Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36405 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet Sportivi

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36133, jista' il-Ministru jgħid kemm għad fadal għaqdiet sportivi li għadhom ma ffirmawx u liema huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għad fadal disgħa (9) għaqdiet sportivi li għadhom ma ffirmawx il-kuntratt wara li għaddiet l-aħħar riżoluzzjoni parlamentari. Dawn huma: M'Scala Boċċi Club Mosta Boċċi Club Qormi San Bastjan Boċċi Club Sta Lucia Boċċi Club Gozo Football Association Kirkop Boċċi Club Fgura Football Club Southern Shooting Club Paola Wolves Sports Club
Leg 9 PQ #36406 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36136, jista' jgħid kemm ġie jiswa l-proġett ta' l-entratura tal-Malta racing club? Min ser iħallas? Jista' jgħid ukoll jekk inħarġux tenders? Jekk iva, min kienu u kemm kienet il-kwotazzjoni tagħhom? Xi kriterju ntuża sabiex saret l-għażla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proġett ta' l-entratura tal-Marsa ser jiswa madwar Lm87,000. Il-ħlas ser isir mill-vot tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport wara li ġew approvati fondi addizzjonali mill-Ministeru tal-Finanzi. Wara sejħa għall-offerti bl-approvazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija intlaqgħu kwotazzjonijiet minn għand Polidano Group (Lm82,622), Camray (Lm102,002.98) u Elbros Ltd (Lm98,049.13). Ix-xogħol ġie fdat lill-Polidano Group. Din id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq il-fatt li r-rati tax-xogħol kienu kompetittivi ħafna u t-termini tal-ħlasijiet kienu l-aktar favorevoli.

Swieqi — Triq it-Tiben

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemx il-permessi meħtieġa biex Triq it-Tiben, Swieqi tingħalaq b'ċint fil-parti biswit Triq il-Faxxina u tgħalaq l-aċċess għall-kumplament ta' Triq it-Tiben li jwassal għal Triq il-Qasam?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35079 (Seduta 784).
Leg 9 PQ #36473 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kindergarten

Question

Jista' il-Ministru jgħid hux possibbli d-diviżjoni ta' l-edukazzjoni tikkunsidra suġġeriment li wasal għandi minn diversi ġenituri li għandhom tfal jattendu l-iskejjel kindergarten tal-gvern biex dawn it-tfal żgħar jibdew jispiċċaw l-iskola f'nofsinhar minflok fis-2.30 pm għaliex tfal ta' din l-eta' jiddejqu u jgħejjew għall-ħinijiet daqstant twal?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn id-29 u 31 ta' Ottubru, sar seminar dwar l-Edukazzjoni Bikrija. Dan is-seminar ġie organizzat mill-Focus Group għal 'Early Childhood Education'. Il-kwestjoni ta' ħin ta' skola adattat għal tfal ta' din l-eta`, kif imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari, hija fost il-punti li ġew diskussi f'dan is-seminar. L-idejat li joħorġu minn dan is-seminar imbagħad ikunu riflessi fil-policies u programm edukattiv li se jiġu mfassla għal din il-fażi ta' l-edukazzjoni tat-tfal.
Leg 9 PQ #36474 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Zejtun — Raba'

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga lmenti ta' bdiewa li għandhom ir-raba tagħhom fl-inħawi ta' wara l-ġnien taz-Zejtun li qed jitilfu uċuh tar-raba' għaliex kultant żmien ir-raba tagħhom qed jegħreq minħabba l-ilma tat-tisqija li qed jaqa' mill-open channels li konsegwenza tal-ħsarat li ġarrbu dawn ic-channels tbaxew ħafna u l-ilma malajr jaqleb għal ġor-raba'? Possibli dawn jissewwew sew darba għal dejjem u mhux jibqgħu jisewwew temporanjament? Jista' il-Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu għax hemm bdiewa li diġa tilfu tlett uċuh tar-raba'?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-manutenzjoni fuq il-kanali li jwasslu l-ilma mill-Impjant ta' Sant'Antnin lill-bdiewa, issir minn grupp ta' ħaddiema tad-Divizjoni tax-Xogħlijiet. Dawn il-ħaddiema dejjem iduru u jsewwu l-ħsarat fil-kanali ta' l-ilma mifruxa fuq medda ta' 2,700 tomna (300 ettaru). Ix-xogħol fuq dawn il-kanali hu estensiv sew minħabba ħsara li ssir biż-żmien u aktar u aktar minħabba vandaliżmu kontinwu li qed isir fuq dawn il-kanali minn persuni mhux magħrufa. Dan hu l-każ anki fuq tiswijiet li jkunu għadhom kif saru, bħall-inħawi msemmija ta' wara l-Ġnien taż-Żejtun. It-tiswija li ssir hi ssodisfaċenti u x-xogħol dejjem sar skond is-sengħa. Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant li jekk hemm xi post partikulari li qiegħed jirriferi għalih nitolbu jispeċifika biex ikunu jistgħu jittieħdu l-passi meħtieġa.

Zabbar — Triq San Guzepp

Question

Jista' il-Ministru jgħid hux possibbli l-Enemalta tirranġa żewġ bozoz bil-ħsara li hemm Triq San Ġużepp, Zabbar għax dawn ilhom ħafna bil-ħsara u hemm anzjani joqgħodu fl-inħawi?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Zejtun — Triq id-Daħla ta' San Tumas

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari tiegħi dwar Triq id-Daħla ta' San Tumas, Zejtun li tinsab fi stat diżastruż jista' il-Ministru jgħidli jekk hemmx il-ħsieb li din tiġi rranġata mir-roads department wara li l-parti li tagħmel mal-kunsill ta' Wied il-Għajn ġiet re-surfaced mill-kunsill ta' Wied il-Għajn u n-nofs l-ieħor li jaqa' taħt il-kunsill taz-Zejtun baqa' kif kien? Billi din it-triq hi ferm traffikuża u hi arterja li tagħti għar-Ramla ta' San Tumas u għal Wied il-Għajn possibli jinterveni l-Gvern biex in-nofs ta' din it-triq li baqa' mhux re-surfaced isir mill-gvern u b'hekk tintemm din l-istorja ta' nofs triq lesta u n-nofs l-ieħor le?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi d-Direttorat tat-Toroq kien għamel spezzjoni f'din it-triq u x-xogħol ta' rikostruzzjoni kien ġie stmat li se jiswa madwar Lm160,000. L-Awtorita' dwar it-Trasport qed timplimenta programm ta' asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita' isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien ghal żmien.

Airmalta

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-ħaddiema 'tar-rampa' ta' l-Airmalta li qed jitħadmu b'kuntratt jagħlaq bħalissa jingħataw impieg permanenti, speċjalment in vista tal-fatt li naqsu ħamsin ħaddiem f'dan il-grad f'dawn l-aħħar żminijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent din il-materja qed tkun ikkunsidrata.

Siggiewi — Triq it-Tank

Question

Jista' il-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li jingħata wiċċ adegwat lill-parti ta' Triq it-Tank, Siggiewi li hija żviluppata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi min spezzjoni li għamel id-Direttorat tat-Toroq jirriżulta li għad hemm żvilupp għaddej f'din it-triq u għalhekk mhux il-każ illi t-triq tingħata wiċċ għalissa.
Leg 9 PQ #36479 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jintervjeni sabiex tinbidel il-bozza tad-dawl elettriku li ilha mitfija u li tinsab fil-kantuniera ta' Triq il-Wied ma' Triq Bormla f'Raħal Ġdid?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-fatt il-manutenzjoni meħtieġa fuq il-bozza fit-triq imsemmija diġa' saret.
Leg 9 PQ #36480 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santa Lucia — Ground tal-Football

Question

Jista' il-Ministru jintervjeni sabiex meta l-membri tal-MUSEUM jiġu biex jużaw il-ground ta' football f'Santa Lucia nhar ta' Ħadd wara nofsinhar, dawn ikunu jistgħu jagħmlu dan bla xkiel stante li dan qed ikun magħluq u kull aċċess huwa mbarrat?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li diga saret talba lill-Kumitat tal-Football Club ta' Santa Lucija f' dan ir-rigward. L-indikazzjonijiet informali li għandna juru li jista' jintlaħaq ftehim.
Leg 9 PQ #36481 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sajd

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sens jagħmel għall-pajjiżna li fiz-zona ta' konservazzjoni tas-sajd cioe' fil-25 mil Baħar ta' madwar il-kosta tal-gżejjer tagħna se jkunu jistgħu jidħlu bastimenti tas-sajd tat-tkarkir ta' l-istati membri ta' l-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma nistax nifhem kif wasal għall-konklużjoni li fil-25 mil baħar ta' madwar il-kosta tal-gżejjer tagħna se jidħlu bastimenti tas-sajd tat-tkarkir ta' l-istati membri ta' l-UE. Fin-negozjati dwar din iz-zona ġie iffissat l-isforz għal dak eżistenti.
Leg 9 PQ #36482 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Sajd

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta bl-indikazzjonijiet fejn jista' jsir is-sajd mill-bastimenti tat-tkabbir fil-25 mil tal-Baħar ta' madwar il-kosta tal-gżejjer tagħna, li ġiet mogħtija lill-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kopja tal-mapep konċernati qed jitqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.

Self Employed

Question

Jista' il-Ministru jgħid separatament, fil-preżent, f'Malta u Għawdex kemm huwa n-numru ta' ħaddiema u self employed fl-industrija tal-petrol/chemicals u minerals?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li, skond ir-rekords tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ, fl-aħħar ta' Ġunju 2002, f'Malta kien hawn l,175 impjegat u 9 persuni self-employed filwaqt li f'Għawdex kien hawn 2 impjegati li kienu jaħdmu fl-industrija tal-manifattura tal-petrol/chemicals u minerals.

Industriji — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid separatament fil-mument kemm huwa n-numru ta' ħaddiema fil-qasam ta' l-Agro Industrija, ta' l-industrija ta' l-iproċessar tax-xorb, tabakk u ta' l-ikel f'Malta u Għawdex rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba skond ir-rekords tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ għax-xahar ta' Ġunju 2002.

Self Employed

Question

Jista' il-Ministru jgħid separatament, fil-preżent kemm huwa n-numru ta' ħaddiema u ta' self employed fil-food retail f'Malta u Għawdex rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ, fl-aħħar ta' Ġunju 2002, f'Malta kien hawn l,561 ħaddiem u 971 self-employed li kienu jaħdmu fil-food retail filwaqt li f'Għawdex kien hemm 43 ħaddiem u 76 self-employed.

Self Employed

Question

Jista' il-Ministru jgħid separatament, fil-mument, kemm huwa n-numru tal-ħaddiema u tas-self employed reġistrati ma' l-ETC bħala, butchers, dulċiera, kokijiet, bejjiegħa tal-laħam, ħut, frott u ħaxix, green grocers, caterers, furnara, take-aways u tuck-shops f'Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta-mpjegati u self-employed li f'Ġunju 2002 kienu reġistrati mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ bħala butchers, dulċiera, kokijiet u furnara. Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni ma żżomx l-informazzjoni mitluba separatament dwar bejjiegħa tal-laħam, ħut, frott u ħaxix (green grocers), caterers, take-aways u tuck-shops peress li ħaddiema f'dawn l-operati huma nklużi f'setturi ekonomiċi oħra differenti.

B'Kara — Psaila Street

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hu previst li se jitlesta x-xogħol kollu fi Psaila Street B'Kara? Kemm hu stmat li hu l-valur tax-xogħlijiet kollha f'din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi xogħol li kellu jsir fi Psaila Street huwa pratikament lest u fil-preżent jonqos illi il-kuntrattur jiffriska ftit ix-xogħol ta' landscaping. Xogħol ta' żebgħa ta' l-art f'din it-triq u l-manifattura ta' tabelli qegħdin isiru mill-Koperattiva ta' Tabelli u Sinjali tad-Diviżjoni tax-Xogħolijiet. Ix-xogħol kollu li twettaq fuq dan il-proġett hu stmat li se jiswa madwar Lm1,170,000.

Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar mis-sejħa għall-offerti għall-bini u irranġar tat-toroq li jagħtu mir-roundabout tal-Qlejgħa sar-Raħal u sa Ħ'Attard, kif ukoll sat-triq ta' Srina, Ħaż-Żebbuġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi l-offerti li kienu ħarġu biex isir ix-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant kienu ġew discarded peress illi l-kumpanija li kienet tefgħet l-aħjar offerta kien diġa' kellha f'idejha xogħol kbir ieħor u għalhekk ma kienitx meqjusha li tista' tagħmel ix-xogħol f'din it-triq ukoll, filwaqt illi t-tenderer li kien baqa' kien tefa' prezzijiet li kienu għoljin wisq meta kkomparati mar-rati għal xogħol ieħor li kien qed iwettaq id-Direttorat fl-istess żmien. Hu mistenni li dawn it-tenders jerġgħu joħorġu mill-ġdid.