Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti b'diżabilita' fl-istituti tal-MCAST?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti b'diżabilita` fl-istituti ta' l-MCAST hu kif ġej:
L-Istitut ta' l-Inġinerija Elettronika 3
L-Istitut ta' l-Inġinerija tal-Bini u l-Kostruzzjoni 2
L-Istitut tat-Teknoloġija ta' l-Informatika u l- 5
Komunikazzjoni
L-Istitut tan-Negozju u l-Kummerċ 5
L-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn 2
L-Istitut Marittimu 0
Iċ-Ċentru ta' l-MCAST f'Għawdex 0
Total 17
Jista' il-Ministru jgħid x'qed tistenna l-awtorita' ta' l-ippjanar biex toħroġ il-permessi meħtieġa għal bus shelter ħdejn il-Belleview kif applika l-kunsill lokali tal-Mellieħa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fis-17 ta` Ottubru 2002, l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġiet imressqa quddiem il-Kummissjoni għal-Kontroll ta` l-Iżvilupp u ġiet approvata.
Il-permess relattiv ser jinħareġ din il-ġimgħa.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet meħtieġa biex id-djar fi Triq Sir Arthur Barton fil-Mosta jiġu konnessi mas-sistema tad-drenaġġ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet għandhom jitkomplew hekk kif jinħarġu l-permessi kollha mill-MEPA. Il-kuntrattur diġa' nfurmat b'dan u ser ikompli dalwaqt.
Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir it-Triq Sir Arthur Barton fil-Mosta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Ministeri għas-Servizzi Ekonomiċi qegħdin jagħmlu l-preparamenti biex it-triq msemmija mill-Onor. Interpellant tiġi asfaltata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm irziezet tat-trobbija tat-tiġieġ li għandhom permess joperaw bħalissa? Kemm hemm irziezet tat-tiġieġ li ġew magħluqa matul din is-sena għax kisru r-regolamenti rilevanti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li n-numru ta' rziezet għat-trobbija tat-tiġieġ li għandhom liċenzja hu 332. Matul din is-sena l-ebda razzet ma ngħalaq imma bħalissa għaddejja nvestigazzjoni dwar razzett.
Politika Soċjali — Kuntratti lill-Kumpanniji u Periti Privati
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum jekk ingħatawx kuntratti jew xi xogħlijiet oħra lill-periti jew kumpannija ta' periti privati fid-dekasteru tiegħu? X'kienu dawn ix-xogħlijiet jew kuntratti u kemm jiswew kull wieħed? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew le?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba. Iżda jekk l-Onor. Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikulari, nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.
Saħħa — Kuntratti lill-Kumpanniji u Periti Privati
Question
Jista' il-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum jekk ingħatawx kuntratti jew xi xogħlijiet oħra lill-periti jew kumpannija ta' periti privati fid-dekasteru tiegħu? X'kienu dawn ix-xogħlijiet jew kuntratti u kemm jiswew kull wieħed? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew le?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba. Iżda, jekk l-Onor. Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikulari, nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.
Għawdex — Kuntratti lill-Kumpanniji u Periti Privati
Question
Tista' il-Ministru tgħid minn Settembru 1998 sal-lum jekk ingħatawx kuntratti jew xi xogħlijiet oħra lill-periti jew kumpannija ta' periti privati fid-dekasteru tagħha? X'kienu dawn ix-xogħlijiet jew kuntratti u kemm jiswew kull wieħed? Tista' tgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew le?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba. Iżda, jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikolari, nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.
Agrikoltura u Sajd — Kuntratti lill-Kumpanniji u Periti Privati
Question
Jista' il-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum jekk ingħatawx kuntratti jew xi xogħlijiet oħra lill-periti jew kumpannija ta' periti privati fid-dekasteru tiegħu? X'kienu dawn ix-xogħlijiet jew kuntratti u kemm jiswew kull wieħed? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew le?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba. Iżda, jekk l-Onor. Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikulari, nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.
Ġustizzja u Gvern Lokali — Kuntratti lill-Kumpanniji u Periti Privati
Question
Jista' il-Ministru jgħid minn Settembru 1998 sal-lum jekk ingħatawx kuntratti jew xi xogħlijiet oħra lill-periti jew kumpannija ta' periti privati fid-dekasteru tiegħu? X'kienu dawn ix-xogħlijiet jew kuntratti u kemm jiswew kull wieħed? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa għall-offerti jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma narax il-ħtieġa li tinġabar l-informazzjoni dettaljata mitluba. Iżda, jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikulari, nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.
B'riferenza għat-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 796 dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel li Malta trid iddaħħal sabiex tkun konformi mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jinformana liema huma l-prodotti tal-"Vegetable oils and fats" li qed jiġu mportati fil-mument u li se jkollhom tariffa ta' 11.4% wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li d-definizzjoni "vegetable oil and fats" hija waħda wiesgħa. Din tinkludi diversi gruppi ta' prodotti li għandhom tariffi differenti. Meta wieħed iħares lejn l-importazzjoni attwali minn Malta isib li dan li ġej huwa l-grupp ta' prodotti li jidher li huwa l-aktar rilevanti.
Il-lista' ta' hawn taħt turi l-medja tad-dazju applikat mill-unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni tal-prodott ikonċernat mill-pajjiżi terzi li Malta tipikament timporta minn għandhom bħalissa imqabbla mad-dazju impost bħalissa minn Malta fuq l-importazzzjoni ta' dawn il-prodotti, mill-istess pajjizi:
Tariffa fil-pajjżi Dazju attwali
Familja ta' prodotti ta' l-U.E. f' Malta
Sunflower oil 9.6 fil-mija Lm0.04/litru
Soya bean oil 9.6 fil-mija Lm0.04/litru
Margarine 8.3 fil-mija u 5 fil-mija u
28.4 Eur/kg Lm0.25/kg
Naturalment fil-każ ta' pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea, id-dazju ma japplikax fil-każ ta' prodotti mixtrija mingħand il-pajjiżi l-oħra membri ta' l-istess Unjoni.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35799 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u cioe', jista' jgħid kif kien ġie kkalkolat il-prezz għall-privatizzazzjoni tal-Medserv li l-konvenju tiegħu kien sar ftit qabel l-elezzjoni ta' l-1996? X'passi ttieħdu wara li rriżulta li l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ikkonċernat ma ġewx osservati?
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35461, li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru, u jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ħaddiema, diretturi u konsulenti fl-MDD u fil-Marsa Shipbuilding fil-preżent separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment tas-Saħħa/Xogħlijiet Pubbliċi — Għawdex
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm ingħataw promozzjonijiet lill-ħaddiema fid-dipartimenti tas-saħħa u tax-xogħlijiet pubbliċi f'Għawdex matul din is-sena? F'liema gradi u kemm huma nisa u kemm irġiel? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għas-snin 1999, 2000, 2001 separatament?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ma narax ilħtieġa li tinġabar linformazzjoni dettaljata mitluba. Iżda jekk lOnor Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikolari nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.
Peress li t-tweġiba li qed jagħtina għar-risposta 35466 dwar Triq Caravaggio, il-Għargħur tmur lura għall-2000, jista' il-Ministru jinformani x'sar matul dawn l-aħħar snin sabiex l-intoppi li hemm jingħelbu minħabba l-inkonvenjenza għar-residenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li d-Direttorat tat-Toroq ħa passi biex il-propjeta' privata li hemm tiblokka il-ftuħ ta' Triq Caravaggio tinxtara mill-Gvern, ħalli t-triq tinfetaħ.
Fil-mument id-Direttorat tat-Toroq qed jistenna li jsir il-kuntratt ta' xiri min-naħa tal-Kummissarju ta' l-Artijiet.
Nispera li l-Onor. Interpellant jiftakar li kull proċess jieħu ż-żmien u li hemm proċeduri li jridu jiġu segwiti f'sitwazzjonijiet bħal dawn.
Jista' il-Ministru jinfurmani x'użu għandu l-fond fi Triq San Gwann, il-Mgħatab (li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament) peress li jinsab fi stat abbandunat u jirriżulta li huwa proprjeta' ta' l-Istat?
Response (BORG, TONIO)
Peress li ma setgħetx tkun identifikata l-proprjeta` msemmija, la mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern u lanqas mill-Uffiċċju Konġunt, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindika fuq site plan il-fond li qed jirreferi għalih.
B'riferenza għall-mistoqsija 35462, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kif se taffetwa l-pensjonanti u l-familji ta' dħul baxx u medja l-għoli tal-prezzijiet tal-prodotti tal-laħam aħmar li ġabet din il-forma ta' levy (Gatt licence) wara sħubija ta' Malta fl-UE?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif jaf l-Onor. Interepllant iż-żieda fl-għoli tal-ħajja li tingħata kull sena tkun ibbażata fuq it-tibdil ta' l-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut li jipprovdi l-miżura uffiċjali ta' l-inflazzjoni.
Għalhekk, żidiet fil-prezzijiet ta' prodotti, tkun xi tkun ir-raġuni, jittieħdu in konsiderazzjoni biex jiġi determinat l-ammont ta' żieda għall-għoli tal-ħajja li jingħata.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu salarju u xi fringe benefits hemm marbuta, id-direttur tad-direttorat għall-ħarsien ta' l-ambjent tal-MEPA?
Kemm hu previst li jkun is-salarju u xi fringe benefits hemm marbuta maż-żewġ karigi oħra li ħarġu l-applikazzjonijiet tagħhom fosthom id-direttur ġenerali tal-MEPA u l-assistent direttur tal-biodiversity?
Kemm huma s-salarji individwali u l-fringe benefits li għandhom is-Sur Matthew Gatt, iċ-chairman u s-segretarju tal-bord tal-MEPA minn mindu saret il-merger?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 35634 cioe jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita' li jattendu skejjel ta' l-istat (regolari u opportunity), skejjel tal-knisja u skejjel indipendenti? Jista' jgħid kemm hemm minn dawn l-istudenti, subien u bniet separatament, li jattendu f'Year 1 - 3, Year 4 - 6, Form 1 - 3 u Form 4 - 5? Kemm minn dawn it-tfal għandhom facilitator magħhom?