Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36364 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

UNJONI EWROPEA — PERSUNI B'DIŻABILITA'

Question

Il-Gvern Malti ssieħeb ma' l-Unjoni Ewropea biex is-sena 2003 tkun is-Sena Ewropea tal-persuni b'diżabilita'. Jista' il-Ministru jgħid x'qed jippjana l-ministeru tiegħu għal din is-sena biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

UNJONI EWROPEA — PERSUNI B'DIŻABILITA'

Question

Il-Gvern Malti ssieħeb ma' l-Unjoni Ewropea biex is-sena 2003 tkun is-Sena Ewropea tal-persuni b'diżabilita'. Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'qed jippjana l-ministeru tiegħu għal din is-sena biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36366 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Shares

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema ta' l-MIA humiex se jibbenefikaw mix-shares tat-3% offruti b'xejn, bħalma kien sar fl-amministrazzjoni ta' l-1996 fil-Maltacom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Membru tagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat
Leg 9 PQ #36367 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Is-Sena Ewropea tal-Persuni b'Disabilita`

Question

Il-Gvern Malti ssieħeb ma' l-Unjoni Ewropea biex is-sena 2003 tkun is-sena Ewropea tal-persuni b'diżabilita`. Jista' jgħid x'qed jippjana l-ministeru tiegħu għal din is-sena biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ħaddiem mingħajr paga

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'jista' isir meta persuna tiġi miċħuda l-paga mill-employer tagħha bla ebda raġuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Wieħed mid-doveri li għandu d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg hu li jirċievi rapporti minn persuni, kemm jekk ikun għadhom fl-impjieg u kemm jekk le, li jallegaw li ma tħallsux il-paga meta kienet dovuta. Meta jirċievi dawn ir-rapporti, d-Dipartiment jagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa u, fejn ikun il-każ, jaħroġ claim lill-prinċipal favur l-impjegat. Jekk fiż-żmien stabbilit fil-claim, il-prinċipal jonqos li jħallas il-paga dovuta, id-Dipartiment jieħu passi legali kontra dak il-prinċipal.
Leg 9 PQ #36369 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Bormla — Triq ix-Xatt

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-fond 7, Blokk A, Triq ix-Xatt, Bormla ħariġx għall-kiri? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi fuq il-Mejda kopji ta' kemm-il darba deher fuq il-gazzetta tal-gvern

Response (BORG, TONIO)

Il-fond 7, Blokk A, Triq ix-Xatt, Bormla ħareġ għall-kiri bl-offerti għall-ewwel darba fil-gazzetta tal-gvern tat-28 ta` Diċembru 2001, avviż numru 143 u baqa` jidher fil-gazzetti tal-gvern tal-31 ta` Diċembru 2001, 4 ta` Jannar 2002, 8 ta` Jannar 2002, 11 ta` Jannar 2002, u 15 ta` Jannar 2002. L-offerti għalqu fis-17 ta` Jannar, 2002.

Għawdex — Rabat - Traffic Lights

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 26447 cioe' billi kull darba li l-karrozzi tal-linja jiġu biex jgħaddu minn Pjazza San Franġisk għal Triq Putirjal, Rabat - Għawdex, qed ikun hemm konġestjoni kbira tat-traffiku, jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li jiġu stallati traffic lights li jaħdmu b'sistema elettronika li meta l-karrozzi tal-linja jkunu viċin tagħhom jinxtgħel id-dawl aħmar u hekk it-traffiku li jkun ġej minn Triq Putirjal u mill-parking ta' ħdejn il-bus terminus jieqaf sa x'ħin jgħaddu tal-linja? Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk minn meta ngħatat ir-risposta tiegħu kienx hemm xi żviluppi?

Response (GALEA, ĊENSU)

B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26447 ta' Ġunju 2001, jiena nfurmat illi l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku ta' dak iż-żmien kien ikkunsidra il-proposta ta' l-Onor. Interpellant iżda nstab li dan is-suġġeriment ma jistax jiġi mplimentat. L-Awtorita' dwar it-Trasport qiegħda ssegwi s-sitwazzjoni biex 'il quddiem tkun tista' tinstab soluzjoni sodisfaċenti.

ETC — Persuni jirreġistraw

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti figuri tal-persuni jirreġistraw għax-xogħol fix-xhur ta' Ġunju, Lulju, Awissu u Settembru 2002, xahar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u tieni parti tar-reġistru fl-aħħar ta' Ġunju, Lulju u Awissu 2002 kien ta 7121, 7177 u 7412 rispettivament.
Leg 9 PQ #36372 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Civil Protection — Personnel

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jkun hemm xi ingaġġ ta' personnel minn barra ċ-ċivil mas-civil protection?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li ma hemmx hsieb li fil-futur immedjat isir ingagg mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili minn barra c-Civil.
Leg 9 PQ #36373 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

CDAU — Tfal b'diżabilita'

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 35113, jista' il-Ministru ġentilment jgħid mill-1, 424 tifel u tifla b'diżabilita' mentali li jattendu s-CDAU kemm minn dawn it-tfal, subien u bniet separatament, huma ta' eta' 0 - 4 snin, 5 - 9 snin, 10 - 14-il sena u 15-il sena 'l fuq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hija kif ġej: Eta` Bniet Subien 0-4 snin 52 111 5-9 snin 153 294 10-14 snin 239 566 15-il sena 'l fuq 4 5

Familji mingħajr paga

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk għandux rapporti ta' ħaddiema li qed jgħaddu xhur mingħajr ma jirċievu paga? X'jista' isir sabiex dawn il-familji ma jbatux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36368 f'din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #36385 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

OPERAZZJONIJIET — WAITING LIST

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 36275, cioe' jgħid kemm hi l-waiting list għall-operazzjonijiet tal-kataretti.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Numru 36087.

Għassa tal-Pulizija — Furjana

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il ġurnata nżammet magħluqa l-għassa tal-pulizija fil-Furjana f'dan l-aħħar xahar? Għaliex, f'kull jum konċernat? Tista' l-għassa tinfetaħ aktar ta' spiss?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ewwel parti tat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35318, ninsab infurmat illi matul dan l-aħħar xhur dejjem kien hemm kuntistabbli, u drabi anke surġent, dettaljat fl-Għassa imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Madankollu, jista` jkun hemm drabi fejn l-eżiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu lill-Pulizija li jkunu għassa joħorġu fuq xogħol, bil-konsegwenza li l-għassa jkollha tingħalaq f`dawk il-ħinijiet.
Leg 9 PQ #36399 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Maltin fuq btala l-Awstralja — Servizz tas-Saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk Maltin li jkunu fuq btala fl-Awstralja jistgħux jużaw is-servizz tas-saħħa tad-diversi stati ta' hemmhekk b'xejn minħabba ftehim bilaterali ma' pajjiżna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond il-ftehim bilaterali bejn il-Gvern ta` Malta u l-Gvern ta` l-Awstralja, ċittadini Maltin li jkunu għall-btala fl-Awstralja jistgħu jużaw is-servizzi tas-saħħa tad-diversi stati fl-Awstralja, Cocos (Keeling), u Christmas Islands sa perjodu ta` sitt xhur mill-bidu tal-mawra tagħhom fl-Awstralja.
Leg 9 PQ #36400 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Stamperija tal-Gvern — Tender 242

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-tender 242 konnessa ma' l-istamperija tal-gvern ġiet irtirata?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tender nru. 242 ġiet ikkanċellata mid-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti wara li dan ġie nfurmat mill-Uffiċju tal-Prim Ministru li l-proġett maħsub mhux ser isir. Għaldaqstant ma kienx xieraq li jinbeda xi proċess ta' aġġudikazzjoni.
Leg 9 PQ #36401 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

San Ġwann — Take-Away - Trading Licence

Question

Jista' il-Ministru jgħid it-take-away li ser ikun hemm fin-naħa t'isfel ta' Bellavista Street, San Ġwann għandux trading licence? Jekk iva, ir-residenti ġew ikkonsultanti mill-awtoritajiet kompetenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-regolamenti l-ġodda dwar liċenzji ta' stabbilmenti bħal dak imsemmi f'din il-mistoqsija jaqgħu taħt l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu. Għaldaqstant nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir ill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #36402 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Lands Department

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn meta għaddiet il-liġi dwar il-proprjeta' ta' l-għadu, kien hemm xi talba minn xi ħadd għall-akkwist ta' xi waħda minn dawn il-propjetajiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi sal-lum ma saret l-ebda talba f`dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #36403 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — San Ġwann - Penthouse

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-penthouse fi Triq il-Fuxa, San Ġwann għandhiex il-permessi tal-MEPA?

Response (BORG, TONIO)

Minħabba li m`huwiex ċar għal liema sit qed jirreferi l-Onor. Interpellant, peress li Triq il-Fuxa hija kollha kommessa bl-iżvilupp, nitlob lill-Onor. Membru jkun aktar speċifiku.

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jgħid jistax jiżdied il-vultaġġ tal-istreet lighting fi Triq San Franġisk kantuniera ma' Triq R. Sammut Floriana?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi ikkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Leg 9 PQ #36407 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

San Ġwann — Naxxar Road

Question

Jaf il-Ministru li f'Naxxar Road, San Ġwann hemm żewġ stabilimenti separati (wieħed confectioner u l-ieħor supermarket) li għandhom roler door bejniethom li jinfetah kull nhar ta' Ħadd biex it-tnejn jiftħu attaparsi bħala confectioners minkejja l-liċenzji separati li għandhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li dan il-każ qed jiġi ittrattat mill-pulizija.