Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il ġurnata qabel ħaddiem tal-gvern għandu jissottometti l-applikazzjoni tiegħu għall-vacation leave? Jista' jgħid ukoll jistax xi ministeru jew dipartiment itawwal dan il-perijodu arbitrarjament? Jekk fl-affermattiv, dan jista' jaqbad u jagħmel hekk bla ma jitlob permess ta' ħadd lanqas ta' l-uffiċċju tal-Prim Ministru?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-“Public Service Management Code”, sezzjoni 4.2.2, jaghmilha cara li huwa l-kap tad-dipartiment li jawtorizza l-“vacation leave” u li ghandu r-responsabbiltà li jara li jsiru arrangamenti xierqa biex ix-xoghol tal-haddiem li japplika ghall-“leave” jsir. Ghalhekk m’hemmx regola generali dwar kemm-il gurnata qabel il-haddiem irid japplika u lanqas ma hemm regola li tghid kif isiru l-arrangamenti jew jinbiddlu. Il-“vacation leave” jittiehed bi qbil mal-kap tad-dipartiment, u jigi approvat skond l-esigenzi tax-xoghol tad-dipartiment ikkoncernat.
Tista' il-Ministru tgħid kemm intnefqu flus globalment kull sena f'xiri ta' apparat għall-isptar ġenerali ta' Għawdex mill-1996 sa l-2002? Tista' tgħid ukoll kemm hu maħsub li tkun l-ispiża totali għas-sena 2002?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ispiza kapitali totali fuq l-Isptar Generali ta’ Ghawdex matul is-snin 1996 – 2002 kienet kif tidher fil-lista hawn taht. Minn din l-ispiza, in-nefqa fuq apparat hija kif muri fit-tieni kolonna.
SENA SPIZA KAPITALI APPARAT
1996 LM 95,766 LM52,786
1997 LM 80,301 LM49,394
1998 LM 91,147 LM85,186
1999 LM 84,957 LM74,958
2000 LM125,643 LM74,713
2001 LM120,500 LM51,153
2002 LM115,000 LM47,500
Tista' il-Ministru tgħid kemm tħallsu flus biex inkriet karrozza għas-segretarju permanenti tal-ministeru għal Għawdex filwaqt li l-karrozza tiegħu kienet qiegħda tissewwa? Kemm-il ġurnata damet mikrija? Tista' tgħid fejn sar ix-xogħol ta' tiswija fuq il-karrozza msemmija u għaliex sar hemm?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li matul iżżmien li lkarozza użata misSegretarju Permanenti talMinisteru għal Għawdex damet tissewwa inkriet karozza KIA Mentor għallprezz totali ta' Lm128.80.
Din ilkarozza damet mikrija għal sittaxil ġurnata, eżattament mit30 ta' Settembru 2002 sal15 t'Ottubru 2002.
Ixxogħol ta' tiswija sar għand Mizzi Automotive Services Ltd. ta' Qormi, Malta għaliex dawn huma laġenti talVolkswagen.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il talba pendenti għandu quddiemu l-weapons advisory board? Jista' f'kull każ jgħid kemm ilhom pendenti u meta huwa maħsub li jiġu deċiżi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' pendenzi quddiem il-Weapons Advisory Board hu kif ġej:
Numru ta' Applikazzjoni Data
13 9 ta' Novembru 2000
1 14 t'April 2001
1 29 ta' Mejju 2001
2 9 ta' Ottubru 2001
3 14 ta' Novembru 2001
1 30 ta' Jannar 2002
1 25 ta' Marzu 2002
9 24 ta' April 2002
2 16 ta' Mejju 2002
1 12 ta' Ġunju 2002
Total 34 Applikazzjoni
Bħalissa l-Bord mhux jiltaqa' sakemm jiġu deċiżi problemi amministrattivi bejn id-Dipartimenti konċernati.
Insinwa — Sentenzi ta' Separazzjonijiet Kontenzjużi
Question
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36290, jista' il-Ministru jgħid jekk dak li wieġeb jgħoddx ukoll għall-assenjazzjonijiet ta' proprjeta` wara separazzjoni personali kontenzjuża? Jekk fl-affermattiv, ma jaħsibx li tali ħaġa hija ta' dannu kbir għas-soċjeta`? Jekk fin-negattiv, għaliex ma speċifikax fl-ewwel tweġiba tiegħu?
Ma jarax lok il-Ministru li jikkordina mal-ministeru tal-ġustizzja biex separazzjonijiet jibdew jiġu insinwati kollha b'liġi? Jaqbel il-Ministru li d-deċiżjoni li l-insinwa ma tibqax taħt il-ministru tal-ġustizzja ma kenitx deċiżjoni tajba?
Response (BORG, TONIO)
Id-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku m`huwiex obbligat bil-liġi li jżomm statistikata` assenjazzjonijiet ta` proprjeta` wara separazzjoni personali kontenzjuża, peress li din tinvolvi disposizzjoni libera ta` proprjeta`. Id-Dipartiment jinnota biss xi impedimenti jew restrizzjonijiet fid-disposizzjoni ta` xi proprjeta`.
Fuq l-assenjazzjoni ta` dmirijiet fil-ministeri din hi fid-diskrezzjoni tal-Prim Ministru. Ma hemm xejn ħażin illi l-materji msemmija mill-Onor. Interpellant ikunu parti mill-Ministeru ta` l-Intern bħalma fi żmien il-gvern l-ieħor, l-Ambjent kien mal-Ministru ta` l-Affarijiet Barranin.
Jista' il-Ministru jara li tinbidel bozza - l-unika bozza li tinsab fit-triq - fi Triq Married Quarters, Kalkara li ilha maqtugħa għal dawn l-aħħar seba' xhur u r-residenti ta' din it-triq jinsabu at risk minħabba d-dlamijiet li hemm?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta għall-azzjoni relattiva.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir Triq Ħadd in-Nies, Żabbar għax minkejja li hi kollha mibnija u ferm abitata baqgħet ma saret qatt? Billi hemm min ilu joqgħod f'din it-triq 18-il sena, jista' il-Ministru ġentilment jagħti indikazzjoni meta hu maħsub li ssir it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li meta d-Direttorat spezzjona t-triq sab li għad hemm ħafna żvilupp xi jsir.
Id-Direttorat għat-Toroq għandu diversi talbiet għall-xogħlijiet fejn l-iżvilupp għadu lura bħal dan il-każ, u għalhekk qiegħed fil-proċess biex jifformula pjan biex toroq bħal dawn li jkunu ilhom miftuħa, imma ma fihomx ħafna żvilupp, ikunu jistgħu jingħataw surfacing temporanju biex ir-residenti f'dawn it-toroq ma jibqgħux f'sitwazzjoni ta' nkonvenjent.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jeżistux sistemi biex il-pazjenti barranin li għandhom l-obbligu li jħallsu tas-servizzi mediċi li jirċievu ġewwa l-isptarijiet tal-gvern fil-fatt iħallsu dak kollu dovut?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm hospital auxiliaries jaħdmu f'dipartimenti oħra barra dak tas-saħħa u ta' l-anzjani? Meta sar dan iċ-ċaqliq?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid, issa li sar ix-xogħol li kellu jsir, meta se terġa' titwaħħal il-kaxxa ta' l-ittri fi Triq is-Swieqi, Swieqi, peress li n-nuqqas tagħha qed jinħass minn numru kbir ta' residenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Maltapost bħalissa qed tagħmel eżerċizzju ta' reviżjoni dwar l-allokazzjoni preżenti tal-kaxxi ta' l-ittri kollha f'Malta. Jekk tittieħed deċiżjoni li l-kaxxa ta' l-ittri fit-triq imsemmija tkun waħda minn dawk li ser jitħallew fis-servizz, din terġa' titwaħħal fi żmien qasir.
Pulizija — Għargħur - Triq Santa Katerina - Ċitazzjonijiet
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet lill-vetturi fi Triq Santa Katerina, limiti tal-Għarghur, minn Jannar sa Settembru ta' din is-sena, xahar b'xahar? Kemm minn dawn ġew ikkontestati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul din is-sena, sat-30 ta` Settembru 2002, ingħataw 42 ċitazzjoni tat-traffiku fi Triq Santa Katarina, Għargħur li minnhom tħallsu 5.
Jista' il-Ministru jiżgura li l-korrispondenza u l-avviżi tal-MEPA ikunu bil-Malti jew almenu bil-Malti u bl-Ingliż iżda mhux bl-Ingliż biss?
Response (BORG, TONIO)
Il-bżonn ta` korrespondenza bl-Ingliż u bil-Malti ilha tinħass, pero` sabiex dan jiġi implementat id-dokumenti kollha li minnhom jiġu estratti il-parti saljenti tal-korrespondenza, inkluż dawk sottomessi mill-applikanti, iridu wkoll ikunu bl-Ingliż u bil-Malti. Dan il-proċess mhux wieħed faċli jew li jista` jintlaħaq malajr iżda tlabt lill-Awtorita` biex tara kif dan jista` jseħħ fuq perijodu ta` żmien..
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm klandestini miżmuma mill-pulizija illum? Kemm huma nisa, irġiel u tfal u kemm ilhom hawn? Kemm minnhom intbagħtu lura u kemm jiswew kull wieħed fuq medda ta' ġimgħa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` barranin li kienu qed jinżammu taħt kustodja ta` l-Awtoritajiet tas-sigurta` fit-2 ta` Ottubru 2002, kien ta` 560. Minn dawn 351 huma rġiel, 105 huma nisa filwaqt li 104 huma tfal. Minn dawn, l-aktar li ilhom huma tnejn li ilhom miżmuma minn l-1999, minħabba li għad ma ġietx stabbilita l-identita` tagħhom. Il-kumplament daħlu Malta tul dawn l-aħħar xhur. Infurmat ukoll li ma jinżammux kontijiet separati tan-nefqa fuq dawn il-klandestini u persuni oħra barranin miżmuma mill-Pulizija.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm klandestini miżmuma mill-armata illum? Kemm huma nisa, irġiel u tfal, kemm ilhom hawn? Kemm minn dawn intbagħtu lura pajjiżhom din is-sena? Kemm qed jiswew lill-pajjiż kull wieħed fuq medda ta' ġimgħa?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Fl-4 ta’ Ottubru, l-Forzi Armati kellhom 343 imigrant taht il-harsien taghhom f’ “barracks” militari. Dawn kienu jikkonsistu f’137 ragel, 101 nisa u 105 itfal. Uhud minn dawn ilhom f’Malta minn Marzu ta’ din is-sena. Ohrajn waslu f’Lulju, Awissu, Settembru u Ottubru. Huwa stmat li ikel, medicini u bzonnijiet personali, kull immigrant qieghed jiswa lill-Armata s-somma ta’ Lm9.85c0 fil-gimgha, minbarra s-salarji tal-membri tal-Forzi Armati li jkollhom xoghol konness mal-klandestini kif ukoll spejjes tat-transport u akkomadazzjoni.
Rigward kemm imigranti ntbaghtu lura pajjizhom, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lil Ministru koncernat.
Billi dan l-aħħar numru ta' suldati weġgħu fuq xogħol meta mezz ta' trasport ta' l-armata kien involut f'inċident tat-traffiku, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk dawn humiex inxurjati u jekk iva, kif inhuma inxurjati?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bhal haddiema ohra mal-Gvern, il-membri tal-Forzi Armati mhumiex assigurati taht xi polza ta’ assigurazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex inżammu jew ġew għalissa iffriżati l-applikazzjonijiet għall-liċenzja ta' l-insib meta id-diskussjonijiet mal-UE fuq dan għadhom mhux finalizzati? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?
Response (BORG, TONIO)
Id-diskussjonijiet ma` l-UE huma finalizzati.
Ninsab infurmat illi fil-preżent il-Pulizija għandha 253 applikazzjoni għall-insib.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ġew interċettati opri tal-baħar li fuqhom kien hemm klandestini (immigranti) waqt patrols regolari tal-forzi armati din is-sena? Kemm saru interċetazzjonijiet wara rapporti minn persuni ċivili jew mill-pulizija?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Mill-bidu tas-sena sal-25 ta’ Ottubru kien kemm tlettax-il kaz fejn gew intercettati opri tal-bahar li fuqhom kien hemm immigranti klandestini. Kien hemm zewg intercettazzjonijiet li sehhew minn ajruplan tal-Forzi Armati ta’ Malta li kien fuq patrol ta’ rutina u minn “helicopter” tal-Missjoni Militari Taljana li kien fuq tahrig. L-intercettazzjonijiet l-ohra kollha sehhew wara rapporti minn persuni anonimi, sajjieda u persuni ohra li identifikaw ruhhom jew mat-Turretta tal-Palazz jew “Malta Radio” jew mal-Pulizija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm illum hawn persuni il-fuq minn 61 sena li qed jaħdmu? Kemm minn dawn huma nisa u kemm irġiel? Kemm minn dawn huma impjegati u kemm self-employed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
F'Mejju 2002 in-numru ta' ħaddiema jaħdmu full-time il-fuq minn 61 sena kien ta' 1,000 li minnhom 231 kienu nisa u 769 kienu rġiel.
Mill-231 mara 130 kienu
self-employed
filwaqt li 101 kienu mpjegati u
mis-769 raġel 358 kienu
self-employed
filwaqt li 411 kienu mpjegati.
Jista' il-Ministru jgħid meta għaqda tkun trid tuża t-track ta' l-atletika tal-Marsa u/jew xi faċilitajiet oħra, x'inhi l-proċedura? Kemm l-għaqda/timijiet talbu li jużaw dawn il-faċilitajiet s'issa din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li meta għaqda tkun trid tuża t-track ta' l-atletika fil-kumpless tal-Marsa wieħed għandu jikteb lid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport għall-permess.
Lista ta' skejjel li użaw dawn il-faċilitajiet s'issa din is-sena qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għal-lista ta' għaqdiet, nirreferi l-Onor. Membru għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 36112.
Jista' il-Ministru jgħid jistax il-bord li jamministra l-grants lill-istudenti universitarji jikkunsidrax t-talba tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li kien warrab Lm40 mill-ismart card biex iħallas għall-ispejjeż tat-teżi u għalqulu l-kont qabel ħallas l-ispejjeż?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Avviż Legali dwar l-Għotjiet ta' Manteniment lill-istudenti jagħmilha ċara li dawn jtħallsu bejn ix-xhur ta' Ottubru u Ġunju. Jidher li f'dan il-każ, l-istudent imsemmi pprova jagħmel użu mill-card wara dan il-perijodu. Madanakollu l-Onor. Membru hu mitlub jinforma lill-istudent li għalih qed jirreferi, biex jagħmel kuntatt maċ-Chairman tal-Bord għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti, biex il-każ tiegħu jkun eżaminat mill-Bord imsemmi.