B'referenza għall-proġett tal-Cruise Liner Sea Passenger Terminal, jista' l-Ministru jgħid liema xogħlijiet inbdew kemm mill consortium kif ukoll mill-gvern sal-lum? F'liema stadju waslu dawn ix-xogħlijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Viset Consortium lesta (ħlief għal ftit finishes) il-bini alternattiv għar-residenti u ħwienet li kienu effettwati mill-proġett.
Il-konsorzju waqqa' l-bini lejn in-naħa tal-Marsa sabiex jibda x-xogħol fuq it-triq il-ġdida li tgħaqqad il-Marsa mal-Belt u li tgħaddi minn bejn is-sur u l-bini eżistenti. Ser jibda wkoll ir-restawr ta' Pinto u Forni Stores. Inbnew ukoll faċilitajiet temporanji għall-passiġġieri. Bħalissa qed isir xogħol sabiex jiġi stabbilit il-post eżatti fejn kien jispiċċa l-moll li kien mibni mill-Kavallieri. Dan ser jerġa' jiġi restawrat u ser iservi sabiex tiġi miftuħa l-laguna fuq il-moll. Inħareġ il-permess għall-uffiċini alternattivi tal-MMA u hu mistenni li dalwaqt jinbeda x-xogħol.
Il-Gvern fix-xhur li ġejjin se jieħu ħsieb li jibdew jitwasslu s-servizzi meħtieġa għall-proġett. Il-Gvern ħa ħsieb ukoll li jsib uffiċini alternattivi għad-Dwana u għat-Taqsima tad-Drenaġġ li kellhom jiċċaqalqu minħabba fil-proġett.
B'referenza għall-proġett ta' Manoel Island u Tigne' Point, jista' l-Ministru jgħid liema xogħlijiet inbdew kemm mill-consortium kif ukoll mill-gvern sal-lum? F'liema stadju waslu dawn ix-xogħlijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Saru miżuri temporanji biex isir tisbiħ, jitqiegħdu pontoons u tiżdied is-sigurta' permezz ta' cameras, fencing u dawl ġo Manoel Island. Din hija miżura temporanja li l-MIDI ħadet qabel ma tibda l-iżvilupp permanenti tal-marina.
Beda xogħol ta' restawr fuq Forti Manoel.
Tlesta t-tindif ta' Tigne' Fort.
Inħarġu l-permessi kollha għall-iżvilupp f'Tigne'.
Beda l-bini ta' appartamenti f'Tigne' South wara li sar l-escavar meħtieġ għal dan l-iżvilupp.
Beda l-iżvilupp ta' Tigne' Sports li jikkonsisti f'appartamenti għar-residenti, faċilitajiet sportivi għall-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne'. Ser jibda wkoll l-iżvilupp ta' Tigne' Plaza li tgħaqqad in-naħa residenzjali man-naħa ta' l-attivita' kummerċjali. F'din il-Plaza ser ikun hemm pjazza.
Bdew ix-xogħlijiet fuq it-tunnel li ser isir f'Tigne' Point.
Tlesta studju dettaljat fuq il-Harbour Modelling li jikkonsisti fi studji fuq il-breakwater u dredging.
Tlesta x-xogħol mill-Gvern sabiex kienet imwassla l-provvista ta' l-ilma għall-iżvilupp f'Tigne'.
B'riferenza għall-proġett tal-Kottonera, jista' l-Ministru jgħid liema xogħlijiet inbdew hemm mill-consortium kif ukoll mill-gvern sal-lum? F'liema stadju waslu dawn ix-xogħlijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Cottonera Waterfront Group beda x-xogħol fuq il-proġett f'Ġunju 2000. Sar xogħol ta' twaqqiegħ fil-Cooperage Stores ħdejn il-Menqa, twaqqa' l-pont ta' fuq tal-Forti Sant'Anġlu u sar xogħol ta' tindif tal-Caraffa Stores u tal-ħnejjiet qodma tal-Ħabs, kif ukoll tas-Seagate Vaults u l-imħażen taħt il-Forti Sant'Anġlu.
Sar ukoll ir-restawr tal-faċċati tal-Caraffa Stores u wkoll reġa' ġiet restawrata l-fetħa li kien hemm fis-sur fil-post li kien imwaħħal il-Pont ta' fuq tal-Forti Sant'Anġlu. Kważi tlesta wkoll il-bini ta' blokk ta' appartamenti residenzjali u ħames stabbilimenti kummerċjali fil-Menqa fuq in-naħa tal-Birgu u t-Toqba fuq in-naħa tal-Kalkara.
Fil-11 ta' Ottubru li għadda ħareġ il-permess mill-MEPA għall-iżvilupp tal-yacht marina. Hu mistenni li x-xogħlijiet fuq il-marina jinbdew fil-bidu tas-sena d-dieħla u jkunu mqassma fi tliet fażijiet.
Il-Port Cottonera Consortium għamel xogħol ta' restawr fuq Scamps Palace, li kien il-Palazz tal-Kaptan Ġenerali tax-Xwieni fi żmien il-Kavallieri ta' San Ġwann. Il-Palazz inbidel f'Casino immexxi mill-Casino di Venezia. Il-Port Cottonera Consortium nadfet ukoll is-sit biswit Scamps Palace fejn se tibni lukanda. Fil-fatt il-Casino di Venezia għadu kif laħaq ftehim mal-Port Cottonera biex tkun trasferita art lilu sabiex jiżviluppa l-istess art biswit il-Casino ġo lukanda u biex ukoll jirrestawra ż-żewġ palazzi li hemm bejn il-casino u l-istores ta' Caraffa. Il-Port Cottonera hi wkoll obbligata li tirrestawra l-bini tat-Teżor, is-Cement Stores u l-Maċina.
Min-naħa tiegħu l-Gvern waqqa' l-bini magħruf bħala l-bini taċ-Ċiniżi taħt il-Forti Sant'Anġlu u pprovda l-komunita' Ċiniża li tgħix Malta b'akkomodazzjoni alternattiva. Fi ftit żmien se jibda wkoll ix-xogħol ta' tiswija fuq il-mollijiet ta' taħt il-Forti Sant'Anġlu biex ikunu tajbin għall-irmiġġi. Il-Gvern ħa wkoll ħsieb li jtejjeb l-infrastruttura mhux biss biex jitwettaq il-proġett iżda wkoll biex jirrisolvi l-problema eżistenti fl-inħawi. Sar xogħol biex tissaħħaħ is-sistema ta' l-elettriku, tad-drenaġġ u ta' l-ilma.
Il-Gvern ukoll waqqa' l-ħajt li jissepara l-Baċir Numru 1 minn Triq Santa Tereża u minn parti minn Pjazza Gavino Gulia u minfloku sar ħadid dekorattiv. Sar ukoll xogħol ta' tisbiħ tal-bankina u anke' t-tqegħid tal-bankijiet.
Jista' l-Ministru jgħid liema permessi għall-iżvilupp inħarġu mill-MEPA b'konnessjoni mal-proġett tal-Cruise Liner Passenger Terminal sal-lum? Meta nħarġu dawn il-permessi u liema xogħlijiet ikopru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-permessi li inħarġu b`konnessjoni mal-proġett tal-Cruise Liner Terminal huma kif ġej:-
Data: 14/2/2000 - Permess Outline għal proġett kollu.
Data: 26/4/2001 - Permess Outline (ammendat) għal proġett kollu.
Data: 13/11/2001 - Permess Full għal kostruzzjoni ta` bini għal terzi persuni.
Data: 5/7/2002 - Permess Full ammendat għal kostruzzjoni ta` bini għal terzi persuni.
Data: 27/8/2001- Permess Full għad-demolizzjoni ta` bini, kostruzzjoni tat-triq, restawr u bini tal-faċċata ta` Pinto Stores u kostruzzjoni ta` parkeġġ.
Data: 4/11/2002 - Permess Full għal kostruzzjoni ta` bini għal Malta Maritime Authority.
Data: 10/7/2000 - Permess għal skavar esploratorju fuq il-bankina tal-port.
Jista' il-Ministru jgħid liema permessi għall-iżviluppi nħarġu mill-MEPA b'konnesjoni mal-proġett ta' Manoel Island u Tigne' Point sal-lum? Meta nħarġu dawn il-permessi u liema xogħlijiet ikopru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher hawn taħt:-
Description
Status
Demolition of derelict buildings and dismantling of elevations to be constructed as per outline permit
Approved on 18/12/00
Excavation of site in connection with application PA5326/00 (Tigne' Sports)
Approved on 24/07/00
Restoration Works (St. Luke's Garrison Chapel)
Approved on 23/04/02
Restoration of fabric of Fort Manoel phase 1, including barracks buildings, casement, polverista, couvre porte and main gate.
Approved on 21/06/02
Full development application for Tigne sports phase in connection with PA 02135/94, Outline development plan, as described in accompanying documentation
Approved on 21/06/02
To erect residential accommodation, with underlying car-parking, associated leisure facilities, landscaping, existing tunnels and pre-shore areas. (Tigne South Phase)
Approved on 11/10/02
Excavation of site in connection with proposed works at Tigne south.
Approved on 15/02/02
To erect multi-level underground carpark, pjazza with peripheral retail, offices and residential units. Application includes linking to south belvedere (Tigne Plaza Phase)
Approved on 11/10/02
Installation of pontoons and sanctioning of pontoons already installed
Approved on 26/07/02
Jista' l-Ministru jgħid liema permessi għall-iżvilupp inħarġu mill-MEPA b'konnessjoni mal-proġett tal-Kottonera sal-lum? Meta nħarġu dawn il-permessi u liema xogħlijiet ikopru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:-
Data: 21/6/2000 - Permess Outline li jkopri l-iżvilupp kollu relatat ma` l-konsorzju Cottonera Waterfront Group minn barra l-proġett tat-Thalasso Therapy Centre, St. Angelo Fort.
Data: 21/6/2000 - Permess Outline li jkopri żvilupp ta Thalasso Therapy Centre, St. Angelo Fort.
Data: 21/6/2000 - Permess Full li jkopri l-bini ta' blokk appartamenti fil-Menqa/Toqba Birgu u r-restawr ta' Caraffa Stores.
Data: 13/2/2002 - Tibdil fil-kondizzjonijiet 16,25,26, u 27 tal-permess PA 1043/00. Demolizzjoni tal-bridge minn Triq il-Ħabs l-Antik għall-fortizza.
Data: 8/8/2000 - Permess Outline li jkopri l-iżvilupp kollu relatat ma` l-konsorzju Port Cottonera Ltd. minn barra l-proġett tal-Maċina.
Data: 8/8/2000 - Permess Outline għal proġett tal-Maċina, Isla.
Data: 1/3/2001 - Permess Full li jkopri l-iżvilupp ta' Casino fil-Palazz tal-Ġeneral, Birgu.
Data: 8/8/2000 - Permess Full għal kostruzzjoni ta' Hotel fis-sit vakanti u fil palazz tal-Kaptani ta' l-Iskwadruni.
Data: 9/4/2001 - Permess Full għad-demolizzjoni ta żidiet mal-bini storiku u skavar ta materjal.
Data Approvat: 11/10/2002 - Permess full għal kostruzzjoni tal-Marina. (Permess għadu ma nħariġx)
Data Approvat 11/10/2002 - Pjanti u faċċati ammendati għal permess PA 1043/00 - (Permess għadu ma nħariġx)
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqabdet droga mill-1992 sa Ottubru 2002, sena sena?
Response (BORG, TONIO)
Rigward il-perijodu mis-sena 1992 sa sena 2001, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġibiet li jiena kont tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nri 69, 7979, 12766, 23034 u 31920. Dwar is-sena 2002, bejn Jannar u Ottubru, ninsab infurmat illi l-ammont ta` droga li nqabdet mill-Pulizija huwa kif ġej:
Cocaine 4kg411.313grms
Heroin 624.18grms
Cannabis plants 12 plants
Cannabis grass 846.45grms
Cannabis resin 8kg733.45grms
Cannabis seeds 43 seeds
Ecstacy 975.5 tablets
DHC 85 tablets
Methadone 230ml
Hallcion 59 tablets
Anabol 13,000 tablets
Ocymetholone 30 tablets
Stanozolol 1,255 tablets
Inġibditli l-attenzjoni, illi fit-tagħrif li jien kont ġejt mogħti għat-Tweġiba ta` Mistoqsija Parlamentari Nru. 35763, kien hemm żball fl-għadd ta` l-ammont tal-cocaine. Għaldaqstant it-tagħrif għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35763 dwar il-cocaine, għandu jkun dak li qiegħed jingħata f`din it-Tweġiba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm tħallsu overtime membri tal-korp tal-pulizija mill-1992 sa Ottubru 2002, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta` overtime li tħallas lill-membri tal-Korp tal-Pulizija mill-1992 sa Ottubru 2002, huwa kif jidher hawn taħt:-
Sena Ammont Imħallas
Lm
1992 49,736
1993 272,315
1994 391,756
1995 397,277
1996 384,814
1997* 678,817
1998 276,954
1999 246,586
2000 259,791
2001 441,157
2002 (sa Ottubru) 279,069
*Jinkludi l-ammont ta` overtime li inħadem fl-1996 in konnessjoni ma` l-Elezzjoni Ġenerali.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex fl-1 ta' ottubru 2002 żewġ assistenti kummissarji ġodda ngħataw il-promozzjoni b'direct order meta sena ilu l-PSC kienet irrakkomandat li promozzjonijiet b'direct orders huma nieqsa mit-trasparenza?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab sorpriż ħafna b`din id-domanda. Il-proċedura segwita fil-każ ta` l-Assistenti Kummissarji kienet identika għal dik segwita sa mill-Indipendenza sal-lum, inkluż taħt l-Amministrazzjoni Laburista. Fuq direttiva tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, ħatriet għall-futur se jsiru mhux iktar fuq rakkomadazzjoni diretta, kif dejjem sar f`dawn l-aħħar 38 sena. Kull rakkomandazzjoni diretta, saret meta saret, dejjem kien ikollha bżonn l-approvazzjoni tal-Kummissjoni li d-deċiżjoni finali tibqa` tagħha. Għalhekk ir-referenza, żbaljata jew delibera, għal kelma "direct order" hi barra minn lokha.
Jaqbel il-Ministru mal-PSC li promozzjonijiet li jingħataw fil-korp tal-pulizija b'direct order huma nieqsa mit-trasparenza? Jekk ma jaqbilx x'għandu x'jgħid dwar il-PSC li rrakkomandat propju hekk?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jiena tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36836 f`din l-istess Seduta. Mhux kompitu tiegħi li niġġudika l-operat tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li bil-Kostituzzjoni, kif jaf l-Onor. Interpellant, għandha ġurisdizzjoni esklussiva f`dawn il-materji.
Tista' il-Ministru tgħid jekk sarx profitt jew telf, sena b'sena fl-aħħar ħames snin, mis-servizz tal-catering provdut fil-cafeterias tal-vapuri tal-Gozo Channel?
Jista` l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa in-numru ta' persuni li għandhom applikazzjoni pendenti għall-housing soċjali bħalissa u kemm inqdew din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu 3194 applikazzjoni pendenti u ġew allokati 89 post din is-sena.
Jista` l-Ministru jgħid kemm illum hawn kaċċaturi liċenzjati? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti? Kemm minn dawn huma taħt il-21 sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 11,862 persuna li għandhom liċenzja sabiex iġorru arma tan-nar għall-kaċċa, filwaqt li 406 oħra għandhom l-applikazzjoni tagħhom qed tkun proċessata. Infurmat ukoll li minn dawk liċenzjati, hemm 565 persuna taħt il-21 sena.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm għalliema barranin jaħdmu mal-gvern illum u x'suġġetti jgħallmu? Minn liema pajjiż ġejjin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm għalliem temporanju wieħed barrani impjegat mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, li jgħallem l-Ispanjol. Hu jgħallem fl-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi, Naxxar, u ġej mir-Rumanija.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm għalliema fl-iskejjel primarji statali ta' Għawdex? X'inhuma l-kwalifiki tagħhom? X'inhuma l-etajiet tagħhom? X'inhi l-popolazzjoni ta' l-istudenti primarji u sekondarji statali f'Għawdex? Tista' tagħti t-tagħrif skola bi skola u klassi bi klassi? Kemm hemm għalliema fl-iskejjel statali primarji u sekondarji f'Għawdex? Tista' tagħti t-tagħrif skola bi skola?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ma narax il-ħtieġa li tinġabar linformazzjoni dettaljata mitluba. Iżda jekk lOnor Interpellant jixtieq informazzjoni fuq xi każ partikolari nitolbu jagħmel mistoqsija speċifika.
Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija 35735 li kienet saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u jgħid kemm kien hemm persuni li din is-sena applikaw biex jidħlu jgħallmu t-Taljan f'xi skola tal-gvern? Min kienu l-persuni li applikaw? B'liema kwalifiki? Min ġie aċċettat? B'liema kwalifiki?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li l-process ta’ l-ghazla ta’ Ghalliema (inkluz Ghalliema tat-Taljan) li nbeda bis-sejha ghall-applikazzjonijiet tal-31 ta’ Mejju, 2002, ghadu mhux konkluz. Dan l-ezercizzju jinvolvi l-ipprocessar ta’ 697 applikazzjoni ghal ghalliema ta’ 32 suggett.
Kien hemm 21 applikazzjoni ghall-post ta’ Ghalliem tat-Taljan u r-rizultat tal-“interviews” jigi ppubblikat kif dan ikun approvat mill-Kummissjoni.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija 35629, x'passi konkreti ttieħdu s'issa biex tissolva l-problema dwar każi ta' assenteiżmu skolastiku quddiem it-tribunali?
Għaliex qed jgħaddi tant żmien biex din il-problema dwar każi ta' assenteiżmu skolastiku quddiem it-tribunali tissolva? Meta hemm il-ħsieb li tissolva din il-problema?
Kemm twaħħlu b'kollox multi s'issa l-uffiċjali edukattivi għax ma dehrux quddiem dawn it-tribunali?
Response (GATT, AUSTIN)
B`risposta għad-domanda parlamentari Nru. 36297 ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskuzzjonijiet għadhom għaddejjin ħalli tinsab soluzzjoni ġusta għal dawn il-każi. L-Onor. Interpellant jifhem tajjeb illi dawn m`humiex sempliċiment kontravenżjonijiet kwalunkwe imma ħafna minnhom huma wkoll ta` natura soċjali.
Fil-kuntest ta` dan, hemm il-ħsieb ukoll illi tali każi jibdew jiġu ttrattati fid-Diviżjoni tal-Qorti tal-Familja.
S`issa l-uffiċċjali edukattivi twaħħlu dawn l-ammonti bħala multi talli ma dehrux quddiem dawn it-tribunali:
Lokalita Ammont totali Numru ta Każi Noti
Zejtun LM275 11 LM25 kull każ
B'Kara LM100 65 LM100 bħala digriet lid-
Dipartiment ta` l-Edukazzjoni