni u proġetti ġodda,
c) darbtejn biex intlaħqu b'suċċess ftehim ta' kollaborazzjoni ma' istituzzjonijiet fl-Olanda u l-Italja,
d) darbtejn għal-prospetti ta' proġetti ġodda, kull darba fuq stedina uffiċċjali ta' aġenzija governattiva, darba fil-Ġermanja u darba fil-Libya,
e) darba biex jirrappreżenta ċ-Ċentru Malti għar-Restawr fil-konferneza EVA fuq l-użu ta' l-elettronika u s-software fil-kamp tal-wirt kulturali,
f) tmien darbiet fuq żjarat tekniċi tal-Proġett iKONOS.
Id-dettalji ta' spejjeż ta' safar jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Is-seba safriet li saru fuq xogħol ġenerali u rappreżentazzjoni taċ-Ċentru ġew imħallsa mill-fondi taċ-Ċentru. It-tmien safriet li saru għall-iskopijet tal-Proġett IKONOS tħallsu mill-fondi tal-Proġett IKONOS.
B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija 36026, jista' il-Ministru jgħid f'liema lokalita' ġiet offruta art mill-korporazzjoni Maltija għall-iżvilupp lill-persuna konċernata?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li hija l-intenzjoni tal-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp li toffri art alternattiva fil-Qasam Industrijali ta' Ħal-Luqa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħata petrol u diesel mill-pompa tal-garaxx tal-gvern, f'Ħal Kirkop? Liema dipartimenti jużaw il-faċilitajiet ta' din il-pompa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-ammont ta' fuel li ngħata mill-pompa ta' Ħal Kirkop matul din is-sena bejn Jannar u Settembru huwa kif ġej:
Petrol: 99,519lts
Petrol bla ċomb: 183,213lts
Diesel: 457,581lts
Id-Dipartimenti li jagħmlu użu minn din il-pompa huma:
Id-Dipartimenti fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-Uffiċċju tal-President, id-Dipartiment tal-Housing, l-AFM kif ukoll id-Dipartiment tal-Mużewijiet.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament jaħdimx fil-waste management strategy implementation department?
Jekk fl-affermattiv, kemm ingħata promotions minn Ottubru 1998 sal-lum?
Kemm tħallas overtime fl-istess perjodu kull sena separatament?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata huwa mpjegat fil-WMSID u minn Ottubru 1998 sa llum ingħata żewġ promotions.
Minn Ottubru 1998 tħallas dawn l-ammonti f'overtime:
1998 Lm 148.63
1999 Lm 827.30
2000 Lm 924.69
2001 Lm1718.88
2002 Lm1761.31 (sal-paga ta' Settembru)
Jista' il-Ministru jgħid jekk is-sentenzi ta' separazzjoni kontenzjuża li jkunu għaddew f'ġudikat, kollha insinwati? Hemm sistema li biha jiġi aċċertat li tali sentenzi jiġu fil-fatt insinwati? Mill-1995 sal-lum, kemm-il sentenza ta' separazzjoni kontenzjuża mogħtija mill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili li ma sarx appell minnha, baqgħet ma ġietx insinwata?
Response (BORG, TONIO)
L-insinwazzjoni ta` sentenzi mogħtija mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fir-rigward ta` separazzjonijiet kontenzjużi hija l-għażla tal-partijiet fil-kawża, u mhux possibli li wieħed jagħti n-numru ta` dawk il-każijiet fejn ma ssirx tali insinwazzjoni għar-raġuni sempliċi li d-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku m`għandux mezz li jikkontrollhom, u huwa biss depositarju ta` dawk il-mandati li jsiru f`tali kawżi fuq istanza ta` xi waħda mill-partijiet.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli l-Maltacom tinvestiga ħsara li hemm f'għadd ta' telefons fi Triq Ħas-Sajjied, Żabbar?
Billi uħud mir-residenti milquta huma anzjani li jgħixu weħedhom u billi parti minn din it-triq hi ftit diżabilatata possibbli jittieħdu passi immedjati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-ħsara imsemmija ġiet ikkaġunata meta cable tat-telefon inqala' bir-riħ u li d-disa' linji affettwati ingħataw lura s-servizz.
Jista' il-Ministru jispjega għaliex l-Enemalta aċċettat ħlas ta' Lm210 fit-18 ta' Ġunju 2001 għal 3 phase meter mingħand il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħat under separate cover u sal-lum dan is-servizz baqa' ma ngħatax meta l-ħlas għas-servizz li hemm provdut, jiġifieri ta' single phase, huwa ta' Lm 70?
Billi jien infurmat li din il-persuna marret u ċemplet diversi drabi fl-uffiċċju ta' l-Enemalta f'Raħal Ġdid u anke kitbet liċ-chairman ta' l-Enemalta u baqgħet bla sodisfazzjon, possibbli jittieħdu passi immedjati biex dan l-individwu jingħata s-servizz li ħallas għalih aktar minn sena ilu?
Jekk l-Enemalta kienet taf li dan is-servizz ta' 3 phase ma kienx possibbli li jingħata f'din it-triq minħabba problema ta' vultaġġ, għaliex aċċettat il-ħlas u ma infurmatx lill-applikant li dan is-servizz ma kienx possibbli li jingħata?
Possibbli li dan il-każ jiġi investigat u niġi infurmat b'dak li jirriżulta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-applikazzjoni li qed issir riferenza għaliha ġiet reġistrata għand il-Korporazzjoni Enemalta fis-27 ta' Novembru 2001. Bi ftehim ma' l-applikant, ingħata servizz "single phase" biex b'hekk jinqeda bla dewmien sakemm jiġi ipprovdut is-servizz "three phase" li kien jinvolvi xogħol estensiv. Dan ix-xogħol mistenni li jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ilu għaddej ix-xogħol fuq Triq Hompesch, Fgura? Kemm flejjes intnefqu? Jista' jiġi indikat ukoll, bl-aktar mod dettaljat, dwar ix-xogħol kollu li sar sal-lum u x'jonqos li jsir?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-proġett ta' Triq Hompesch fil-Fgura effettivament beda f'Ottubru 2001 wara li ġie mwaqqaf mill-Kunsill tal-Fgura fil-bidu ta' Settembru.
S'issa ntefqu Lm318,306.10 li jinkludu s-servizzi ta' l-ilma, storm water culvert, reconstruction tas-sub base tat-triq, xogħol ta' asfalt, kurduni u bankini.
Jonqos li jissaqqaf il-ġibjun li hemm ħdejn HSBC kif ukoll li jingħata t-tarmac fuq il-parking area li għandha ssir fuq l-istess ġibjun.
Jista' il-Ministru jindika f'liema stadju amministrattiv jinsabu l-proċeduri sabiex jinbeda x-xogħol fuq t-toroq Carmelo Penza u Carmelo Ritchie, Xgħajra?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li d-Direttorat tat-Toroq ġabar l-informazzjoni meħtieġa sabiex isiru dawn it- toroq u li issa ġew inklużi fil-programm ta' xogħolijiet li d-Direttorat qed iħejji biex jintlaħqu t-talbiet li ġew preżentati mill-Kunsilli Lokali kollha.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm siġar taż-żebbuġ, u minn dawn jistax jiġi indikat liema varjeta`, ġew imħawwla madwar Malta u Għawdex? Jista' jiġi indikat kemm ġew imħawwla fit-tieni distrett?
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju waslet il-librerija ġewwa l-iskola primarja tal-Fgura? Kemm kotba ġodda se jingħataw lilha? F'liema lingwi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-librerija tal-Fgura issa għandha lok ġdid u aktar addattat minn fejn kienet, b'aċċess dirett għall-pubbliku minn barra u aċċess ieħor mill-iskola għall-istudenti. Ix-xogħol fuq il-post il-ġdid mexa ġmielu u hu ttamat li din il-Librerija ma ddumx ma terġa' tibda tiffunzjona b'aktar kotba ġodda u attrezzament aħjar.
Għas-sena 2002 minbarra l-fondi allokati lil-Librerija min-naħa tad-Dipartiment li jammontaw għal Lm100, il-Kunsill Lokali ħaseb biex għal-Librerija f'post ġdid jixtri b'kemm jiswew Lm1,600 kotba. Dan wara li nġabret informazzjoni dwar it-tip u l-istat tal-kotba li kien hemm fil-Librerija sabiex jiġu mixtrija kotba li għalihom hemm talba mill-pubbliku u li huma neċessarji ġo librerija fergħa bħal din tal-Fgura. Il-kotba li nxtraw huma b'dawn il-lingwi:- Malti, Ingliż, Taljan, Franċiż, Ġermaniż u Spanjol.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew kummissjonati rapporti fid-dekasteru tiegħu kull sena għal dawn l-aħħar erba' snin? Kemm swew kull wieħed u x'inhuma dawk pendenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:
1999 LM
Report on Financing & Operational Feasibility of National Arts Centre
Implementation of National Arts Centre Project
Terms of Reference for Arts Centre Company plc 7130
Planning Authority Reform - Proposals 1500
Construction Details Guidelines 100
Education and Training - Statistical Report 432
2000
Sewerage Masterplan Feasibility Study - South 64269
Cottonera Traffic Impact Assessment 10000
Report for restoration & conservation of Vilhena Monument Floriana 1500
Report on wall paintings at Our Lady of Victory Church Valletta 152
Condition report on Main Gate Mdina 700
Report re Vilhena Palace Mdina 275
Methodological report for restoration of Tas-Salvatur Chapel Kalkara 500
Impact study of use of Halon,CFCs and HCFs 5375
Study on impact of EU Council Directive 75/439/EEC 20010
Study on Solid Waste Management in Malta
(imħallas mill-Kummissjoni Ewropeja) 37509
Impact Study on Directive 91/676/EEC (imħallas mill-Gvern Ingliż) 12826
Impact Study on Council Directive 1999/13/EC 22080
Impact Study on Council Directive 76/646/EEC 25000
Response North Harbours Local Plans 370
Structure Plan Review - Proposals 833
Hardstone Quarrying Operations Aggregate Production & Geology 481
Impact of the European Union Legislation on BICC 1035
Recommendations to draft Policy and Design Guidance 2000 69
CE Marking analysis and implications 416
Conservation and restoration guidelines 232
2001
Sewerage Masterplan EIA (Sit Nru. 1) - North 8798
Sewerage Masterplan EIA (Sit Nru. 2) - North 7877
Waste Management Strategy funded by E.U.
Art Historical report for Paladini Room at Grand Masters Palace Valletta 500
Report on greenery at The Presidential Palace Valletta 300
Condition report for The Historical Gardens The Mall Floriana 350
Report on Main Gate & Greek Gate Mdina 1200
Urbanistic and colour scheme for Mdina 1800
Archeological survey of St. Paul's Square Mdina 1675
Archeological report on two Bronze Age sites Mdina area 200
Residential Property Markets Recommendations 450
Planning Act Recommendations to draft 534
Recommendation to draft North West Local Plan 584
Recommendation to draft Proposed Waste Management Strategy 402
Health and Safety Guidelines 100
2002
Malta National Report - World Summit on Sustainable Development 20000
Sewerage Masterplan EIA - Gozo
Project Description Statement for Dev. & Operations of controlled landfill 15000
Restoration Strategy Report 11410
Analysis of Survey 400
Report on upgrading of Presidential Palace 2930
Report on Sarria Church Floriana 1104
Report on Sacristy at St. Paul's Shipwreck Church Valletta 450
Survey of garden above 'Torre dello Standardo' Mdina 1365
Report on upgrading of Mdina Ditch Mdina 1506
Archeological survey of the Vilhena Palace Forecourt Mdina 1897
Report on Howard Garden Mdina 2548
Consultancy re Paving Project at Mdina 2067
Report on Public Private Partnerships 2345
Recycling Building Materials Working Party report 460
Conditions of Contract for Common Civil Works guidelines 1495
Standard Methods of Measurement Guidelines recomm. to draft Act 1270
Recommendation to draft Gozo & Comino Local Plan 655
A Central Malta Local Plan 500
Energy Efficiency in Building design - guidelines 460
Ir-rapporti li għadhom pendenti huma dawn:
Review of Financial Standing & Performance of Enemalta Corporation
Ecological Study - Malta
Ecological Study - Gozo
Analysis of Producer Reponsability Report
Humidity report on Ta' Ġieżu Church Valletta
Report on upgrading of garden above Main Gate Mdina
Archeological report on Mdina
Report on greenery in Birgu ditch Birgu
Archeological survey of the Cottonera area
Report re Fort St Angelo
Geological & Structural report re Vilhena Palace Mdina
Producer Responsability Report
Bathymetric Survey & Borehole Investigation re St Julians Bay
Mathematical Waves Modelling re St Julians
Specifications for Civil Works
Innovative Technology
Technical Guidance Handbook
Recommendations to Draft Act Registration of Contractors
Strudy related to Environmental Impact Assessments
Sewerage Masterplan EIA - South
EIA,TIA & Detailed Landfill Design
Restoration Strategies for Landfill sites
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid illum kemm hawn single parent families? Kemm minn dawn huma hekk minħabba separazzjoni, mewt u kemm minħabba l-fatt li l-omm mhijiex miżżewġa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba dwar single parents li jirċievu l-Allowance tat-Tfal, li hi l-unika statistika dwar single parents miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il vettura tal-pulizija m'għaddietx mill-VRT din is-sena? X'tip ta' vettura kienet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, minn total ta` 32 vettura li ittellgħu għal VRT, kien hemm erba' (4) vetturi tal-Pulizija li m'ghaddewx. Dawn kienu zewg saloons u zewg vannijiet. Ingħataw struzzjonijiet sabiex dawn il-vetturi isirilhom mingħajr dewmien ix-xogħol meħtieġ sabiex jerġgħu jittellgħu għal VRT.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq każi relatati ma' prostituzzjoni din is-sena? X'weħlu individwalment? Kemm minn dawn kienu reċedivi u kemm-il darba individwalemt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena tressqu quddiem il-Qorti 36 persuna, bosta minnhom diversi drabi, fuq tlajjar għal skop ta` prostituzzjoni. Is-sentenzi mogħtija f`dawk il-każi deċiżi kienu jinkludu priġunerija, sentenza sospiża, multa u twiddiba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn riżerva ta' żejt u/jew fuels oħra llum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Normalment f'Malta jkollna ħażniet ta' żjut kollha li nikkunsmaw li jlaħħqu għal madwar tminn ġimgħat. Barra minn hekk, ikollna shipment regolari kull xahar.