Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36592 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jelenka l-akkużi li ħarġu l-pulizija t'Għawdex kontra l-persuna li ħmistax ilu attakkat referee f'logħba football fil-Gozo stadium? Għaliex din il-persuna ma tressqitx il-qorti minnufih speċjalment meta r-referee sofra ġrieħi serji?

Response (BORG, TONIO)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal inċident li seħħ nhar it-12 ta` Ottubru 2002, ninsab infurmat illi l-persuna msemmija tinsab akkużata quddiem il-Qorti b`offiża fuq il-persuna ta` natura ħafifa, ħsara volontarja ta` inqas minn Lm500, theddid u ksur tar-Regolamenti biex jinżamm l-Ordni Pubbliku fil-Grounds ta` l-Isports. Għandu jingħad ukoll illi skond iċ-ċertifikat mediku ippreżentat lill-Pulizija il-ġrieħi li sofra ir-referee kienu ta` natura ħafifa.
Leg 9 PQ #36593 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Immigranti illegali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu immigranti illegali mill-1 ta' Jannar sal-lum? Kemm hemm li għadhom Malta? Kemm qed jiswa kuljum kull wieħed minnhom? Kemm huwa stmat li nefaq il-gvern s'issa bħala somma totali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru ta` din is-sena, daħlu Malta 1,351 immigrant illegali, fuq diversi dgħajjes. Minn dawn 959 għadhom Malta, li minnhom 83 ingħataw l-istatus ta` refuġjat/jew protezzjoni umanitarja filwaqt li 392 ġew ripatrijati lejn pajjiżhom, ċioe` Eritrea, Eġittu, Sudan, Marokk, Bangladesh u Pakistan. Infurmat ukoll li ma jinżammux kontijiet separati tan-nefqa fuq dawn il-klandestini u persuni oħra barranin miżmuma mill-Pulizija għal raġunijiet oħra.
Leg 9 PQ #36594 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Immigranti Illegali

Question

Jista' il-Ministru jgħid mill-immigranti illegali li daħlu illegalment Malta mill-1 ta' Jannar 2002, kemm applikaw għal status ta' refuġjati? Kemm hemm talbiet li ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati? Kemm hemm talbiet li huma pendenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Jannar 2002 sa l-aħħar ta` Ottubru 2002 l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati irċieva 244 applikazzjoni għal status ta` refuġjat mingħand persuni li waslu Malta illegalment bil-baħar. Dawn jinkludu 275 persuna. Minn dawn il-persuni kien hemm 11 li ġew rikonoxxuti bħala refuġjati filwaqt li 72 ingħataw protezzjoni umanitarja. Ninsab infurmat ukoll illi f`Ottubru 2002, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati ikkonkluda 34 każ u bħalissa hemm 29 applikazzjoni li għadhom qed jiġu ikkunsidrati. Dawn l-applikazzjonijiet jinkludu 10 każi ta` persuni li iddikjaraw li huma minorenni u li biex il-każ tagħhom ikun jista` jibda miexi, skond il-liġi l-ewwel irid jinħatrilhom guardian. Jinkludu wkoll 19-il każ li l-konsiderazzjoni dwarhom tinsab fi stadju avvanzat. Barra l-244 applikazzjoni riċevuti sa l-aħħar ta` Ottubru, hemm ukoll 262 każ fejn il-persuni konċernati imlew Kwestjonarju Preliminari li permezz tiegħu irreġistraw ix-xewqa tagħhom li japplikaw biex jiġu rikonoxxuti bħala refuġjati. Dawn il-262 każ jinvolvu 347 persuna. L-applikazzjoni formali ta` dawn il-persuni u l-intervisti sussegwenti, għad iridu jsiru. Dawn il-262 każ ġew reġistrati kollha għall-ewwel darba fix-xahar ta` Ottubru 2002.

Tal-Barrani — Traffic Lights

Question

Issa li l-permess dwar it-traffic lights f'Tal-Barrani nħareġ, jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibda x-xogħol, aktar u aktar meta wieħed iqis li l-permessi (PA 6122/01) ilhom f'idejn ir-roads department sa mill-25 ta' Settembru 2002? Jista' jgħid ukoll jekk it-tenders għal dan ix-xogħol inħarġux u jekk iva meta jagħlqu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol biex isiru dawn it-traffic lights ġie pprogrammat għas-sena d-dieħla, it-tenders għax-xogħol ser joħorġu dalwaqt.
Leg 9 PQ #36602 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Sekondarji — Instructors

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk issa li l-instructors kollha ġew posted fl-iskejjel sekondarji wasalx iż-żmien li ssir lista waħda tas-seniority għal gradi u karigi kollha fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm diversi gradi li huma regolati minn Classification Regrading and Assimilation Agreements differenti, u li għalkemm jeżistu seniority lists tal-gradi differenti, tmur kontra r-regolamenti stabbiliti li ssir lista waħda tas-sneiority għall-gradi u karigi kollha fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.

Qormi — Triq il-Ħabbież - Arblu tad-Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li ttieħed azzjoni biex arblu tad-dawl li jinsab fit-triq 'il barra mill-bankina u għaldaqstant huwa ta' żgombru u ta' periklu fi Triq il-Ħabbież, Ħal Qormi, quddiem il-fond bit-titolu St Anthony jitneħħa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex isir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #36606 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Promozzjonijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'għarfien qed tingħata s-sengħa/snajja tal-membri fl-armata, fl-għoti tal-promozzjonijiet? Huwa minnu li l-kwalifiki akkademiċi qed jingħataw l-importanza assoluta fl-għoti tal-promozzjonijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li s-snajja rikonoxxuti mill-Forzi Armati jinghataw l-istess gharfien fil-principju daqs kwalifiki akkademici. Fil-fatt l-ghola marka totali li suldat jista’ jgib kemm ghal kwalifiki akkademici kif ukoll fis-sezzjoni ghas-snajja hija ta’ mitt punt. Ghaldaqstant, mhux minnu li l-kwalifiki akkademici qed jinghataw importanza assoluta fl-ghoti tal-promozzjonijiet.
Leg 9 PQ #36632 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Banda tal-Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-membri tal-korp tal-pulizija msieħba fil-banda tal-pulizija m'għadhomx jitħallsu extra iżda l-ħinijiet li jqattgħu mal-banda jitnaqqsulhom mill-ħin normali tal-ġurnata tax-xogħol tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-prattika hi illi l-ħin li membru tal-Pulizija jqatta` mal-banda jkun parti mill-ġurnata tax-xogħol, u għaldaqstant ma jitħallasx 'extra duty', pero` meta l-istess membru jkun jew 'off duty' jew bil-leave, jitħallas bir-rata ta` l-overtime.
Leg 9 PQ #35908 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Karrozzi Mitluqa

Question

Jista' il-Ministru jara li l-karrozzi mitluqa li hemm ġewwa Marshall Courts il-Gżira, jitneħħew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa proprjeta` privata. Madankollu l-Pulizija avżat lis-sidien ta` dawn il-karozzi sabiex ineħħu dawn il-karozzi.
Leg 9 PQ #35910 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin — Ħabsin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħabsin illum wara li ġew mogħtija pieni mill-Qorti? Kemm minn dawn kienu hemm għal aktar minn darba u kemm-il darba?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin hemm mija u tlieta u disgħin (193) persuna li qegħdin iservu piena karċerarja. Dawn kienu fil-Faċilita` biex iservu/servew sentenzi kif turi it-tabella hawn taħt:- L-ewwel sentenza 80 persuna Żewġ sentenzi 40 persuna Tlett sentenzi 23 persuna Erba` sentenzi 6 persuni Ħames sentenzi 9 persuni Bejn sitta u għaxar sentenzi 18 persuna Bejn ħdax u ħmistax-il sentenza 9 persuni Bejn sittax u għoxrin sentenza 5 persuni Minn wieħed u għoxrin sentenza u aktar 3 persuni
Leg 9 PQ #35913 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kunsilli Lokali — Serqiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru serqiet minn ġo uffiċini ta' kunsilli lokali din is-sena? X'insteraq u liema kienu l-kunsilli?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta` din is-sena, il-Pulizija kellha ħames rapporti ta` serq minn uffiċini tal-Kunsilli Lokali. Il-lokalitajiet ikkonċernati u l-oġġetti irrapurtati misruqa kienu: 06.03.02 Attard Ammont ta` flus 18.03.02 Mdina Ammont ta` flus, cheques u ktieb tal-bank 29.05.02 Żabbar Portmoni li kien fih flus u credit cards 09.08.02 Valletta Ammont ta` flus 25.09.02 Fgura File ta` l-ETC
Leg 9 PQ #35914 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Shooting Ranges

Question

Jista` l-Ministru jgħid jekk hawnx applikazzjonijiet pendenti għall-shooting ranges? Jekk iva, kemm ilhom u għaliex dan it-tnikkir biex tinħareġ il-liċenzja.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent il-Pulizija għandha applikazzjoni waħda għal shooting range. Din l-applikazzjoni bdiet tkun proċessata mill-Pulizija wara Ġunju ta` din is-sena, meta inħarġu il-permessi meħtieġa mill-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #35915 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Qorti — Probation

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm illum hawn persuni fuq probation u għal liema reati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #36225 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Minor Staff ta' Skola

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadu l-pulizija dwar rapport li xi ħadd mill-minor staff minn skola sekondarja statali tal-bniet, li isimha qed jintbagħat separatament, wera materjal pornografiku u mess studenta ta' dik l-iskola?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli ma jirriżultax illi l-Pulizija kellha xi rapport kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #36227 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Servizz Peripetiku — Studenti Neqsin mis-Smigħ

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jipprovdu servizz peripetiku ma' studenti neqsin mis-smigħ? Kemm hemm studenti neqsin mis-smigħ fl-iskejjel li għandhom bżonn dan is-servizz? Kemm kien hemm persuni jipprovdu dan is-servizz fl-1999, 2000, 2001 u 2002?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li: Studenti neqsin mis-smigħ li għandhom bżonn dan is-servizz Malta Għawdex 76 14 Għalliema fis-Servizz Peripatetiku għal studenti neqsin mis-smigħ Malta Għalliema 1999 12 2000 9 2001 6 2002 4 Għawdex 1999-2002 2 Informat ukoll li bħalissa hemm għalliem jagħmel il-Masters in Audiology fl-Ingilterra li hu sponsorjat mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #36230 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Freeport

Question

How many containers have been handled by Freeport during each month of 2002 in respect of transhipment containers and domestic/Malta containers? How is the quantity of containers broken down for containers handled at terminal 1 as against terminal 2 for each month of 2002? What is the highest and the lowest quantity of containers handled per gantry crane per hour on mian line vessels (ie not feeders) at the freeport at terminal 1 and terminal 2? How many gantry cranes can be in use at any one time at both terminal 1 and 2 working simultaneously to discharge or load main line ships and feeder vessels? How does the optimum productivity level of containers per gantry crane per hour at Malta freeport compare with Med Center - Gioia Tauro, Piraeus, Venice and Barcelona? What is the total capacity of containers that Malta freeport can handle in a year at terminal 1 and terminal 2 together? What is the total quantity of containers that Malta freeport handled in 2001 and in the eight months to August 2002?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena, il-Port Ħieles immaniġġa dawn il-containers (TEUS): XAHAR TRANSHIPMENT DOMESTIĊI Jannar 110,865 6,084 Frar 94,024 5,017 Marzu 101,221 6,378 April 85,131 6,713 Mejju 87,059 7,449 Ġunju 96,292 6,589 Lulju 93,616 8,433 Awissu 99,262 7,375 Matul l-2001, il-Port Ħieles immaniġġa 1,165,070 container (TEUS), waqt li matul l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena sar immaniġġar ta' 821,508 containers (TEUS). L-informazzjoni l-oħra mitluba hija ta' natura kummerċjali għaldaqstant ma jkunx fl-interess tal-Kumpanija li din tiġi ppubblikata.
Leg 9 PQ #36237 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Rapporti ta' Ġrieden

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'għajnuna qed tingħata l-iskola primarja li isimha qed jintbagħat separatament biex teħles mill-ġrieden li huma rapportati li qed ikun hemm jiġru fil-klassijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-Sajf li għadda sar ħafna xogħol fl-iskejjel li għandu jgħin fil-prevenzjoni tal-preżenza tal-ġrieden filwaqt li ġiet inkarigata kumpanija privata li tispeċjalizza f'din il-materja biex tgħin fil-kontroll tas-sitwazzjoni.
Leg 9 PQ #36240 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Annual Accounts

Question

Can the Minister responsible for Public Broadcasting inform the House of the date and on which newspaper were PBS Ltd. annual accounts for 1998 and 1999 published? Can he lay a copy of these years' accounts on the Table of the House? Who is actually meeting the costs of the consultant whose name is being forwarded under a separate cover at the PBS Ltd. or the Ministry? Can the Minister confirm or otherwise that the consultant's remuneration exceeds that of the chairman's? What fringe benefits does his remuneration package include? Does the fact that it was felt necessary to appoint a consultant to the board of directors to advice it on broadcasting, to draw up the schedules of progammes and to suggest reforms, reflect any incompetence of the members of the said board and on the lack of skills of the senior management of the company, including the chief executive and members of the staff responsible for programming? Was this person already a consultant when he presented the TV show "Madwar il-mejda"? Is it true that he and his co-presenter received some Lm1,000 per programme then?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-annual accounts tal-Public Broadcasting Services Ltd kienu ġew ippubblikati kif se nsemmi: Accounts 1998 - Times of Malta tas-16 ta' Diċembru 1999 Accounts 1999 - Malta Independent tat-22 ta' Diċembru 2000 Qed inpoġġi kopja ta' dawn l-accounts fuq il-Mejda tal-Kamra. L-Onor. Membru huwa żbaljat meta jgħid li l-Ministru ta' l-Edukazzjoni ħass il-ħtieġa li jaħtar konsulent għall-Bord tal-PBS. Kien il-Bord tal-PBS Ltd li ddeċieda li jaħtar lil din il-persuna bħala konsulent tiegħu u kien l-istess Bord li ġedded dan il-ftehim meta kien għalaq aktar kmieni din is-sena. Il-Bord tal-PBS iddeċieda dwar retainer fee li jagħti lil konsulent għas-servizzi tiegħu. Huwa ma jiċievi ebda fringe benefits. Fil-fatt, kif kelli l-okkażjoni ngħid qabel, barra s-servizzi li jagħti skond il-kuntratt, il-konsulent għażel li jagħti mingħajr ebda ħlas extra diveresi servizzi oħra lill-PBS. Dawn jinkludu, per eżempju, sehem fil-PBS Restructuring Task Force, sehem fuq programmi televiżivi fejn soltu jingħata ħlas, u l-iżvilupp ta' inizjattiva ġdida li għandha ġġib qliegħ ta' flus lill-PBS. Peress li kif għidt f'okkażjonijiet oħra ħlasijiet bħal dawn huma ta' natur kummerċjali u allura mhux fl-interess tal-PBS li jsiru pubbliċi ma nħossx li għandi noqgħod nagħmel paraguni. Meta sar il-programm MADWAR IL-MEJDA din il-persuna ma kinitx konuslent tal-PBS Ltd. Dwar il-ħlas li rċeviet id-ditta li magħha sar il-kuntratt għal MADWAR IL-MEJDA ma nħossx li għandi nwieġeb minħabba raġunijiet ta' natura kummerċjali.
Leg 9 PQ #36254 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Orkestra Nazzjonali

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li għalihom l-Enemalta li ffinanzjat il-kunċert li sar dan l-aħħar mill-orkestra nazzjonali oġġezzjonat li dan il-kunċert ikollu lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, bħala direttur tal-orkestra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni min-naħa tal-Korporazzjoni Enemalta għall-persuna indikata fil-mistoqsija bħala direttur ta' l-orkestra fil-kunċert. Fil-fatt il-Korporazzjoni ma kellha x'taqsam xejn mat-tibdil fid-direttur ta' l-orkestra.