Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati inċidenti tat-traffiku fi Triq Sant'Anna, Furjana, xahar b'xahar, f'dawn l-aħħar erba' snin? Kemm tħarku sewwieqa minħabba overspeeding fl-istess perijodu? Meta hu maħsub li jinbdew jiffunzjonaw l-ispeed cameras?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi in-numru ta` inċidenti tat-traffiku irrapurtati lill-Pulizija li seħħew fi Triq Sant`Anna il-Floriana matul dawn l-aħħar erba` snin huwa kif ġej:
1999
2000
2001
2002
Jannar
3
4
5
6
Frar
1
5
7
1
Marzu
2
7
4
7
April
2
7
9
10
Mejju
4
10
6
8
Ġunju
0
4
5
5
Lulju
4
7
4
2
Awissu
4
3
3
4
Settembru
4
3
3
2
Ottubru
3
8
2
-
Novembru
2
3
4
-
Diċembru
3
7
4
-
TOTAL
32
68
56
45
Ninsab infurmat ukoll illi matul l-istess perijodu il-Pulizija tellgħet quddiem il-Qorti 704 persuna minħabba sewqan eċċessiv. L-ebda wieħed minn dawn il-każi ta` sewqan eċċessiv kien fit-triq imsemmija. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34670.
Jista' il-Ministru jgħid meta jibda jintuża l-isptar il-ġdid Mater Dei, dan ser ikollu xi staff ġdid jew se jittieħdu kollha mill-isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed isir studju fuq il-bżonnijiet ta` riżorsi umani għall-Isptar Mater Dei. Meta l-istudju ikun konkluż, inkunu nafu jekk l-istaff ta` San Luqa ikunx biżżejjed, kemm bħala numru u kemm bħala 'skill-mix', jew inkella ikollniex bżonn ningaġjaw staff minn barra San Luqa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' vapuri li daħlu fil-freeport fl-1986 u fis-sena 2001? Kemm ħallsu port dues lill-Maritime Authority u pagi lill-pilots u l-mooring men?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-kumpanija Malta Freeport Corporation Limited ġiet reġistrata fil-25 ta' Jannar 1988 u għaldaqstant ma jistax jingħad kemm daħlu vapuri fil-port ta' Marsaxlokk bħala "Port Ħieles" fis-sena 1986. Matul is-sena 2001 daħlu 1,951 vapur fil-Container Terminal u 460 fl-Oil Terminal.
Nissuġġerixxi li l-partijiet l-ohra tal-mistoqsija jiġu indirizzati lill-Ministru ikkonċernat.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 32852, jista' il-Ministru jinforma l-Kamra f'liema stadju waslu l-proċeduri neċessarji sabiex din il-proprjeta' u l-oħrajn li jinsabu fl-istess posizzjoni fil-belt Senglejana jinfdew u għalhekk ikunu jistgħu jinxtraw susegwentement minn terzi?
Response (BORG, TONIO)
Il-liġi imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 32852 issa għaddiet. Din il-liġi hija magħrufa bħala l-Att dwar l-Amministrazzjoni ta` l-Artijiet (Att Nru XI ta` l-2002). Malli din il-liġi tiġi fis-seħħ kif inhu provdut fl-artikolu 1 tal-istess liġi, il-kera li gvern iħallas għall-proprjetajiet li ġew akkwistati taħt it-titolu ta` 'pussess u użu' jew 'dominju pubbliku' tkun tista` tiġi ikkapitizzata bil-1 fil-mija fil-każ ta` proprjetajiet akkwistati taħt it-titolu ta` 'pussess u użu' u bil-1.4 fil-mija fil-każ ta` proprjetajiet li ġew akkwistati taħt it-titolu ta` 'dominju pubbliku'. Malli dan iseħħ, il-proprjetajiet li ġew akkwistati isiru mija fil-mija tal-gvern u l-inkwilini jkunu jistgħu jixtru r-residenza tagħhom. Dan isir fid-diskrezzjoni tal-Gvern.
L-Onorevoli Membru għandu japprezza li dan il-proċess, apparti li jinvolvi ħafna xogħol, ser jiswa lill-gvern madwar erbgħa miljun lira u għaldaqstant dak li ma sarx għal dawn l-aħħar ħamsin sena ma jistax isir f`daqqa.
Jista' il-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba hemmx żvilupp fuq il-mistoqsija parlamentari 34991?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Persuni li għandhom fuqhom reġistrati każini tal-baned jew politiċi jistgħu jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru miżmum mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ. Iżda persuna li jkollha fuq isimha permess ta' negozju, per eżempju permess ta' bar ta' każin, ma tistax tirreġistra fuq l-Ewwel Parti ta' l-imsemmi Reġistru.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament hijiex fl-impjieg tad-dipartiment maintenance and construction? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li din tkun fil-bini tad-dipartiment u xi tkun qed tagħmel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant mhux impjegat tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar iżda qed jagħti servizz ta' scanning, image editing u processing ta' dokumenti u pubblikazzjonijiet relatati mal-qasam tad-djar. Parti minn dan ix-xogħol isir fid-Dipartiment imsemmi u għalhekk, minn żmien għall-ieħor, din il-persuna jkun meħtieġ li tkun fid-Dipartiment.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 34990, jista' il-Ministru jinforma l-Kamra f'liema stadju waslu l-proċeduri għar-rigward il-post 27, 28, 29 Strait Str, Valletta billi l-post jidher abbandunat u ma huwiex tajjeb għall-abitazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Kif għidt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34990, il-post nru. 27 Strait Street, Valletta huwa proprjeta` tal-Gvern waqt li l-postijiet nru. 28 u 29 Strait Street, Valletta kienu ddikjarati meħtieġa għal skop pubbliku taħt l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta` Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi. Id-Dipartiment qiegħed fil-proċess li jistabbilixxi min huma s-sidien tal-proprjeta` imsemmija biex ikun jista` jsir il-kuntratt tal-akkwist.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 34645, jista' il-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba kienx hemm żviluppi posittivi għar-rigward Triq Antonio Falzon, Kalkara?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi d-Direttorat tat-Toroq għandu diversi talbiet għal- xogħlijiet fejn l-iżvilupp għadu lura bħal f'dan il-każ, u għalhekk qiegħed fil-proċess biex jifformula pjan biex toroq bħal dawn li jkunu ilhom miftuħa imma ma fihomx ħafna żvilupp, ikunu jistgħu jingħataw surfacing temporanju biex ir-residenti f'dawn it-toroq ma jibqgħux f'sitwazzjonijiet ta' nkonvenjent.
B'riferenza għal misotqsija parlamentari 34643, jista' il-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba kienx hemm żviluppi posittivi għar-rigward it-toroq Mulett u AG Chesney Xgħajra?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi d-Direttorat tat-Toroq għandu diversi talbiet għal xogħolijiet fejn l-iżvilupp għadu lura bħal dan il-każ, u għalhekk qiegħed fil-proċess biex jifformula pjan biex toroq bħal dawn li jkunu ilhom miftuħa imma ma fihomx ħafna żvilupp, ikunu jistgħu jingħataw
surfacing
temporanju biex ir-residenti f'dawn it-toroq ma jibqgħux f'sitwazzjoni ta' nkonvenjent.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 34629, jista' il-Ministru jinforma l-Kamra jekk hemmx żviluppi rigward il-balavostri taz-zuntier tal-knisja ta' San Filippu Senglea?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat sa llum għad ma hemmx żviluppi ġodda rigward il-balavostri taz-zuntier tal-Knisja ta' San Filippu Senglea.
Jista' il-Ministru jinvestiga l-fatt li Triq l-Imriekeb, f'Wied il-Għajn ma jistax jibda x-xogħol fuqha minkejja li ħareġ u ġie awarded it-tender għax kull meta jmur il-Water Services Corporation il-kuntrattur li għandu jagħmel main ta' l-ilma qabel issir it-triq jgħidulu li ''għad m'għandhomx materjal'' biex ikun jista' jsir il-main qabel jibda x-xogħol fuq it-triq?
Jista' il-Ministru jinfurmani x'materjal hu li m'għandux il-WSC u fil-każ meta se jkollhom?
X'passi ttieħdu jew qed jittieħdu mill-WSC biex ma jibqgħux iżommu milli jibda x-xogħol f'din it-triq?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma qed tistenna kunsinna ta' materjal biex issaħħaħ il-ħażna ta' pajpijiet u fittings li għandha. Il-Korporazzjoni għandha biżżejjed materjal biex ix-xogħol imsemmi jista' jinbeda u l-kuntrattur imsemmi diġa' ġie avviċinat biex jieħu l-materjal meħtieġ.
Jista’ il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35432, jista' jagħti tagħrif kemm-il vettura tal-passiġġieri ġew fabbrikati f’Malta wara li jkunu ġew importati knocked down? Kemm minn dawn kienu mmuntati mil-lat industrijali u kemm mil-lat individwali? Kemm minn dawn iż-żewġ tipi ġew reġistrati ma’ l-uffiċċju tal-liċenzji? Kemm kien id-dħul tal-gvern f’dak li għandu x’jaqsam ma’ liċenzji f’dawn l-aħħar erba’ snin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li billi ma kienx possibbli li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinġabar mis-sistema komputerizzata, id-Direttorat tal-Liċenzji u Testijiet għamel eżerċizzju manwali li minnu rriżulta li f'dawn l-aħħar erba' snin ġew impurtati u reġistrati żewġ vetturi tal-passiġġieri 'knocked down' minn individwi.
Minn dawn iż-żewġ vetturi l-Gvern, bħal liċenzji, daħħal l-ammonti indikati hawn taħt:
2001 - Lm 105
2002 - Lm 55
Jista' il-Ministru jara li tintbagħat home help lill-anzjana li l-partikolaritajiet jidhru separatament minn din il-mistoqsija? Tista' din l-anzjana tiġi informata bl-iżviluppi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant kienet provduta b'helper iżda din waqfet mix-xogħol. Meta nstabet helper oħra biex tissostitwija, l-persuna ndikata ma ridithiex u għalhekk id-Dipartiment konċernat għadhu qed ifittex helper oħra biex din il-persuna terġa tirċievi s-servizz.
Jista' il-Ministru jagħti tagħrif bil-miktub lill-anzjana li l-partikolaritajiet jidhru separatament minn din il-mistoqsija li dan l-aħħar daħlet il-home help? Tista' tiġi infurmata kemm qiegħed jeħdulha fix-xahar mill-pensjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas għas-servizz ta' Għajnuna fid-Dar huwa ta' Lm1 fil-ġimgħa f'każ ta' persuna li qiegħda waħedha u ta' Lm1.50 fil-ġimgħa f'każ ta' koppja.
Jista' il-Ministru permezz ta' l-awtorita' tar-riżorsi jikkonsidra l-konsegwenzi ta' inċidenti ta' ħruq jew periklu ieħor konsegwenza ta' nar bl-użu ta' mobile phones fl-areas madwar il-petrol stations? Jekk teżisti din il-possibilita' għandux ikun hemm sinjali li jindikaw din l-eventwalita' kull fejn hemm petrol stations?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi qed tinvestiga ma' l-awtoritajiet tas-saħħa u sigurta' Ingliżi informazzjoni li għandha dwar is-suġġett.
Jekk jiġi konkluż li jeżisti xi tip ta' periklu, l-Awtorita' se tieħu l-passi kollha biex kull fejn hemm 'fuel' maħżun jew qed jinġarr u 'petrol stations', ikun hemm sinjali li jindikaw dan il-periklu u l-azzjoni li għandha tittieħed.
Jista' il-Ministru jgħid x'talbiet għandu d-dipartiment tad-drenaġġ għand l-uffiċjal/i tal-utilities mid-dipartiment tat-toroq (awtorita' tat-trasport) għar-rigward ta' toroq f'Ħaż-Żebbuġ? Liema huma t-toroq f'Ħaż-Żebbuġ li qegħdin jistennew ir-rapport mill-utilities section tad-dipartiment tad-drenaġġ? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet? Meta hemm il-ħsieb li r-rapport dettaljat fuq dawn it-toroq jasal għand id-dipartiment tat-toroq?
Nagħmel riferenza għal mistoqsija parlamentari tiegħi 36101. Kif qal tajjeb il-Prim Ministru qed nirreferi għall-impjegati li b'riżultat tal-ftehim milħuq bejn il-gvern u l-unions f'Awissu 2001 ser ikun possibli li ċerti uffiċjali fis-servizz pubbliku ġewwa Għawdex ser igawdu minn paga għola konnessa ma' skala għola minn dik li jinsabu fiha.
Billi dawn l-impjegati għandhom ir-rakkomandazzjoni meħtieġa fl-aħħar tliet performance management programmes (PMP's) qabel id-data li fiha jkunu intitolati għall-progression, u billi ħafna minn dawn il-PMP's ilhom mimlija u lesti għal iktar minn 6 xhur u b'hekk l-eżerċizzju ilu mitmum għal żmien twil, jista' il-Prim Ministru jgħid għal-liema raġuni dawn il-PMP's qed jinżammu mill-ministeru għal Għawdex?
Jaf li minħabba t-traskuraġni żejda min-naħa tal-ministeru, il-proċess fejn jidħlu impjegati fis-servizz pubbliku f'Għawdex huwa wieqaf u x'passi se jieħu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li l-“Performance Management Programmes” (PMPs) u r-rapporti l-ohra konnesi maghhom ta’ mpjegati Ghawdxin fis-Servizz Pubbliku illi huma ntitolati ghal skali ta’ salarji oghla minn dawk li qeghdin fihom skond il-Ftehim mal-“Unions” ta’ Awissu 2001, ghandhom jaslu l-“Management and Personnel Office” fi zmien qasir biex ikunu ipprocessati flimkien ma’ PMPs ohrajn
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati mobile phones, misruqa jew mitlufa din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru 2002, il-Pulizija kellha 1,590 rapport ta` mobile phones li ġew misruqa, filwaqt li 562 oħra ġew irrappurtati mitlufa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru żweġijiet ċivili din is-sena u kemm minn dawn kienu bejn Maltin u Maltin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar żwiġijiet ċivili matul din is-sena s`issa hu kif ġej:
Malta Għawdex
Żwiġijiet Ċivili 506 38
Dawk minnhom bejn Maltin 52 6
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn barranin jaħdmu Malta llum u kemm hemm applikanti? X'tip ta' xogħol jagħmlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li skond l-aħħar lista aġġornata li dehret fuq l-internet (website tad-Dipartiment ta` l-Informazzjoni) in-numru ta` persuni barranin li bħalissa għandhom liċenzja ta` impjieg huwa 2,360. Ix-xogħol li qed jagħmlu dawn il-persuni jidher fl-istess lista.
In-numru ta` applikazzjonijiet pendenti huwa ta` 861. Dwar dawn, iżda, ma tinżammx statistika tat-tip ta` xogħol li qed jitolbu.