Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38557 Sitting 870 2003-02-12 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Flooding

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir bankina fuq in-naħa tar-residenzi San Josetto u Unicorn f'Misraħ il-Barrieri, Msida minħabba l-flooding li spiss jiġi kkawżat fid-djar kull meta jkun il-maltemp?

Response (GATT, AUSTIN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

ETC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-ETC tikkunsidra għall-xogħol adegwat lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li jinsab jirreġistra għax-xogħol.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata ser tiġi intervistata mill-uffiċjal tal-Korporazzjoni. F'din l-intervista wieħed jkun jista' jiddiskuti l-prospetti t'impjiegi u diversi dettalji oħra.
Leg 9 PQ #38559 Sitting 870 2003-02-12 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Take-Away

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-Pulizija fil-konfront tan-negozju take-away li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament billi qiegħed jibqa' miftuħ issajjar u jservi klijenti sas-1.30am speċjalment fil-weekends? Jista' l-Ministru jassigura li dan l-abbuż ma jissuktax? Jista' l-Ministru jara li jintervjeni d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili billi ċ-ċilindri tal-gass fl-imsemmi stabbiliment ġew impoġġija proprju taħt il-grill tal-cooker u huma ta' periklu għall-ġirien fl-inħawi.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed taghmel spezzjonijiet regolarment fil-hanut imsemmi sabiex ma jkunx hemm inkonvenjent. S'issa qatt ma rrizulta illi dan il-hanut kien miftuh fil-hin imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Ninsab infurmat ukoll illi saret spezzjoni fuq il-post nhar is-Sibt, 8 ta' Frar, 2003 fis-6.45p.m. minn membri tal-Protezzjoni Civili. Fuq il-post instab cilindru tal-gass ta' 12-15kg vicin l-entratura ghall-parti tal-kcina, mhux taht il-grill tal-cooker. Dan ic-cilindru jintuza sabiex ihaddem grill wahda ghax il-kumplament tal-makkinarju li jintuza ghat-tisjir jahdem bl-elettriku.
Leg 9 PQ #38560 Sitting 870 2003-02-12 Oral · Interim From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Liġi tas-Sanita`

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li n-negozju li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament m'għandux shaft skond il-Liġi tas-Sanita`? Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ċumnija Mhux Għolja Biżżejjed

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi se jittieħdu fil-konfront tan-negozju li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament billi ċ-ċumnija tal-ħanut mhux għolja biżżejjed u meta ddaħħan, qegħda tikkaġuna foga u nkonvenjent lill-ġirien ta' l-inħawi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tieghu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #38562 Sitting 870 2003-02-12 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ċilindri tal-Gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jittieħdu fil-konfront tan-negozju li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament billi qiegħed iżomm ċ-ċilindru tal-gass taħt il-grill tal-cooker b'periklu kbir għall-ġirien fl-inħawi?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tagħmel l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #38563 Sitting 870 2003-02-12 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

B'riferenza għat-tweġiba parlamentari 34225, seduta nru. 760 ta' l-24.06.2002, jista' l-Ministru mingħajr ma jagħti dettalji b'ismijiet, jelenka: 1) x'investigazzjonijiet saru dwar il-każi għas-snin u l-ammonti msemmija; 2) jekk ittieħdux xi passi dixxiplinarji f'kull każ 3) jekk ittieħdux passi, x'kien l-eżitu ta' kull każ fir-rigward tal-persuna jew persuni involuti Jiena gentilment nitlob li tinżamm l-anonimita tal-persuna/persuni f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 34225.
Leg 9 PQ #38564 Sitting 870 2003-02-12 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Possibli li l-Enemalta tara li l-kuntrattur li tqabbad minnha biex jibda xogħol fuq is-substation fi Triq is-Suq, Zejtun f'Lulju li għadda u kellu jieqaf wara li twaqqaf mill-Kunsill Lokali, jnaddaf ix-xaħx u ħmieġ ieħor li ħalla warajh fil-post u li qed iħammeġ it-triq? Possibli li l-Enemalta tieħu passi immedjati biex minnufih tagħti jew tibni ilqugħ madwar ħofra kbira li għamlet fl-istess triq fejn kienet ġejja is-substation qabel jaqa' xi ħadd għax kif inhi hi ferm perikoluża?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Membru ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba li ilha pendenti snin twal biex fi Triq tal-Barrani, Zejtun, in-naħa ta' Bir id-Deheb, jitkompla id-drenaġġ għax din il-parti minkejja li hemm diversi residenti għadha bla servizz ta' drenaġġ? Billi dawn il-familji ilhom snin twal jitolbu biex jitkompla id-drenaġġ, possibbli ningħata informazzjoni fejn waslet din it-talba u meta hu maħsub li jsir?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #38249 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni tax-xorb, juices

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuql-importazzjoni tax-xorb u juices? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866.
Leg 9 PQ #38250 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni tat-tabakk

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuq l-importazzjoni tat-tabakk? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866.
Leg 9 PQ #38251 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' annimali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuq l-importazzjoni ta' annimali? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866.
Leg 9 PQ #38252 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' ġobnijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38112, jista' il-Ministru jinfurmani ma' liema pajjiżi Malta wara sħubija sħiħa fl-UE se tkun eżentata milli tħallas it-tariffi, dazji u/jew il-kwoti fuq l-importazzjoni ta' ġobnijiet, cheddar, edams? Kemm fil-fatt hija t-tariffa, dazju u kemm hija l-kwota li se tkun imposta fuq il-poplu u l-industrija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38236 waqt is-Seduta numru 866.
Leg 9 PQ #38274 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Importazzjoni ta' prodotti ta' materja prima

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 38118 u anke għall-fatt li meta waqt il-ħin tal-mistoqsijiet jien ikkwotajt nformazzjoni mill-website relattiva, il-Ministru beda jgħid li t-tariffi eċċ li bdejt nikkwota jien huma esaġerati, jew li m'humiex vera, jista' il-Ministru jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tariffa korretta?

Response (ZAMMIT, NINU)

M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba tiegħi mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Leg 9 PQ #38275 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Importazzjoni ta' prodotti ta' ikel

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 38119 u anke għall-fatt li meta waqt il-ħin tal-mistoqsijiet jien ikkwotajt nformazzjoni mill-website relattiva, il-Ministru beda jgħid li t-tariffi eċċ li bdejt nikkwota jien huma esaġerati, jew li m'humiex vera, jista' il-Ministru jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tariffa korretta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38274.
Leg 9 PQ #38452 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Meusac — Tqassim ta' dokument

Question

Jista' il-Ministru jispjega aktar fiċ-ċar jew jiżvela dak li jinstab fid-dokument li tqassam lill-membri tal-Meusac, sabiex ġew stabiliti l-kwoti ta' emissjonijiet taħt dawl li fir-regolamenti huma msejħa bħala national emission ceilings? Peress li fl-istess dokument, il-Gvern iddikjara li s-sena l-oħra kien qabbad konsulenti sabiex ilestu l-pjanijiet li juru kif Malta ser tasal għal dawn it-traġitti fl-2010, jista' il-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li qegħdin jagħmlu dan l-istudju? Kemm ser jitħallsu? Kif ġew inkarigati? Direttament jew b'xi call for tenders? Tlesta dan l-istudju? Jsita' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Meta bi ħsieba Malta tirratifika il-Gotenburg Protocol?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Membru jispeċifika aktar għal liema dokument qiegħed jirreferi. Ninsab infurmat illi x-xogħol fuq xi evaluwazzjoni ta` national emission ceilings sas-sena 2010 ser jibda din is-sena wara li l-konsulenti jiġu magħżula skond proċeduri eżistenti. Il-Gothenburg protocol hija waħda mill-Protocols li taqa` taħt il-UN/ECE Long Range Transboundary Air Pollution Convention. Il-protocols ta` din il-Konvenzjoni qed jiġu ratifikati wieħed wara l-ieħor. Din il-protocol partikolari ser tiġi ratifikata b`dan il-proċess ukoll.

Ilma — Nitrati u Salinita

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru testijiet fuq ilma ħiereġ minn vitin u sorsi tal-ilma potabbli fi djar abiitabbli dawn l-aħħar 4 snin u minn meta twaqqfet l-Awtorita' tar-Rożorsi? Kemm kienu l-għola livelli ta' nitrati u salinita u liema lokalitajiet kienu l-aktar miltuqa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Leg 9 PQ #38454 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Laqgħat tal-Kumitati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba iltaqgħu sa ssa l-IPPC Committee, il-Biosaftey Committee u l-Chemicals Coordinating Committee? Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-minuti ta' dawn il-laqgħat inkluż ir-rekmandazzjonijiet kollha?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-IPPC Committee ltaqa` darbtejn. Dan il-Kumitat huwa wieħed konsultattiv u ma jidhirlix li għandi npoġġi kopja tal-minuti tal-laqgħat. Il-Biosafety Coordinating Committee u l-Chemicals Coordinating Committee huma fil-fazi li jigu ffurmati.
Leg 9 PQ #38455 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga u jagħti r-raġunijiet għala hemm diversi uffiċjali tal-ex dipartiment għall-Ħarsien tal-Ambjent li jixtiequ li jitilqu mill-MEPA? Kien hemm interess minn naħa tal-Ministeru tiegħu biex jinvestigaw jekk kienx hemm xi diskriminazzjonijiet għal-favur x'uħud minn dawn l-uffiċjali? Meta ser jintlaħaq il-fteħim bejn il-MEPA u l-UHM sabiex jingħata l-aħħar pakkett liema negozjati issa ilhom li bdew minn Diċembru 2001? Veru li filwaqt li mpjegati tal-MEPA li għadhom kif ġew ingaġġati diġa ħadu il-fringe benefits u l-effiċiency bonus waqt li uffiċjali tal-ex Dipartiment għall-Ħarsien tal-Ambjent li kienu qegħdin jagħtu xogħolhom ma ingħataw xejn minn dan? Kemm kien hemm uffiċjali tal- ex Dipartiment għall-Ħarsien tal-Ambjent li xorta bbenifikaw minn dawn il-fringe benefits inklużi karozzi tal-kiri u min kienu dawn l-uffuċjali? Għaliex ma ngħatawx lill-impjegati oħrajn ukoll?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm numru ta` uffiċjali tal-ex dipartiment għall-Ħarsien tal-Ambjent li esprimew ix-xewqa li jibqgħu maċ-ċivil. Ma jidhirx li dawn l-impjegati ħadu din il-pożizzjoni minħabba xi diskriminazzjoni fil-konfront tagħhom. Jidher li għad hemm xi punti li l-UHM iridu jiċċaraw fuq il-ftehim kollettiv, kif ukoll fuq l-assimilazzjoni ta` uffiċjali tal-ex dipartiment għall-Ħarsien tal-Ambjent. Il-kundizzjonijiet ta` impjieg li jgawdu l-impjegati ingaġġati mal-MEPA huma differenti minn dawk ta` impjegati maċ-ċivil. Sakemm l-offerta ta` impjieg mal-Awtorita` tiġi aċċettata, l-uffiċjal tal-ex Dipartiment għall-Ħarsien tal-Ambjent jibqgħu taħt il-provvedimenti ta` impjieg maċ-ċivil. L-Awtorita` ma allokatx fringe benefits inklużi karozzi tal-kiri lil impjegati li ma kienux jibbenefikaw minn dawn l-istess provvedimenti fid-Dipartiment tal-Ambjent.
Leg 9 PQ #38456 Sitting 869 2003-02-11 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Impjegati/Taħriġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm fid-Direttorat għal-Ħarsien tal-Ambjent fil-MEPA impjega nies klerikali sa issa? Jsita' jagħti breakdown u figuri ta' kemm issa hemm uffiċjali ambjentali, spetturi ambjentali u skrivani fi ħdan dan id-direttorat? Beda xi forma ta' taħriġ għal dawn in-nies? Meta bi ħsiebu jibda it-Twinning Project li kellu jibda f'Ottubru 2002? Għaliex ma bediex u ma twettaqx dan il-proġett? Min fil-MEPA kien responsabbli? Kien hemm rapportati xi każ ta' mismanagment?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat kif ġej:- Il-MEPA allokat sitt impjegati klerikali mad-Direttorat għall-Ħarsien ta` l-Ambjent . Fid-Direttorat ta` l-Ambjent hemm sitta u tletin uffiċjal, għoxrin spettur ambjentali u tnax-il uffiċjali klerikali. L-impjegati ġodda ġew assenjati ma` impjegati oħra sabiex jibda proċess ta` skills transfer u taħriġ informali. Taħriġ formali huwa ppjanat li jsir bħala parti mit-Twinning Project u proġetti oħra fix-xhur li ġejjin. It-Twinning Project ġie ffirmat f`Jannar u ħa jibda fi Frar. Bejn Ottubru u Diċembru il-firmatarji tal-proġett irrevedew id-draft u ċċirkolaw id-dokumenti għall-firem u l-approvazzjoni finali mill-UE. M`hemm l-ebda rapport ta` mismanagement f`dan ir-rigward.