Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 35633 cioe' jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita', subien u bniet separatament, li jattendu l-iskejjel speċjali li huma ta' eta' anqas minn 11-il sena, bejn 12 u 16-il sena u 16-il sena 'l fuq?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' tfal b'diżabilita`, subien u bniet separatament, li jattendu l-iskejjel speċjali huwa kif se nsemmi:
Taħt 11-il sena Bejn 12 u 16-il sena 16-il sena 'l fuq
Subien Bniet Subien Bniet Subien Bniet
18 13 114 49 39 14
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 35632 cioe' jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita', subien u bniet separatament, li jużaw is-servizzi fi ħdan in-national support centre (intervenzjoni bikrija, Chronically ill students, Tagħlim fl-isptar), li huma bejn 0 - sentejn, 3 - 5 snin, 6 - 11-il sena, 12 - 16-il sena u minn 16-il sena 'l fuq?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' tfal b'diżabilita` subien u bniet separatament, li jużaw is-servizz fi ħdan in-national support center huwa kif se nsemmi:
Servizz Taħt 11-il sena Bejn 12 u 16-il sena 16-il sena 'l fuq
Subien Bniet Subien Bniet Subien Bniet
Early 236 132 -- -- -- --
Intervention
Chronically III 7 6 18 9 -- --
Hospital Classes 220 260 180 210 11 9
Music Therapy 15 10 35 43 -- --
Y.P.U. 2 1 6 10 1 --
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 35990, cioe' jgħid liema toroq fit-Tieni Distrett se jingħataw it-tarmak sa l-aħħar ta' din is-sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35990.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36187, jista' jgħid x'inhu l-ammont li ntnefaq fuq il-bini tat-toroq mill-1 ta' Ottubru, 1998 sal-lum, kull sena separatament? Jista' jagħti d-dettalji dwar in-nefqa li saret f'kull triq, inkluż l-isem tat-triq u l-lokalita`?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35613, jista' jgħid tistax tiddawwal il-parking area għad-dipartiment CDAU fi triq Zammit Clapp, Pieta`?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li saret id-devoluzzjoni tad-dawl tat-toroq, huwa l-Kunsill Lokali tal-Pieta li għandu jikkunsidra din it-talba.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-uffiċċjali tal-gvern li ġew maħtura bħala assistant director wara l-aħħar sejħa maħruġa permezz ta' OPM circular 125/2001?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' vapuri, u x'inhu t-tunellaġġ gross tagħhom, li huma reġistrati taħt il-bandiera Maltija? Kemm jidħlu flus minn dawn ir-reġistrazzjonijiet u xi stima hemm tal-multiplier effect li għandhom fuq Malta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li sa l-aħħar ta' Settembru 2002, 3143 bastiment b'tunellaġġ gross totali ta' 27,064,333 kienu reġistrati taħt l-Att Dwar il-Bastimenti Merkantili. Matul il-perjodu 1 ta' Ottubru 2001 u 30 ta' Settembru 2002, l-Awtorita' Martittima ta' Malta daħħlet iktar minn Lm2.67 miljun bħala drittijiet ta' reġistrazzjoni. Huwa ferm diffiċli biex jiġi kkalkulat il-'multiplier effect' li din l-attivita' għandha fuq l-ekonomija Maltija, iżda żgur li dan huwa wieħed konsiderevoli.
B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 35616, jista' il-Ministru jgħid liema sillabu fil-ħames suġġetti differenti se jintuża fl-eżamijiet għall-junior lyceum/common entrance li jmiss? Dan is-sillabu nbidel f'dawn l-aħħar snin? Jekk iva, meta u kif, suġġett, suġġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Ix-xogħol ta' żvilupp fis-sillabi għas-settur primarju hu xogħol kontinwu li qed isir fid-dawl tal-Kurrikulu Nazzjonali.
B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija parlamentari 36208, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' kera li qiegħed jitħallas mill-aġenzija Appoġġ? Kemm hu stmat il-valur tax-xogħol li qiegħed isir fl-istess blokk? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-kera?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-nefqa kurrenti fuq il-kera ta' l-uffiċini kollha ta' l-Aġenzija Appoġġ hi Lm28,240 fis-sena. Il-kera tal-blokk il-ġdid ser tkun ta' Lm9,840 għall-ewwel sena u Lm19,680 għall-erba' snin ta' wara. Wara dan il-perijodu il-kera tiżdied kull tlett snin.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-ministeru dwar ċerti skejjel privati li ġieli jqabbdu nies temporanjament fuq xogħol amministrativ mingħajr ma qed jingħataw kuntratt ta' definite contract workers? Xi tkun il-pożizzjoni tagħhom quddiem il-liġi?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' ħaddiema li jagħmlu xogħol amministrattiv fl-iskejjel privati jaqgħu taħt il-kompetenza tal-liġi li tirregola l-kondizzjonijiet ta' impjieg.
Billi l-ħaddiema tal-Holiday Inn xi żmien ilu ngħataw x'jifhmu li jista' ma jkunx hemm bżonnhom wara Ġunju li għadda, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-qagħda attwali ta' dawn il-ħaddiema?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li wara l-avvenimenti traġiċi tal-11 ta' Settembru 2001, l-industrija ta' l-ajru u tat-turiżmu kienet ħadet daqqa ta' ħarta. Biex tegħleb dawn il-problemi, il-Grupp Air Malta, li minnu tifforma parti il-Crown Plaza Hotel, ħa numru ta' deċiżjonijiet biex tissaħħaħ il-qagħda tal-Kumpanija. Dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu wara diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal-ħaddiema.
Il-Kumpanija kienet wegħdet li dawn il-miżuri jiġu riveduti wara Ġunju ta' din is-sena skond il-qagħda ekonomika kemm tal-Grupp kif ukoll ta' l-industrija in ġenerali.
Għalkemm kif jaf l-Onorevoli Interpellant il-qagħda ekonomika għadha ma irpiljatx, nistgħu ngħidu li l-Grupp kien għeleb id-diffikultajiet imminenti li kienu jeżistu fil-bidu tas-sena. Għaldaqstant, dawk il-miżuri li kienu ittieħdu ġew miżmuma b'effett minn Lulju 2002.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 33872, jista' il-Ministru jinforma l-Kamra jekk hemmx żviluppi rigward in-niċeċ ta' Triq Rinella, Kalkara?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li sa llum għad ma hemmx żviluppi ġodda rigward in-niċeċ ta' Triq Rinella, Kalkara, u dan minħabba li t-Taqsima tar-Restawr hi preżentament impenjata bi programm estensiv ta' xogħol.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk saritx xi talba mill-kuntrattur privat Eureka Services Ltd. biex jgħolli l-ħlas għas-servizzi/riċerki li jipprovdi lill-gvern? F'każ fl-affermattiv, jista' il-Ministru jgħid minn meta intalbet iż-żieda u jekk din ġietx aċċettata?
Response (BORG, TONIO)
Il-ħlas għas-servizzi/riċerki dovut lill-kuntrattur huwa stabbilit fil-ftehim li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f`Ottubru 1999.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 34627, jista' il-Ministru jinforma l-Kamra jekk ix-xogħol li għandu jsir sabiex jneħħi l-inkonvenjent sarx jew le u jekk le x'qiegħed iżomm biex dan isir?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li għal dawn l-aħħar xhur il-Korporazzjoni għas-Serviżżi ta' l-Ilma għamlet tiftix għal ħsarat fit-toroq imsemmija u kemm il-darba sewwiet ħsarat fil-mains ta' l-ilma.
Il-Korporazzjoni bħalissa qed tiddiskuti mal-Kunsill Lokali tal-Birgu u mal-Gvern ċentrali biex isir xogħol ta' dbil tal-mains u s-servizzi ta' l-ilma f'dawn it-toroq peress li jinsabu fi stat ħażin ħafna, tant li jkunu jirrikjedu tiswijiet ta' sikwit.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallset il-kumpannija Eureka Services Ltd mid-dipartiment tar-reġistru pubbliku għal xogħol ta' riċerka minn Jannar sa Settembru 2002? Jista' jgħid kemm daħħal id-dipartiment tar-reġistru pubbliku għall-ħlas ta' riċerki fl-istess perijodu?
Response (BORG, TONIO)
L-ammont imħallas lill-kumpanija Eureka Services Ltd għas-servizzi kollha relatati mar-riċerki inkluż xogħol konness, bħal ngħidu aħna l-indiċjar tan-noti, kien ta` Lm473,752.
Għall-ħlas ta` riċerki fl-istess perijodu d-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku daħħal is-somma ta` Lm518,156.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 32849, jista' il-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba kienx hemm żviluppi posittivi għar-rigward din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat illi meta ngħatat ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32849 ma sarx aktar żvilupp f'din it-triq u għalhekk il-pożizzjoni għadha dik indikata fil-Mistoqsija Parlamentari numru 30891.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ħallset il-kumpannija Eureka Services Ltd. lid-dipartiment tar-reġistru pubbliku minn Ottubru 1999 sal-lum skond il-ftehim iffirmat bejn il-gvern u l-istess kumpannija? Kemm minn dawn il-ħlasijiet kienu in kind? X'inhu l-ħlas li l-istess kumpannija għad fadlilha tagħti lill-istess dipartiment skond l-istess ftehim? Jista' jgħid kemm daħħal id-dipartiment tar-reġistru pubbliku għall-ħlas ta' riċerki fl-istess perijodu?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 31719. Nixtieq inżid li l-istandby generator issa nxtara u x-xogħol konness ma` sistema ġdida li permezz tagħha l-klijenti ngħataw faċilitajiet addizzjonali issa sar.
Ninsab infurmat li l-Kumpanija Eureka Services Limited ma baqagħaliex x`tagħti lid-Dipartiment.
Nixtieq ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlas li rċieva d-Dipartiment għall-perijodu Ottubru 1999 sa Settembru 2002 kien ta` Lm1,152,933.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 33061, jista' il-Ministru jinforma l-Kamra x'xogħol sar sal-15 ta' Ottubru 2002 fuq il-Kapella tas-Salvatur Kalkara?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-proġett tal-Knisja tas-Salvatur, Kalkara, qed jimxi skond ma hu ppjanat. S'issa tlestiet il-kopla tal-knisja skond il-mod tradizzjonali kif kien isir dan ix-xogħol, bid-deffun. Fix-xhur li ġejjin ser jitkompla x-xogħol fuq il-faċċata u fuq ġewwa tal-knisja.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 33336, jista' il-Ministru jinforma l-Kamra jekk xogħol li kellu jsir ġewwa Triq Dwardu Ellul, Xgħajra huwiex fil-fażi li jsir billi jidher li għadu ma sarx?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li kienu ġew magħluqa xi manholes biex jiġi evitat abbuż ta' tbattil illegali fi Triq Dwardu Ellul, Xgħajra u b'hekk ma titlax riħa minnhom. Il-manholes li baqa' issa ġew issiġillati biex ma toħroġx riħa minnhom u dawn ser jinbidlu meta jsir il-main il-ġdid.