Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36084 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Overdose

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu persuni b'overdose fl-isptarijiet ta': 1) Malta 2) Għawdex din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jirriżulta li minn Jannar sa Awissu 2002 ġew ammessi fl-Isptar San Luqa130 każ ta' "overdose". Dawn kienu mqassmin skond il-kategoriji li jidhru hawn taħt: It-terminu "overdose" jinkludi dawn it-tliet kategoriji: Kategorija A: Avvelenement inċidentali kkawżat minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi (ICD-10 codes X40-X44) Kategorija B: Attentat ta' suwiċidju ikkawżat minn avvelenement b'sustanzi solidi jew likwidi (ICD-10 codes X60-X64) Kategorija Ċ: Avvelenement minn drogi, mediċinali jew sustanzi bijoloġiċi, fejn mhux magħruf jekk l-avvelenement kienx inċidentali jew premeditat (ICD-10 codes Y10- Y14) Kategorija Jannar-Awissu 2002 A 20 B 2 Ċ 108 Total 130 Dwar Għawdex, nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-Domanda lill-Ministru għal Għawdex.
Leg 9 PQ #36087 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tas-Saħħa

Operazzjonijiet — Waiting Lists

Question

Il-Ministru tas-saħħa kemm-il darba semma li qed isiru sessjonijiet ta' investigazzjonijiet u operazzjonijiet nhar ta' Ħadd u festi pubbliċi bil-għan li jitnaqqsu l-waiting lists, jista' il-Ministru jispeċifika f'liema taqsimiet qed isiru dawn l-investigazzjonijiet u operazzjonijiet u f'kull każ kemm qed isiru? Jista' jgħid kif tnaqqsu l-waiting lists f'dixxiplini diversi mqabbla ma' l-1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Leg 9 PQ #36147 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi Ekonomiċi — Kuntratti lill-Kumpanniji u Periti Privati

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum jekk ingħatawx kuntratti jew xi xogħlijiet oħra lill-periti jew kumpannija ta' periti privati fid-dekasteru tiegħu? X'kienu dawn ix-xogħlijiet jew kuntratti u kemm jiswew kull wieħed? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew le?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba. Iżda, jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikulari, nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.
Leg 9 PQ #36148 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Intern u Ambjent — Kuntratti lill-Kumpanniji u Periti Privati

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum jekk ingħatawx kuntratti jew xi xogħlijiet oħra lill-periti jew kumpannija ta' periti privati fid-dekasteru tiegħu? X'kienu dawn ix-xogħlijiet jew kuntratti u kemm jiswew kull wieħed? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew le?

Response (BORG, TONIO)

Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba. Iżda, jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikulari, nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.
Leg 9 PQ #36149 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Kuntratti lill-Kumpanniji u Periti Privati

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum jekk ingħatawx kuntratti jew xi xogħlijiet oħra lill-periti jew kumpannija ta' periti privati fid-dekasteru tiegħu? X'kienu dawn ix-xogħlijiet jew kuntratti u kemm jiswew kull wieħed? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew le?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba. Iżda, jekk l-Onor. Membru jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikulari, nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.

Riżorsi u Infrastruttura — Kuntratti lill-Kumpanniji u Periti Privati

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum jekk ingħatawx kuntratti jew xi xogħlijiet oħra lill-periti jew kumpannija ta' periti privati fid-dekasteru tiegħu? X'kienu dawn ix-xogħlijiet jew kuntratti u kemm jiswew kull wieħed? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew le?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba. Iżda, jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikolari, nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.

Trasport u Komunikazzjoni — Kuntratti lill-Kumpanniji u Periti Privati

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum jekk ingħatawx kuntratti jew xi xogħlijiet oħra lill-periti jew kumpannija ta' periti privati fid-dekasteru tiegħu? X'kienu dawn ix-xogħlijiet jew kuntratti u kemm jiswew kull wieħed? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew le?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba. Iżda, jekk l-Onor. Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikolari, nitlobu jagħmel mistoqsija speċifika.
Leg 9 PQ #36152 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Kuntratti lill-Kumpanniji u Periti Privati

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum jekk ingħatawx kuntratti jew xi xogħlijiet oħra lill-periti jew kumpannija ta' periti privati fid-dekasteru tiegħu? X'kienu dawn ix-xogħlijiet jew kuntratti u kemm jiswew kull wieħed? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew le?

Response (BORG, JOE)

Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni ddettaljata mitluba. Iżda, jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikulari, nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.
Leg 9 PQ #36160 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel li Malta trid iddaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma "sugar cane and beet" li qed jiġu mportati fil-mument u li se jkollhom tariffa ta' 251.4% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li Malta għamlet talba lill-Unjoni Ewropea għal "Special Supply Arrangements" rigward l-importazzjoni ta' zokkor. In-negozjati dwar din il-materja għadhom ma ġewx konklużi. Għaldaqstant mhux possibli għalissa li wieħed jiddetermina liema tariffa ser tkun applikabbli fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti wara li Malta issir membru ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #36161 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' prodotti li Malta trid iddaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti tal-"Beverages and Tobacco" li qed jiġu mportati fil-preżent u li se jkollhom tariffa ta' 8.3% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-definizzjoni "beverages and tobacco" hija waħda wiesgħa ħafna. Din tinkludi, mill-anqas, dawn il-familji ta' prodotti: inbid, birra, luminati, ilma minerali u meraq tal-frott bħala xorb u sigaretti, sigarri u tabakk għall-pipa bħala prodotti tat-tabakk. It-tabella ta' hawn taħt turi it-tariffa ekwivalenti għall-medja tad-dazju applikat mill-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni tal-prodott konċernat mill-pajjiżi terżi li Malta tipikament timporta minn għandhom bħalissa, imqabbla mad-dażju u levy impost fil-preżent minn Malta fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti mill-istess pajjiżi. Familja ta' prodotti Tariffa fil-pajjiżi ta' l-U.E. Dażju u levy attwali F'Malta Inbid Eur 13.1/hl Lm1.50/hl Birra 0% 24% u Lm0.25/litru Luminati 9.6% 15% u Lm0.36/litru Squashes tal-frott 9% u element varjabbli 13% u Lm0.15/litru Ilma minerali 9.6% 15% u Lm0.22,5/litru Meraq tal-frott 9.6% 15% Sigaretti 10% Lm6.15/kg Sigarri 26% Lm18.00/kg (medja) Tabakk tal-pipa 74.9% Lm11.00/kg Naturalment, fil-kaz ta' pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, id-dazju ma japplikax fil-każ ta' prodotti mixtrija mingħand il-pajjiżi l-oħra membri ta' l-istess Unjoni.
Leg 9 PQ #36162 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel li Malta trid iddaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma t-"Textiles/wearing apparel" li qed jiġu mportati fil-preżent li se jkollhom tariffa ta' 10.2% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-definizzjoni "textiles/wearing apparel" hija waħda wiesgħa. Din tinkludi diversi gruppi ta' prodotti li għandhom tariffi differenti. Dawn il gejjin huma l-gruppi ta' prodotti li jidher li huma l-aktar rilevanti meta wieħed iħares lejn l-importazzjoni attwali minn Malta. Il-lista ta' hawn taħt turi l-medja tad-dazju applikat mill-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mingħand il-pajjiżi terżi li bħalissa Malta tipikament timporta minn għandhom imqabbla mad-dazju fil-preżent impost minn Malta fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti mill-istess pajjiżi. Tariffa fil-pajjiżi dazju attwali Familja ta' prodotti ta' l-U.E. f'Malta Woven fabrics of wool 10 fil-mija 13 fil-mija Woven fabrics of cotton 8.8 fil-mija 10 fil-mija Fabrics of synthetic yarn 9.2 fil-mija 11 fil-mija Man's trousers 12.8 fil-mija 14 fil-mija Woman's blouses 12.8 fil-mija 14 fil-mija Clothing accessories 10.8 fil-mija 14 fil-mija Naturalment, fil-każ ta' pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea, id-dazju ma japplikax fil-każ ta' prodotti mixtrija mingħand il-pajjiżi l-oħra membri ta' l-istess Unjoni.
Leg 9 PQ #36163 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti ta' l-Ikel

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel li Malta trid iddaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-"Bovine meat products" li qed jiġu mportati fil-mument u li se jkollhom tariffa ta' 88.9% u l-"other meat products" li se jkollhom tariffa ta' 30.9% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li Malta għamlet talba lill-Unjoni Ewropea għal "Speċial Supply Arrangements" rigward l-importazzjoni ta' laħam taċ-ċanga. In-negozjati dwar din il-materja għadhom ma ġewx konklużi. Għaldaqstant, għadu mhux possibbli li wiehed jiddetermina liema tariffi ser jiġu applikati fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti meta Malta issir membru ta' l-Unjoni Ewropea. Rigward id-definizzjoni "other meat products", din hija definizzjoni wiesgħa ħafna li tista' tinkludi bosta tipi ta' laħam bħal, ngħidu aħna, laħam tal-majjal, tal-ħaruf, tat-tiġieġ, tal-fenek u oħrajn.
Leg 9 PQ #36164 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti ta' l-Ikel

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel li Malta trid iddaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti tal-"wheat" li qed jiġu mportati f'pajjiżna fil-preżent u li se jkollhom tariffa ta' 61.4% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li Malta għhamlet talba lill-Unjoni Ewopea għal "Special Supply Arrangements" rigward l-importazzjoni ta' qmuħ. In-negozjati dwar din il-materja għadhom ma ġewx konklużi. Għaldaqstant, mhux possibli li wieħed jiddetermina liema tariffi ser jiġu applikati fuq l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti meta Malta issir membru ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #36165 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Prodotti ta' l-Ikel

Question

B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel li Malta trid iddaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti "Vegetables, fruits, nuts" li qed jiġu mportati fil-mument u li se jkollhom tariffa ta' 14.5% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-definizzjoni "vegetables, fruits, nuts" hija wiesgħa wisq u vasta biex tingħata l-informazzjoni mitluba.

WMSID — Kiri ta' Pick-Up

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-WMSID jikri Mitsubishi pick-up JBA 028? Mingħand min jinkera dan il-pick-up u x'inhi r-rata tal-kirja? Il-kirja tkopri Ħdud u festi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-WMSID m'għandha l-ebda pick up van bin-numru ta' reġistrazzjoni IBA 208.

WMSID — Impjegat

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-grad tal-ħaddiem li jaħdem fi ħdan il-WMSID li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament? Din il-persuna tagħmel xogħol ta' overtime fil-ħdud u jekk fl-affermattiv, x'tip ta' xogħol iwettaq matul dan l-overtime? Kemm hu l-ammont ta' overtime li din il-persuna għamlet minn Ottubru 1998 sal-lum, kull sena separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija jokkupa l-grad ta' Assistant Principal u fil-Ħdud jagħmel xogħol ta' supervision fuq ħaddiema li jaħdmu wara l-ħin normali tax-xogħol. Matul is-sena 1998 tħallas Lm 24.44 overtime 1999 tħallas Lm281.84 overtime 2000 tħallas Lm 90.76 overtime 2001 tħallas Lm651.40 overtime 2002 tħallas Lm967.21 overtime (sal-paga ta' Settembru)
Leg 9 PQ #36337 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Assistant Principals

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk b'segwitu tar-risposta tal-mistoqsija 33028 datata 6 ta' Mejju 2002, fil-fatt inħatrux jew le l-assistant principals b'effett lura minn Novembru 2001 u dan fil-kaz tal-persuni li isimhom qiegħed jintbagħat separatament?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-process biex 68 Ufficjali Ezekuttivi jinhatru Assistenti Principali b’effett minn Novembru, 2001 ghadu ghaddej. 37 minn dawn mistennija jinhatru f’qasir zmien.

Housing

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'gara mill-applikazzjoni għall-housing soċjali tal-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jintbagħtu separatament peress li sal-lum, jigifieri snin wara, il-persuna indikata għadha mingħajr risposta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat illi l-każ qed jiġi kkunsidrat flimkien ma oħrajn li għandu d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Leg 9 PQ #36339 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Attard — Triq ix-Xarolla - Kurrent Elettriku

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fi Triq ix-Xarolla, Attard hemm applikazzjonijiet għal kurrent elettriku minn individwi u xi wħud minn dawn l-applikazzjonijiet ilhom tliet xhur pendenti? Jista' jordna li x-xogħol li għandu jsir in konnessjoni ma' l-applikazzjonijiet pendenti jsir bla aktar dewmien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għandha pendenti applikazzjoni waħda għall-provvista ta' kurrent elettriku għall-proprjeta' fl-imsemmija triq. Din l-applikazzjoni ġiet reġistrata fit-18 ta' Settembru 2002. Ix-xogħol fuq din l-applikazzjoni għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.