Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36130 Sitting 808 2002-10-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sliema — Skola Primarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'arranġamenti qed isiru biex it-tifla b'diżabilita' li isimha qed jintbagħtu separatament tingħata l-għajnuna meħtieġa għall-edukazzjoni tagħha fl-iskola primarja ta' Tas-Sliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li nħatret Supply Kindergarten Assistant (Special Ed.) ġdida biex tgħin lit-tifla msemmija fl-iskola Primarja ta' Tas-Sliema. Din bdiet ix-xogħol nhar it-Tnejn 14 ta' Ottubru, 2002.
Leg 9 PQ #36198 Sitting 808 2002-10-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel tal-Gvern — Tibdil ta' Uniformi

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel tal-gvern - primarji u sekondarji - li biddlu l-uniformi tagħhom din is-sena? X'kienet ir-raġuni? Kemm swiet lill-ġenituri din il-bidla fl-uniformijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar mill-iskejjel u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36199 Sitting 808 2002-10-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Indipendenti — Għajnuna mill-Gvern

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-gvern ser iżid l-għajnuna li beda jagħti s-sena li għaddiet lil dawk il-ġenituri li jibgħatu t-tfal tagħhom fl-iskejjel indipendenti? B'kemm?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-materja ma hix regolata minn dan il-Ministeru.
Leg 9 PQ #36200 Sitting 808 2002-10-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'mekkaniżmu jeżisti biex jiġi kkontrollat l-assenteiżmu fl-iskejjel f'Malta u Għawdex? X'isir fejn jidħlu l-iskejjel tal-knisja u dawk privati?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Kapijiet ta' l-Iskejjel huma dejjem attenti għal dawk it-tfal li jkollhom tendenza li jfallu l-iskola. Kuljum, jinżammu attendenzi fir-reġistri ta' l-iskola. L-għalliema huma mgħallma jidentifikaw lil dawk it-tfal li jistgħu 'l quddiem jaqbdu dan in-nuqqas. Għalhekk, meta l-għalliema jsiru jafu bħal xi każijiet bħal dawn, jinfurmaw il-kapijiet ta' l-iskejjel tagħhom sabiex isiru interventi meħtieġa. Każijiet referuti għal għajnuna jgħaddu għand il-professjonijsti bħal Education Social Workers, Counsellors, u School Psychologists tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Dawn is-servizzi jaraw x'inhuma l-kawżi li jistgħu jkollhom l-istudenti kemm fl-iskola u fid-dar tagħhom. Huma jidentifikaw xi problemi oħra li jistgħu jkollhom li qegħdin iwasslu għall-assentejiżmu ta' l-istudenti. Il-Kapijiet ta' l-iskejjel jirreferu wkoll każijiet ta' mard ta' studenti lil School Medical Service. F'każijiet bħal dawn, tingħata għajnuna mis-servizzi mogħtija mis-Sezzjonijiet tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni permezz ta' żjarat fl-iskejjel, żjarat fid-djar, laqgħat ma' tfal u mal-ġenituri, u 'counselling'. Din il-ko-ordinament ta' servizzi flimkien ma' l-iskejjel hu mmirat biex iwasslu lil dawn l-istudenti jattendu l-iskola. Apparti dan ix-xogħol, il-Kapijiet ta' l-Iskejjel huma obbligati li kull xahar jirrapurtaw lis-Sezzjoni Ħidma Soċjali fl-Iskejjel lil dawk l-istudenti li jkunu fallew l-iskola mingħajr raġuni valida. F'każijiet ta' assentejiżmu mhux iġġustifikati fejn il-ġenituri ma jikkoperawx, dawn jittelgħu l-qorti. L-istess sistema tapplika għal skejjel privati u tal-Knisja. L-iskejjel tal-Knisja għandhom aġenzija ta' Social Work tagħhom.
Leg 9 PQ #36203 Sitting 808 2002-10-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Sports

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jagħmel id-dipartiment ta' l-edukazzjoni sabiex iħajjar aktar tfal jieħdu sehem fl-isports fl-iskejjel u dan barra l-lezzjonijiet ta' l-edukazzjoni fiżika li huma diġa' parti mit-timetable? Jista' jgħid kemm hemm lezzjonijiet fil-ġimgħa fil-primarji u fis-sekondarji? Jista' jgħid ukoll x'importanza tingħata lill-isports fis-sixth form? Kif qed isir dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni permezz ta' l-Isports Section jorganizza kull sena Festivals tal-Football u tan-Netball mifruxin matul diversi xhur. Fihom jipparteċipaw tfal minn madwar erbgħin skola primarja. Jorganizza wkoll Sports Festivals għall-iskejjel Primarji f'erba' reġjuni. Għall-istudenti ta' l-Iskejjel Sekondarji jsiru kompetizzjonijiet fi ħmistax-il sport differenti u għal etajiet 'juniors' u 'seniors'. Minbarra dawn l-attivitajiet, numru kbir ta' skejjel jorganizzaw ukoll, b'mod volontarju, attivitajiet sportivi matul il-'break' ta' nofsinhar. Fil-programm ta' A. L-Iskejjel Primarji hemm sagħtejn fil-ġimgħa ta' Edukazzjoni Fiżika. B. L-Iskejjel Sekondarji u Junior Lyceums il-lezzjonijiet huma kif se nsemmi: Form Sekondarji Junior Lyceums I u II 2 2 III 1 1 IV u V 1 1 Għal studenti li għandhom il-Physical Educaiton Option, in-numru ta' lezzjonijiet huma hekk: Form Sekondarji Junior Lyceums III 0 4 IV u V 5 4 Informat ukoll li fil-bidu tas-sena l-istudenti tal-Junior College jiġu mistiedna jipparteċipaw f'diversi attivitajiet sportivi li jiġu organizzati mis-sezzjoni ta' l-isport. L-istudenti huma mħajjra jieħdu esperjenza bħala parteċipanti, bħala uffiċjali u referees kif ukoll bħala coaches. L-Erbgħa wara s-sagħtejn hu ħin allokat għall-attivitajiet sportivi. L-attivitajiet sportivi fil-Kulleġġ jinqasmu fi tlieta: 1. Leagues organizzat tal-football, basketball, badminton, volleyball, tennis, handball, hockey u chess. 2. Training organizzat minn coaches kwalifikati, jew studenti stess tal-Kulleġġ fil-martial arts, tennis, aerobics, volleyball, wrestling u żfin. 3. Kompetizzjonijiet u tournaments kontra skejjel oħra f'Malta u f'Għawdex. Matul is-sena jsiru wkoll diversi esibizzjonijiet minn diversi assoċjazzjonijiet sportivi bil-għan li jħeġġu l-istudenti jipprattikaw dak l-isport partikolari.

Qorti — Każi Ġodda ta' Separazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu każi ġodda ta' separazzjoni taż-żwieġ fil-qorti s'issa din is-sena? Kemm minnhom kienu bejn Maltin u barranin? Kemm ġew irtirati talbiet ta' separazzjoni din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi mill-bidu tas-sena sal-15 t'Ottubru 2002 dahlu 142 kawza gdida ta' separazzjonijiet taz-zwieg fil-Prim'Awla tal-Qorti Civili. Matul din is-sena kien hemm 40 talba ta' separazzjoni li gew ceduti. Ma tinzammx statistika ta' kemm, mill-kawzi ta' separazzjonijiet li gew introdotti din is-sena, kienu bejn Maltin u barranin stante li mill-process tal-kawzi m'hemmx indikat x'nazzjonalita' huma l-partijiet.

Qorti — Każi Deċiżi ta' Separazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi każi ta' separazzjoni mill-qorti s'issa din is-sena? Kemm kien hemm każi bejn Maltin u barranin? Kien hemm xi każi fejn il-qorti ma qablitx li tingħata s-separazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi kien hemm 12-il kawża ta` separazzjoni li ġew deċiżi mill-bidu tas-sena sal-15 t`Ottubru, 2002. F`każ wieħed biss il-Qorti ma qablitx li tingħata s-separazzjoni. Ma` tinzammx statistika ta` kemm, mill-kawżi deċiżi, kienu bejn Maltin u barranin.

Ħarsien tas-Sigurta` fuq il-Post tax-Xogħol — Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu passi mill-istrutturi tal-ħarsien tas-sigurta` u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol biex jissorveljaw il-plant room tal-pixxina nazzjonali fejn wires ta' l-elettriku jixxarbu regolarment mill-ilma li jiskala mis-saqaf mill-ilma ta' min ikun qed jieħu shower b'periklu għall-ħajja tal-ħaddiema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lill-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol biex jinvestigaw il-każ.
Leg 9 PQ #36215 Sitting 808 2002-10-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior College — Rapport Finanzjarju

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport finanzjarju dettaljat tad-dħul u ħruġ tal-junior college bid-dettalji dwar nefqa kapitali u nefqa rikorrenti għas-snin 1999, 2000 u 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista bid-dettalji tad-dħul u ħruġ tal-Junior College għas-snin 1999, 2000 u 2001 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36224 Sitting 808 2002-10-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sekondarja — Minor Staff - Pornografija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar rapport li xi ħadd mill-minor staff minn skola sekondarja statali tal-bniet, li isimha qed jintbagħat separatament, wera materjal pornografiku lill-studenta u anke messha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-każ imsemmi, ittieħdu l-passi kollha li huma fl-interess tat-tifla konċernata, wara konsultazzjoni mat-tifla u l-ġenituri tagħha.
Leg 9 PQ #36363 Sitting 808 2002-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dipartiment ta' l-Ambjent/MEPA — Panewwijiet tal-Konkos

Question

Jista' il-Ministru jinformana meta d-dipartiment ta' l-ambjent, il-MEPA, eċċ. ġew informati dwar l-hekk imsejjaħ esperiment ta' panewwijiet tal-konkos skond kif il-Kamra ġiet informata permezz ta' mistoqsija parlamentari 35856? Kemm saru laqgħat? Min kien preżenti?

Response (BORG, TONIO)

Rigward il-ħitan ġodda matul it-toroq imsemmija f`Mistoqsija Parlamentari Nru. 35856; il-bypass ta` l-Imtarfa, it-Triq ta` Burmarrad, it-Triq tas-Salina u t-Triq tal-Balal fin-Naxxar, ninsab infurmat illi il-MEPA ma kenitx ikkonsultata.
Leg 9 PQ #36390 Sitting 808 2002-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

TAXXI INTERNI/VAT

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' objections li għandhom id-dipartimenti tat-taxxi interni u tal-VAT fil-mument? Kemm każijiet ta' oġġezzjonijiet ġew rimedjati matul is-snin 1999, 2000 u 2001 u kemm din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' oġġezzjonijiet pendenti fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni sa l-aħħar ta' Settembru li għadda kien : Individwi 38,638 Kumpaniji 3,429 In-numru ta' każijiet pendenti fid-Dipartiment tal-VAT sa' l-aħħar ta' Settembru kien ta' 1,033. L-oġġezzjonijiet maħduma mid-Dipatiment tat-Taxxi Interni kienu : 1999 - 7,922 2000 - 8,108 2001 - 9,125 2002 (sa Settembru) - 5,880 In-numru ta' każijiet ta' oġġezzjonijiet li ġew finalizzati mid-Dipartiment tal-VAT kienu: 1999 - 3,553 2000 - 7,292 2001 - 3,138 2002 (sa' Settembru) - 1,081
Leg 9 PQ #36394 Sitting 808 2002-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SKEJJEL TA' L-ISTAT — NEFQA TAD-DAWL U L-ILMA

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 35860, jista' il-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet in-nefqa globali tal-ħlasijiet li saru għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma ta' l-iskejjel kollha u tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru ta' l-edukazzjoni matul is-sena li għaddiet f'Malta u Għawdex separatament? Jista' il-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 1999 u l-2000?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nefqa globali tal-ħlasijiet li saru għall-kontijeit tad-dawl u l-ilma ta' l-iskejjel kollha u tad-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni hija kif se nsemmi: 1999 2000 2001 Lm Lm Lm Div. ta' l-Edukazzjoni , Skejjel, 200,104.07 81,832.23 232,913.48 Ministeru ta' l-Eduk., Dipt. ta' l- Eżamijiet u Seg. Parlamentari Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji 7,700.00 7,357.00 6,359.00 Dipartiment tal-Mużewijiet 12,335.86 24,334.41 19,332.23 Dipartiment tal-Kultura 1,840.00 2,143.00 1,695.00 Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport xejn 10,133.00 2,000.00 TOTAL 221,979.93 125,799.64 262,299.71

Mosta — Triq il-Wied - Tindif

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jittieħdu passi biex jitneħħew it-tankijiet kbar u kollha sadid li qed jintużaw flok xatba jew ħajt ta' għalqa u li qed ikerrħu l-ambjent fi Triq il-Wied, kantuniera ma' Triq Franġisk Mangion, il-Mosta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 36336 (Seduta 807).
Leg 9 PQ #35881 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kontrolluri ta' l-Ajru — Near Misses

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu rrapportati każi ta' near misses ġo l-ispazju ta' l-ajru ikkontrollat minn Malta din is-sena? Ta' liema nazzjonalita', u x'tip kienu l-ajruplani involuti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li meta jkun hemm near miss, il-pilota jirraporta lid-Dipartiment ta' l-Avvjazzjoni Ċivili. Min-naħa tagħhom, id-diriġenti tad-Dipartiment jinfurmaw lill-management tal-Malta Air Traffic Services. Ġieli jkun hemm każi fejn il-pilota informa direttament lill-kontrollur li kien ser jirraporta near miss lid-Dipartiment. Jiena nfurmat li l-Malta Air Traffic Services ma rċeviet ebda nformazzjoni dwar xi near miss matul din is-sena.
Leg 9 PQ #35882 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Allowances

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'overtime u f'allowances oħra mid-dipartiment din is-sena? Kif u lil min tħallsu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ammont ta` flus f'overtime u allowances li tħallsu mid-Diviżjoni tas-Saħħa bejn Jannar u Settembru 2002 kien hekk :- ALLOWANCES OVERTIME St. Luke's Hospital Nurses Oħrajn LM 1,819,621 LM 2,228,387 LM 226,718 LM 529,685 Mt. Carmel Hospital Nurses Oħrajn LM 516,320 LM 178,086 LM 427,273 LM 96,308 Boffa Hospital Nurses Ohrajn LM 113,161 LM 84,600 LM 1,695 LM 13,866 Head Offices eċċ. Nurses Oħrajn LM 479,681 LM 1,785,098 LM 6,471 LM 50,594
Leg 9 PQ #35883 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Flus Reimpatriati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus reimpatriati minn Maltin is-sena l-oħra u din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'hemmx mezz li tkun taf eżatt kemm daħħlu flus minn barra r-residenti Maltin. Il-figuri tal-kont kapitali u finanzjarji tal-bilanċ tal-pagamenti ppubblikati mill-NSO juru l-ammont ta' flus li ġew minn barra taħt il-kategoriji ta' 'portfolio investment' u 'other investments', u dawn jinkludu mhux biss flus ta' residenti Maltin iżda wkoll flus li jkunu ġabu kumpanniji privati w istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw minn Malta.

ETC

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew boarded out din is-sena, persuni li kienu qed jaħdmu u kemm dawk li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' persuni li ġew mogħtija pensjoni għall-Invalidita' mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali matul il-perjodu 1 ta' Jannar sa l-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena kien ta' 688. Inżid ngħid li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma jżommx statistika mitluba fit-tieni parti tal-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #35885 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mothers' Unit

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm bniet li qed jattendu l-ischool girls mothers' unit illum u għaliex? Kemm kien in-numru totali din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sal-bidu ta' Ottubru, kien hemm jattendu 50 tfajla li huma tqal, 26 minnhom qegħdin jattendu għall-programm, u 24 oħra qed jattendu għall-counselling għaliex qed jaħdmu jew jattendu korsijiet oħra. Madwar 30 oħra qed jattendu l-"Mother and Baby Support Group". Numru ieħor (madwar 90) qed jattendu għall-counselling (ex-programme participants). Dawn jiġu (1) għall-programm ta' tagħlim apposta għalihom, (2) On-going counselling għalihom. (Barra minn hekk jiġu wkoll il-partners u l-familjari tagħhom għall-counselling skond il-bżonn, (3) Jattendu l-"Mother & Baby Support Group". Din is-sena kien hemm 101 każi ta' pregnancy ġodda, 30 għall-"Mother & Baby Support Group", u xi 90 oħra għall-Counselling.
Leg 9 PQ #35886 Sitting 806 2002-10-29 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Overtime u Allowances

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'overtime u allowances oħra din is-sena? Kemm kien in-numru ta' persuni li tħallsu u kemm tħallsu individwalment?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena persuni fil-Ministeru ta' l-Agrikultura u s-Sajd u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu tħallsu Lm 97,481 f'sahra u Lm 211,411 f'allowances. Is-sahra tħallset lil 275 persuna u l-allowances lil 454 persuna. Parti mill-ħlas tas-sahra tinkludi xogħol li sar fl-2001. Ma naħsibx li jkun xçraq li nagħti dettalji ta' xi tħallas kull individu. Madankollu, jekk L-Onor. Interpellant jixtçq din l-informazzjoni dwar xi persuna partikolari jien lest li ngħaddilu l-informazzjoni b'mod kunfidenzjali.