Jista' il-Ministru jara li Triq il-Kunċizzjoni Bengħajza B'Bugia, li ritratt tagħha qiegħed jintbagħat separatament titkompla u ma titħalliex fl-istat li hi għax qed tkun ta' periklu l-aktar matul il-lejl?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari numru 35823.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qedgħin jintbagħtu separatament, tnaqsulha madwar Lm150 mill-pensjoni tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 29772 f'Seduta 642.
Awtorita' ta' l-Immaniġġjar tat-Toroq — Double yellow lines
Question
Possibli li l-Awtorita' ta' l-Immaniġġjar tat-Traffiku tieħu passi minnufih biex isiru double yellow lines mal-garage tad-dar li d-dettalji tagħha qed nehmeż under seperate cover għaliex il-persuna msemmija ta' spiss titlef ix-xogħol minħabba li ma tkunx tista' iddur bix-xarabank tagħha hi u ħierġa mill-garage? Billi dġa saret talba bil-miktub mill-Awtorita' dwar it-Trasport u anke minni personalment imma baqa' ma sar xejn, possibli jittieħdu passi rimedjali fl-aqsar żmien possibli?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku rċieva t-talba bil-miktub mingħand il-persuna rriferuta għaliha mill-Onor. Interpellant u għadda kopja ta' dan l-ilment lill-Kunsill Lokali kkonċernat. Sa llum dan id-Direttorat ma rċieva l-ebda risposta mill-Kunsill.
Iżda, għandu jiġi kjarifikat li l-każ imsemmi huwa problema ta' enforcement li jaqa' taħt ir-responsabilita' tal-Pulizija jew Gwardjani Lokali skond ir-Regolamenti Dwar il-vetturi bil-Mutur, 1994 paragrafu 77.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 38120 u anke għall-fatt li meta waqt il-ħin tal-mistoqsijiet jien ikkwotajt nformazzjoni mill-website relattiva, il-Ministru beda jgħid li t-tariffi eċċ li bdejt nikkwota jien huma esaġerati, jew li m'humiex vera, jista' il-Ministru jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tariffa korretta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38274.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 38121 u anke għall-fatt li meta waqt il-ħin tal-mistoqsijiet jien ikkwotajt nformazzjoni mill-website relattiva, il-Ministru beda jgħid li t-tariffi eċċ li bdejt nikkwota jien huma esaġerati, jew li m'humiex vera, jista' il-Ministru jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tariffa korretta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38274.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 38122 u anke għall-fatt li meta waqt il-ħin tal-mistoqsijiet jien ikkwotajt nformazzjoni mill-website relattiva, il-Ministru beda jgħid li t-tariffi eċċ li bdejt nikkwota jien huma esaġerati, jew li m'humiex vera, jista' il-Ministru jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tariffa korretta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38274.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 38123 u anke għall-fatt li meta waqt il-ħin tal-mistoqsijiet jien ikkwotajt nformazzjoni mill-website relattiva, il-Ministru beda jgħid li t-tariffi eċċ li bdejt nikkwota jien huma esaġerati, jew li m'humiex vera, jista' il-Ministru jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tariffa korretta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38274.
Non Eu countries — Importazzjoni ta' prodotti ta' materja prima ta' l-ikel
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 38131 u anke għall-fatt li meta waqt il-ħin tal-mistoqsijiet jien ikkwotajt nformazzjoni mill-website relattiva, il-Ministru beda jgħid li t-tariffi eċċ li bdejt nikkwota jien huma esaġerati, jew li m'humiex vera, jista' il-Ministru jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tariffa korretta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38274.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 38132 u anke għall-fatt li meta waqt il-ħin tal-mistoqsijiet jien ikkwotajt nformazzjoni mill-website relattiva, il-Ministru beda jgħid li t-tariffi eċċ li bdejt nikkwota jien huma esaġerati, jew li m'humiex vera, jista' il-Ministru jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tariffa korretta?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38274.
Jista' il-Ministru jgħid meta ser jirratifika l-protokolli li joħorġu taħt il-Konvenzjoni tal-1979, ta' Ginevra dwar it-tniġġis tal-Arja fosthom il-protokolli li jirrigwardjaw il-kubrit fl-emmisjonijiet, in-nitrogen oxides, il-heavy metals u l-volatile organic compounds? Fejn jista' wieħed isib dawn il-pjanijiet li għandu l-Gvern sabiex jiġi konformi magħhom? Jista' il-Ministru jgħid sa issa kemm il-komunikazzjoni ġiet trasmessa lis-Segretarjat ta' din il-Konvenzjoni dawn l-aħħar 4 snin? Jista' il-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar 4 snin saru emmissions inventories skond il-metodoloġija (EMEP Corinair) rikjesta? Kemm kien hemm uffiċċjali ambjentali impjegati dawn l-aħħar sentejn fit-taqsima tal-Air Pollution?
Response (BORG, TONIO)
Hemm il-ħsieb li dawn il-protokolli jiġu ratifikati meta jkun il-waqt. Għalhekk il-pjani rilevanti se jitħejjew din is-sena.
Il-Konvenzjoni dwar Long Range Transboundary Air Polluntion ġiet adottata fl-14 ta' Marzu, 1997, kif ukoll l-EMEP Protocol .
Ma saru l-ebda komunikazzjonijiet lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni. Ma saru l-ebda emission inventories imma għal din is-sena hemm diġa` fondi ivvutati biex isiru dawn l-inventarji. Fit-taqsima ta` l-Air Pollution hemm principal environmental officer, senior enviornmental inspector u ħames inspectors.
Jista' il-Ministru jissottometti figuri ta' kemm is-sena l-oħra ġie rrapportat mill-MEPA li ddaħħlu lubricating oils u kemm minnhom ġew miġbura? Meta kulħadd jaf li l fuq minn 4 miljun litru lubricating oils jiġu impurtati kull sena f'Malta kif beħsiebu l-Gvern sal-aħħar tal-2003 imexxi l-iskema ta' ġbir u reċiklaġġ ta' żjut skartati?
Response (BORG, TONIO)
Hu stmat li matul is-sena 2002 ġew impurtati f`Malta 4.5 miljun litru ta` lubricating oils u li dan iġġenera madwar 2.25 miljun litru ta` waste oils li minnhom hu stmat li jinġabru madwar 1.4 miljun litru.
L-entrapriża privata li tiġbor u tirriċikla l-waste oils għandha kapaċita` biżżejjed biex tirriċikla l-waste oil kollu li jiġi iġġenerat.
L-Avviż Legali Nru. 161 ta` l-2002 dwar il-waste oils jobbliga li kull min jiġġenera l-waste oils biex jiddisponi minnhom b`mod li ma ssirx ħsara lill-ambjent u jagħti linji gwida kif dan għandu jsir.
Il-MEPA se tikkunsidra numru ta` options kif il-prinċipju tal-producer responsibility jista` jiġi applikat fil-każ ta` lubricating oils.
Jista' il-Ministru jissottometti l-pjan ta' kemm ser jittieħdu kampjuni u minn fejn ser jittieħdu sabiex il-MEPA tiġi konformi ma dak li wegħdet li sa l-aħħar tas-sena 2002 ikollha f'postu il-pjan sabiex iġġib fis-seħħ dawn ir-regolamenti? Min ser ikun ir-regolatur fil-każ ta' dawn ir-regolamenti?
Response (BORG, TONIO)
Kull regolament jispecifika awtorita` kompetenti. Nitlob l-Onor. Interpellant biex jispecifika ghal-liema regolamenti qieghed jirreferi ghalihom.
MEPA — Minuti/Laqgħat tal-Commission for Sustainable Development
Question
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-minuti u r-rakmandazzjonijiet tal-laqgħat tal-Commission for Sustainable Development u sa issa x'kienu l-kummenti tagħha fir-rigward tal-progress li qed jagħmel id-direttorat għal-Ħarsien ta' l-Ambjent fi ħdan il-MEPA? X'inhuma il-kummenti ġenerali ta' dan il-kumitat issa li MEPA ser tagħlaq sena mill-inkarigu tagħha?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti li jinkludu r-rakkomandazzjonijiet tal-laqgħat ta` l-istess Kummissjoni, liema laqgħat huma pubbliċi.
L-Onor. Membru mitlub jinnota li hu, bħala membru, sal-lum attenda laqgħa waħda biss minn tmien laqgħat.
Dwar il-parti tal-mistoqsija li tikkonċerna l-MEPA, ninforma lill-Onor. Membru li l-Kummissjoni m`għandha l-ebda awtorita` li tissorvelja l-operat tal-MEPA.
Jista' il-Ministru responsabbli għall-Ambjent jħid kemm sewa l-komponent tal-chemicals monitoring is-sena l-oħra sabiex il-MEPA tkun tista' timxi mal-provedimenti tal-Bathing Water Quality Directive? Din id-drettiva ġiet trasposta fil-liġi Maltija? Liema regolamenti jaraw li l-obbligi tal-Bathing Water Quality Directive jiġu fis-seħħ f'Malta? Meta ħarġu u meta bi ħsiebu l-Gvern iġibhom fis-seħħ?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi l-komponent tal-chemicals monitoring relatati mal-Bathing Water Quality Directive sewa Lm15,600.
Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Ministru jissottometti l-inventarji tal-iskariġi ta' effluents għal-ġol-baħar għat 33 priority substances kif mitlub taħt il-Water Framework Directive li għadha kif ġiet approvata bħala regolament mill-Bord tal-MEPA u liema regolament daħal fis-seħħ dan l-aħħar? Kemm minn dawn is-sustanzi qed jiġu mwaddbin fis-sistema tad-drenaġġ?
Response (BORG, TONIO)
Ir-regolamenti li jimplimentaw il-Water Framework Directive, għalkemm ġew approvati mill-Bord tal-MEPA, għadhom m`għaddewx mill-fażi ta` konsultazzjoni hekk kif meħtieġ bl-Att biex iħares l-Ambjent, u lanqas ma ġe ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.
Imma nista` ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-Priority Substances għadha qed tiġi kkumpilata.
Jista' il-Ministru jara li l-Enemalta tinvestiga b'urġenza il-każ tal-wires tad-dawl li hemm fit-triq fit-tarf ta' Scotch Pine Street San Ġwann fejn hemm il garages b'riżultat tal-maltemp, l-aktar minħabba li r-residenti qed jibżgħu li dawn jistgħu jkunu live wires?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret min-naħa tal-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li l-wire li qed issir riferenza għalih ma jappartenix lill-Korporazzjoni Enemalta iżda lill-Maltacom, li ġiet infurmata bil-każ.
Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx sar xi studju dwar l-effetti ta' tipjip (passive smoking) f'Malta? Jekk fl-affermattiv jista' jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li studji epidemjoloġiċi ta' din ix-xeħta qatt ma saru hawn Malta.
Kemm huma l-kwoti għal-esportazzjoni bla dazji ta' pajjiżna lejn pajjiżi fl-UE, prodott, prodott / settur, settur bħala associate member ma' l-istess UE? Kemm fil-fatt ġew esportati minn pajjiżna lejn il-pajjiżi ta' l-UE prodott, prodott / settur, settur matul 2002?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Kemm ġew allokati djar mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali matul 2002? Fejn kienu dawn id-djar? Fejn kienu joqogħdu l-applikanti li ngħataw post? Kemm minn dawn il-postijiet kienu postijiet tal-privat rekwiżizzjonati? Kemm mill-applikanti li ngħataw post ilhom japplikaw għal aktar minn 4 snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għamel 115 allokazzjoni matul is-sena 2002. 41 minnhom kienu ilhom li applikaw iżjed minn 4 snin. Il-postijiet allokati u l-persuni allokati kienu f'diversi postijiet madwar Malta.
Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fir-raba' parti tal-Mistoqsija.