Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36443 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Soċjetajiet Kummerċjali Barranin

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 33426, jista' il-Ministru jinforma l-Kamra jekk kienx hemm żvilupp fuq din il-linja u jekk bdietx tinġabar l-informazzjoni rikjesta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għada qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa fil-kuntest sħiħ tat-tibdil li jrid isir fir-regolament tal-Public Procurement in vista tad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #36445 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Facilitator

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser jinstab facilitator għat-tifla ta' 4 snin b'diżabilita' li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li nħatret Supply Kindergarten Assistant (Special Education) biex tieħu ħsieb it-tifla msemmija. Din bdiet ix-xogħol il-bieraħ.

Marsa — Triq is-Sajjieda

Question

Peress li fi Triq is-Sajjieda l-Marsa qed jinġemgħu l-ilmijiet, jista' il-Ministru jgħid tistax titranġa s-sitwazzjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq biex jara l-ilmenti li qed isemmi l-Onor. Interpellant sabiex jistabilixxi x'qed jikkawża li jinġemgħu l-ilmijiet.

Kunsilli Lokali

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36113, jista' il-Ministru jgħid kemm kien jammonta l-ħruġ, sena b'sena, ta' kull kunsill lokali għas-sistema ta' l-infurzar lokali mit-twaqqif tagħha sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li billi l-informazzjoni ghad trid tingabar ir-risposta tinghata f' xi seduta ohra.

Santa Venera — Triq il-Palazz l-Aħmar

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta d-direttorat tat-toroq beħsiebu jibni mill-ġdid Triq il-Palazz l-Aħmar Santa Venera issa li lesta s-surveys u l-pjanti li kien hemm bżonn biex b'hekk isolvi l-problema tal-għargħar ta' l-ilma tax-xita li qed jagħmel ħsara mhux biss il-wiċċ ta' l-istess triq, iżda wkoll lill-proprjeta' privata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed timplimenta programm ta' asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita' isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.
Leg 9 PQ #36456 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali — Tindif

Question

Għalkemm l-għażla tat-tenders dwar tindif pubbliku hija fid-diskuzzjoni assoluta tal-kunsilli lokali, ma jistgħax jinstab mezz kif dawk li ma jkollhomx l-offerti tagħhom milqugħa jistgħu jingħataw sodisfazzjoni dwar il-kriterji li fuqhom tkun saret l-għażla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond il-Proceduri dwar Kunsilli Lokali (Offerti), f' kazi ta' ghoti ta' Offerti, Kunsill Lokali huwa fid-dmir li jippubblika d-decizjonijiet tieghu kif ukoll ir-ragunijiet ghaliex ikun hekk iddecieda. Barra minn hekk, il-Ligi dwar il-Kunsill Lokali taghti lil kull persuna access ghad-dokumenti kollha tal-Kunsill kif ukoll id-dritt li jinghataw kopja.
Leg 9 PQ #36459 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'talbiet għandha l-Enemalta għand l-uffiċjal/i tal-utilities mid-dipartiment tat-toroq (awtorita' tat-trasport) għar-rigward ta' toroq f'Ħaż-Żebbuġ? Liema huma t-toroq f'Ħaż-Żebbuġ li qegħdin jistennew ir-rapport mill-utilities section ta' l-Enemalta? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet? Meta hemm il-ħsieb li r-rapport dettaljat fuq dawn it-toroq jasal għand id-dipartiment tat-toroq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ma għandha l-ebda talba pendenti għal informazzjoni rigward toroq f'Haż-Żebbuġ.
Leg 9 PQ #36469 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enterprise Board

Question

Billi f'intervista f'The Times tal-24.10.02 ic-chairman tal-MFSA qal li l-awtorita' mhux ser tibqa responsabbli għall-promozzjoni tas-servizzi finazjarji, tistax tikkonferma dak li qal l-enterprise board ser ikun responsbbli għal dan, aktar u aktar billi waqt presentazzjoni li saret lill-opposizzjoni dan l-aħħar mill-promoturi tal-Malta enterprise ingħatajna idea kuntrarja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li kemm mill-aspett operattiv kif ukoll fuq livell prattiku, il-Malta Enterprise ser tkun qed tikkoncentra principalment fuq l-integrazzjoni tal-funzjonijiet li fil-prezent huma koperti mill-MDC, il-METCO u l-IPSE. Mistoqsijiet dwar il-funzjoni u l-operat tal-MFSA għandhom isiru lill-Ministru responsabbli għal dik l-entita'.
Leg 9 PQ #36470 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36217: B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 36066, jista' il-Ministru jgħid fejn se jinbnew dawn it-tliet substations? Min huma l-iżviluppaturi f'kull każ? Fiex jikkonsisti l-proġett f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li hemm il-ħsieb li l-Korporazzjoni Enemalta tibni sub-station fil-viċinanzi ta' Triq is-Sibbien kantuniera ma' Triq is-Silla, oħra fi Triq is-Silla ħdejn il-Lukanda Cerviola u oħra fi Triq il-Baħħara. L-iżviluppaturi huma s-Sinjuri Santinu Gauci, Peter Montebello u George Vassallo. Ma nħossx li jkun prudenti li nagħti l-informazzjoni mitluba fit-tielet parti tal-mistoqsija.
Leg 9 PQ #35875 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' jgħid kemm hemm membri tal-korp tal-pulizija sospiżi illum u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

It-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35426 għadha tgħodd, ħlief għal każ ta` kuntistabbli li kien sospiż, u li minn mindu ingħatat dik ir-risposta ġie imkeċċi mill-Korp.
Leg 9 PQ #35876 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Efficiency Bonus

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw flus bħala efficiency bonus lill-membri tal-armata s-sena l-oħra u kif ingħataw?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-ammont ta’ “performance bonus” li nghata lill-ufficjali tal-Forzi Armati s-sena l-ohra kien ta’ Lm8,506.55c0. Dan inghata lill-ufficjali kollha li ghandhom rank ta’ Logutenent Kurunell ‘il fuq, kif ukoll lill-“Assistant Director” (Financial Administration).
Leg 9 PQ #35877 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm mill-flus ivvotati għall-armata s-sena l-oħra baqgħu ma' ntużawx? Għaliex kienu ivvutati dawn?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-vot kollu tal-Forzi Armati ghas-sena 2001 kien jammonta ghal total ta’ LM12,261,000 bhala spiza rikurrenti u Lm400,000 bhala spiza kapitali. Minn dawn ma ntefqux Lm69,663 f’rikurrenti u Lm169,900 f’kapitali. Dan l-ammont ta’ l-ahhar ma ntefaqx minhabba li damu biex waslu il-kontijiet tal-“Microwave link” u hlasijiet li kellhom x’jaqsmu max-Xatt ta’ Haywharf.
Leg 9 PQ #35879 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw flus f'overtime u f'allowances oħra lill-pulizija din is-sena? Kemm hemm flus li għadhom ma tħallsux?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi din is-sena, sa l-aħħar ta` Settembru 2002, l-ammont ta` overtime li tħallas lill-membri tal-Korp tal-Pulizija kien jammonta għal Lm260,059 filwaqt li dak tal-allowances kien ta` Lm1,257,257, filwaqt li f`Ottubru 2002 ser jitħallsu Lm19,010 f`overtime u Lm144,824 f`allowances. Infurmat ukoll illi, peress illi l-ħlas ta` overtime fil-Korp isir b`xahrejn lura, l-ammont li irid jitħallas għal xogħol li sar f`Settembru ma jistax jingħata għaliex ir-returns għadhom qed jinġabru.
Leg 9 PQ #35880 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Lands Department

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandhom jitħallsu flus f'arretrati wara xiri ta' proprjeta mid-dipartiment illum u kemm ilhom ma jitħallsu?

Response (BORG, TONIO)

Kull meta id-Dipartiment tal-Artijiet jagħmel kuntratt ta` xiri, il-flus jitħallsu mal-kuntratt. Għaldaqstant ma jeżistux arretrati għal proprjeta` li ġiet mixtrija b`kuntratt.
Leg 9 PQ #36040 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni Fiżika — Gradwazzjoni fil-B.Ed.

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm iggradwaw mill-kors tal-B.Ed. fl-edukazzjoni fiżika din is-sena? Kemm minnhom ġew impjegati fuq bażi full jew part-time mal-gvern, ma' l-iskejjel tal-knisja jew ma' l-iskejjel indipendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'Novembru li ġej mistennija jigradwaw 20 student bil-B.Ed (Hons) li għandhom l-Edukazzjoni Fiżika bħala suġġett ta' speċjalizzazzjoni. Informat ukoll li ma' l-iskejjel ta' l-Istat ġew imjegati 4 fl-iskejjel sekondarji biex jgħallmu l-edukazzjoni fiżika, u 2 fl-iskejjel primarji. Ġew impjegati wkoll 7 biex jgħamlu xogħol ta' Activity Teachers ta' l-Edukazzjoni Fiżika. Dawk li ġew impjegati ma' l-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti huwa hekk: Skejjel tal-Knisja - 2 (full-time) Skejjel Indipendenti - nil
Leg 9 PQ #36041 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqda Sportiva — Coaches Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemm xi coaches barranin li qegħdin Malta jgħinu lil xi għaqda sportiva li għandhom permess jaħdmu fi skejjel f'Malta jew Għawdex? Jekk hemm, jista' jgħid f'liema skejjel qegħdin u xi sport qegħdin jgħallmu?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista tal-coaches affiljati ma' Clubs u Assoċjazzjonijiet Maltin fl-2000, 2001, 2002, li għandhom permess mill-Expatriate Division fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jaħdmu hawn Malta, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li bħal issa m'hemmx 'coaches' barranin fl-Iskejjel Statali, la f'Malta u anqas f'Għawdex. Filwaqt li fl-iskejjel Privati hemm 2 coaches barranin li qegħdin jaħdmu fl-iskejjel Indipendenti kif ukoll qegħdin f'xi għaqda sportiv. Dawn qegħdin f'dawn l-iskejjel Indipendenti u għandhom permess biex jaħdmu. Skejjel Indipendenti Jgħallmu St Michael's Foundation Edukazzjoni Fiżika Verdala International Edukazzjoni Fiżika
Leg 9 PQ #36043 Sitting 805 2002-10-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Studenti Full-Time

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 35598, jista' il-Ministru jgħid għal kull istitut kemm applikaw studenti biex jibdew kors full-time mal-MCAST? Jista' jgħid kemm ġew aċċettati studenti minn kull istitut?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista ta' dawk li applikaw biex jibdew kors full-time ma' l-MCAST u dawk li ġew aċċettati qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qorti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti b'akkużi dwar drogi matul din is-sena? X'kienu l-gravita' ta' l-akkużi fil-każi differenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li n-numru ta` persuni li tressqu l-qorti b`akkuzi dwar drogi matul din is-sena sa l-10 ta` Ottubru, 2002, hu kif ġej: 21 kumpilazzjonijiet 330 sommarji Id-differenza tal-gravita` hi li kumpilazzjonijiet ikunu każi fejn l-akkuza tkun dwar traffikar filwaqt li sommarji jkunu kazi fejn l-akkuza tkun dwar pussess/uzu personali.