Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36531 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Żjarat f'Malta

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista kompensiva - bid-dati relevanti - tal-personalitajiet kollha - presidenti, prim ministri, kummissarji Ewropej, ministri u segretarji ta' l-istat, uffiċjali tal-parlament Ewropew u membri parlamentari kemm mill-pajjiżi membri kif ukoll dawk applikanti għall-sħubija sħiħa fl-UE li żaru Malta mill-1.1.2001 'il quddiem bħala mistiedna tal-gvern jew tal-parlament Malti?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2001 u d-29 ta' Ottubru, 2002 sa fejn għandu x'jaqsam il-Ministeru tiegħi.
Leg 9 PQ #36537 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Joint Office

Question

Jista' l-Ministru jara li tintbagħat risposta lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li fit-3 ta' Ġunju 2002 bagħtet ittra lill-Joint Office sabiex jara jekk jistax jixtri biċċ art, propjeta tal-Joint Office, ovvjament wara li tinħareġ sejħa għall-offerti? X'probabbilita hemm li din l-art tinbiegħ stante li mhux mibnija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi qegħdin isiru il-verifikazzjonijiet neċessarji skond il-provvedimenti tal-Att Numru IV tas-sena 1992 dwar Proprjeta` ta` Entitajiet Ekklesjastiċi u eventwalment issir evalwazzjoni tas-sitwazzjoni biex id-dipartiment ikun jista` jieħu deċiżjoni dwar l-aħjar użu tal-art in kwistjoni.

Housing

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-futur qarib hux ser joħorġu xi postijiet għall-kiri? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid meta u f'liema lokalita' se jkunu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-policy ġdida ta' l-Awtorita' tad-Djar hi li tgħaddi postijiet għal kiri lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex jiġu allokati lil persuni fuq il-lista.
Leg 9 PQ #36560 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jara li tinxtegħel it-tefgħa tar-Rialto Bormla, li issa ilha mitfija għal ħafna ġranet?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta.
Leg 9 PQ #36561 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jara li l-pulizija tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex ħofra kbira li tħaffret fi Triq Sdieri, Għarb, Għawdex quddiem il-fond bin-numru 28 terġa' timtela minħabba l-periklu kbir li l-istess ħofra hija għall-pubbliku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi meta kien qiegħed isir xi xogħol fl-area li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, instabet struttura taħt l-art li għandha valur arkeoloġiku, kif dikjarat mid-Dipartiment tal-Mużewijiet. Ittieħdet azzjoni ta` infurzar minn naħa ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) (numru ECF 142/02) peress illi l-għar kien ser jissaqqaf b`saqaf tal-konkrit. Wara li ħarġet l-azzjoni ta` infurzar saru xi diskussjonijiet fejn ġie miftiehem illi l-Kunsill Lokali ta` l-Għarb għandu jibgħat method statement li jiddeskrivi kif is-sit għandu jerġa` jiġi magħluq. Sadanittant, l-area hija mdawra b`ċint ta` protezzjoni biex ma tkunx ta` periklu għan-nies jew karozzi.
Leg 9 PQ #36562 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Eżamijiet

Question

B'riferenza għal mistoqsija 36416 jistax l-aħħar sillabu għas-snin 4 sa 6 ta' l-iskejjel primarji, effettiv għall-eżamijiet tas-sena d-dieħla, jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser ngħaddi kopja ta' l-aħħar sillabu għas-snin 4 sa 6 ta' l-iskejjel primarji lill-Onor. Membru.

Housing

Question

Jista' il-Ministru jgħid jistax id-dipartiment tal-bini u tiswija tad-djar jikkunsidra li jsir tibjid tal-partijiet komuni tal-post li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Gwardjani Lokali

Question

B'riferenza għal mistoqsija 36361 teżisti statistika kemm kien hemm ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali li kienu jikkonċernaw 'taħrika dwar exhaust?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mis-sena 2000 sal-llum inghataw dawn ic-citazzjonijiet dwar 'exhaust' : Sena Nru. ta' citazzjonijiet 2000 543 2001 412 2002 643 Total 1598
Leg 9 PQ #36565 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Tipjip

Question

B'riferenza għal mistoqsija 35223, jista' il-Ministru jagħti l-etajiet tal-persuni msemmija fit-tweġiba, maqsuma f'etajiet taħt l-24 sena, taħt it-30 sena, taħt l-40 sena, taħt il-50 sena, taħt is-60 sena u 'l fuq minn 61 sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta` mwiet li huma kunsidrati direttament jew indirettament ikkawżati mit-tipjip maqsuma f'etajiet differenti hija kif ġej: Gender Age Groups 0-24 25-30 31-40 41-50 51-60 61+ Male 0 0 1 3 18 138 Female 0 0 0 1 4 64 TOTAL 0 0 1 4 22 202
Leg 9 PQ #36567 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Interim From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Internet/E-Mail

Question

Jista' il-Ministru jindika l-ammont ta' dawk il-persuni ta' iktar minn 40 sena li applikaw sabiex jitgħallmu l-internet u l-e-mail fl-isfond ta' l-iskema li għadu kemm ħabbar u nieda l-ministeru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Housing

Question

B'riferenza għall-file HAA 60/98, jista' il-Ministru jgħid jistax jindika meta ser jiġi żviluppat dan il-plot mill-housing authority, stante li matul dawn l-aħħar sentejn baqa' l-istatus quo, dejjem b'riferenza għas-suġġett tat-talba magħmula mill-persuna li ismu qed jintbagħat separatament u li tinsab fl-imsemmi file?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-art in kwistjoni qed tiġi mħammla u qed jinbena boundary wall. Huwa proġettat li fi żmien sena u nofs il-bini fuq l-istess plot ikun lest.

Proġetti — Tenders

Question

Jista' il-Ministru jagħti rendikont ta' kemm hemm proġetti ta' bini jew manutenzjoni ta' toroq arterjali li t-tenders tagħhom diġa' ġew aġġudikati? Kemm huwa l-valur ta' dawn il-proġetti? Meta huwa maħsub li jsir jew jinbeda x-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi proġetti li qed jitwettqu mid-Direttorat tat-Toroq fuq toroq arterjali jew distributorji u toroq oħra prinċipali li xogħlijiet fuqhom għadhom kif tlestew.
Leg 9 PQ #36581 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Trading Licence

Question

Jista' il-Ministru jgħid it-take-away li ser ikun hemm fin-naħa t'isfel ta' Bellavista Street, San Ġwann għandux trading licence? Jekk iva, ir-residenti ġew ikkonsultanti mill-awtoritajiet kompetenti?

Response (REFALO, MICHAEL)

Jien infurmat li liċenzi tal-catering mill-Awtorita’ tat-Turiżmu jinħarġu wara li l-post ikollu l-permessi meħtieġa mill-Awtorita’ tal-Ippjanar, id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u d-Dipartiment tax-Xogħolijiet (Drainage). Peress li l-applikant kiseb il-permessi kollha kien għalhekk li l-Awtorita’, wara spezzjoni tal-post, ħarġet il-permess biex dan jiġi operat bħala take away. Kif żgur jaf l-Onor. Interpellant ir-residenti kellhom kull opportunita’ li jressqu l-ilmenti matul il-proċess tal-applikazzjoni mill-Awtorita’ tal-Ippjanar. Hu propju għalhekk li, qabel jingħata permess ta’ żvilupp jitwaħħal avviż f’post fejn il-ġirien jistgħu jarawh.
Leg 9 PQ #36589 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jara li l-bozza fi Triq Balzan, Żurrieq, li kellha oriġinarjament,teħel fi Triq Napuljun, Żurrieq, tibqa' fil-post li hi imma tiġi spostata b'mod li tiġi angolata sabiex tagħti dawl iż-żewġ totoq aktar 'il fuq indikati?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata.

Quantity Surveyors

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35829 dwar ix-xogħol tal-quantity surveyors li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-grad ta' 'professional' quantity surveyor hemm uffiċjal wieħed biss. Dan hu s-Sur C Gauci li hu ċ-Chief Quantity Surveyor. Hemm ukoll uffiċjali oħra fi gradi ta' P.T.O, S.T.O u T.O. li jagħmlu xogħol ta' quantity surveying. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra listi li juru x-xogħol li kull wieħed minnhom għandu bħalissa. Fil-każ tas-Sur Louis Attard (P.T.O.), dan qed jaqdi d-dmirijiet ta' site supervision fuq il-Proġett ta' l-Isports Hall fil-Kottonera b'arranġament sakemm jitlesta dan il-proġett. Rigward il-leave u s-sick leave meħuda minn dawn l-impjegati fl-ewwel tmien xhur ta' din is-sena, l-informazzjoni hija kif tidher hawn taħt: Isem Grad Leave S/Leave Charles Gauci Chief Quantity Surveyor 22 5 Sandro Busuttil Principal Technical Officer (Q/S) 11 12 Debono Mark Principal Technical Officer (Q/S) 16 2 Ronnie Schembri Principal Technical Officer (Q/S) 7 24 Patrick Fenech Principal Technical Officer (Q/S) 12 0 Joe Grech Principal Technical Officer (Q/S) 2 0 Louis Attard Principal Technical Officer (Q/S) 6 2 Anthony Baldacchino Senior Technical Officer (Q/S) 10 15 Charles Chircop Senior Technical Officer (Q/S) 8 10.5 Joe Micallef Senior Technical Officer 19.5 3 Joe Busuttil Senior Technical Officer 11.5 8 Anthony Calleja Senior Technical Officer (Q/S) 14 5 Louis Mangion Senior Technical Officer (Q/S) 17 0 Dennis Schembri Senior Technical Officer (Q/S) 5 0 Joseph Scerri Senior Technical Officer (Q/S) 15 10.5 Philip Bonnici Technical Officer (Q/S) 12 11 Ma naħsibx li huwa r-rwol ta' Ministru li jgħaddi t-tip ta' ġudizzju mitlub mill-Onorevoli Interpellant fl-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #36591 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li bħalissa qed isir xogħol fihom bħal kostruzzjoni, tibjid, eċċ? Liema huma? Meta hu mistenni li x-xogħol jitlesta f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Wages Councils — Kundizzjonijiet ta' l-impjiegi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk issa fid-dawl tal-liġi l-ġdida dwar l-impjiegi u r-relazzjonijiet industrijali, hux se jkun hemm reviżjoni ta' legal notices dwar kundizzjonijiet ta' l-impjiegi, eċċ. li kienu ġew introdotti b'riżultat ta' deċiżjonijiet minn wages councils?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-liġi l-ġdida dwar il-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg u tar-Relazzjonijiet Industrijali tipprovdi għall-Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impiegi. Il-funzjonijiet tal-Bord huma:- a. li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministru dwar xi standard nazzjonali minimu ta' kondizzjonijiet ta' l-impieg, bl-iskop li tidħol f'ordni ta' standard nazzjonali; b. li jagħmel rakomandazzjonijiet lill-Ministru dwar kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' settur, b' l-għan li dan is-settur jiġi regolat; c. li jagħti pariri lill-Ministru fuq kull ħaġa li jkollha x'taqsam mal-kondizzjonijiet ta' l-impieg jew fuq hwejjeg riferiti lill-Bord mill-Ministru. Huwa mistenni li dan il-Bord jagħmel rakomandazzjonijiet li jidhirlu xierqa biex jaġġornaw il-kondizzjonijiet tax-xogħol.
Leg 9 PQ #36597 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kull sena kemm kien in-numru ta' ħaddiema mpjegati fis-servizz pubbliku fil-grad ta' skrivan, uffiċjal eżekuttiv, assistent prinċipal, prinċipal u principal anzjan fis-snin 1998, 1999, 2000 u 2001?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi l-informazzjoni mitluba flimkien ma’ xi dettalji ohra li jaghtu stampa aktar kompleta.

Lands Department — Rabat - Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għad fadal ħlasijiet pendenti daparti tad-dipartiment ta' l-artijiet lil sidien ta' l-art u bdiewa rigward l-iskema tad-djar 'Tal-Far', Rabat, Għawdex u għaliex il-ħlas għadu ma sarx? Kemm ilu pendenti dan il-ħlas dovut?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi il-ħlasijiet għall-art lis-sidien tal-proprjeta` fejn hemm l-iskema tad-djar f`Tal-Far, Rabat Għawdex għadhom kollha pendenti ħlief għal għalqa waħda li tħallas il-kumpens għaliha. Il-pendenzi jmorru lura għas-sena li ttieħdu mill-Gvern; hemm minnhom fl-1988, oħrajn fl-1989 u oħrajn fl-1991. Il-ħlas għadu ma sarx għaliex fil-każi kollha ħlief għal wieħed, għadhom qed isiru r-riċerki biex jiġi aċċertat minn min huma s-sidien tal-proprjeta`.