Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36730 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Kunsill Mediku — Każi Pendenti

Question

Jogħġbu l-Ministru jindika n-numru ta' każi pendenti quddiem il-kunsill mediku? Kemm minnhom huma mħollija għas-sentenza? Kemm ilu pendenti l-iktar każ antik?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li quddiem il-Kunsill Mediku hemm disa` (9) każi pendenti. Minn dawn hemm erba` (4) li huma mħollija għas-sentenza fil-waqt li l-iktar każ antik ilu pendenti sentejn.
Leg 9 PQ #36731 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Triq l-Ammiraljat - Dawl

Question

Jogħġbu l-Ministru jara li tiġi nstallata bozza tad-dawl fi Triq l-Ammiraljat f'Raħal Ġdid minħabba d-dlam ċappa li hemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.
Leg 9 PQ #36734 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Common Agricultural Policy — Tariffa fuq Paddy Rice

Question

B'riferenza għall-common agricultural policy jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni tal-paddy rice barra mill-UE hija 64.9% u se tibqa' hekk anke wara s-sena 2010?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant għandu jikseb din l-informazzjoni direttament mill-Unjoni Ewropea. Dwar jekk hux se tibqa ċ-ċifra tal-levy kif imsemmija fil-mistoqsija, l-Onor. Interpellant jaf li dawn il-valuri jew mekkaniżmi ta' levies/tariffi jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien. Każ klassiku kien l-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal li dwarhom l-istess interpellant tant kien ibeżża li dawn ma konniex ser inkomplu nibbenefikaw minnhom bi sħubija fl-Unjoni Ewropea. L-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal tneħħiet f'Lulju 2000 u għaldaqstant dan il-benefiċċju intilef allavolja għadna ma sirnix membri. L-istess jista jgħodd għall kull mekkaniżmu tas-suq preżentament applikabbli mil-EU fuq kull settur/prodott agrikolu.
Leg 9 PQ #36735 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Common Agricultural Policy — Tariffa fuq qamħ

Question

B'riferenza għall-common agricultural policy jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni tal-wheat barra mill-UE hija 61.4% u se tibqa' hekk anke wara s-sena 2010?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant għandu jikseb din l-informazzjoni direttament mill-Unjoni Ewropea. Dwar jekk hux se tibqa ċ-ċifra tal-levy kif imsemmija fil-mistoqsija, l-Onor. Interpellant jaf li dawn il-valuri jew mekkaniżmi ta' levies/tariffi jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien. Każ klassiku kien l-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal li dwarhom l-istess interpellant tant kien ibeżża li dawn ma konniex ser inkomplu nibbenefikaw minnhom bi sħubija fl-Unjoni Ewropea. L-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal tneħħiet f'Lulju 2000 u għaldaqstant dan il-benefiċċju intilef allavolja għadna ma sirnix membri. L-istess jista jgħodd għall kull mekkaniżmu tas-suq preżentament applikabbli mil-EU fuq kull settur/prodott agrikolu.
Leg 9 PQ #36737 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Common Agricultural Policy — Tariffi fuq Qamħ

Question

B'riferenza għall-common agricultural policy jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni ta' other grains barra mill-UE hija 38.6% u se tibqa' hekk anke wara s-sena 2010?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant għandu jikseb din l-informazzjoni direttament mill-Unjoni Ewropea. Dwar jekk hux se tibqa ċ-ċifra tal-levy kif imsemmija fil-mistoqsija, l-Onor. Interpellant jaf li dawn il-valuri jew mekkaniżmi ta' levies/tariffi jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien. Każ klassiku kien l-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal li dwarhom l-istess interpellant tant kien ibeżża li dawn ma konniex ser inkomplu nibbenefikaw minnhom bi sħubija fl-Unjoni Ewropea. L-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal tneħħiet f'Lulju 2000 u għaldaqstant dan il-benefiċċju intilef allavolja għadna ma sirnix membri. L-istess jista jgħodd għall kull mekkaniżmu tas-suq preżentament applikabbli mil-EU fuq kull settur/prodott agrikolu.
Leg 9 PQ #36740 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Common Agricultural Policy — Tariffa fuq Ħxejjex, Frott u Ġewż

Question

B'riferenza għall-common agricultural policy jiċħad jew jikkonferma l-Ministru li t-tariffa/levy fuq l-importazzjoni ta' vegetables, fruit, nuts barra mill-UE hija 14.5% u se tibqa' hekk anke wara s-sena 2010?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant għandu jikseb din l-informazzjoni direttament mill-Unjoni Ewropea. Dwar jekk hux se tibqa ċ-ċifra tal-levy kif imsemmija fil-mistoqsija, l-Onor. Interpellant jaf li dawn il-valuri jew mekkaniżmi ta' levies/tariffi jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien. Każ klassiku kien l-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal li dwarhom l-istess interpellant tant kien ibeżża li dawn ma konniex ser inkomplu nibbenefikaw minnhom bi sħubija fl-Unjoni Ewropea. L-export subsidy fuq il-prodotti tal-majjal tneħħiet f'Lulju 2000 u għaldaqstant dan il-benefiċċju intilef allavolja għadna ma sirnix membri. L-istess jista jgħodd għall kull mekkaniżmu tas-suq preżentament applikabbli mil-EU fuq kull settur/prodott agrikolu.
Leg 9 PQ #36744 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq l-Immakulata - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li tinbidel bozza li hemm maqtugħa fi Triq l-Immakulata, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #36745 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq Matty Grima - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li tinbidel bozza maqtugħa li hemm fuq il-bieb 96, Triq Matty Grima, Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-bozza li qed jirreferi għaliha ma hijiex fir-responsabbilta' tal-Korporazzjoni Enemalta iżda tal-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #36747 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Għajn Dwieli - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li jinxtegħel id-dawl li issa ilu maqtugħ fid-daħla tal-Kottonera hekk kif taqbeż il-mini ta' Għajn Dwieli, int u nieżel lejn Bormla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dawl li qed jirreferi għalih ma huwiex fir-responsabbilta' tal-Korporazzjoni Enemalta iżda tal-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #36749 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq id-Dejqa - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li tissewwa bozza li hemm fi Triq id-Dejqa, Bormla, peress li issa li hemm it-triq qed tiġi ċċangjata, huwa perikoluż timxi fid-dlam?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #36751 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq Alessandra - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li tinbidel bozza li hemm maqtugħa fi Triq Alessandra, Bormla maġenb l-iskola Erin S. Inglott?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #36753 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Pjazza G. Gulia - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li tinbidel bozza li hemm fi Pjazza G. Gulia, Bormla fuq il-ħanut Right Deal?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #36781 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — IT section

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga jekk fuq in-network tal-komputers tal-MEPA hemmx persuni li qegħdin jiġu ordnati mill-IT section tal-MEPA biex jittappjaw ċerti individwi u ħaddiema? Dan huwa ksur tal-liġi u ta' l-etika? Jista' jiġi ċċertifikat minn entita' indipendenti li din l-azzjoni ma saritx u mhijiex issir? Jista' il-manager ta' l-IT section jixhed bil-ġurament li dan ma sarx u mhux qiegħed isir u li qatt ma ħa l-ebda ordni minn xi persuni biex jagħmel dan?

Response (BORG, TONIO)

In-network tal-komputers tal-MEPA kif ukoll l-informazzjoni kollha li hemm fuqhom huma proprjeta` tal-MEPA. Il-IT section tal-MEPA huma inkarigati li jiżguraw li dawn il-faċilitajiet jintużaw b`mod kif suppost. L-impjegati kollha ġew avżati b`dan kemm il-darba permezz ta` email lil kull min juża s-sistema. L-Assistent Direttur ta` Corporate Services ġieli ta` struzzjonijiet biex jiġi iċċekjat il-kontenut tal-Informazzjoni fuq in-network. Ġieli rriżulta il-ħtieġa li jiġbed l-attenzjoni fuq il-kontenut ta` ċerti e-mails u javża xi nies bi provvedimenti dixxiplinari jekk ċertu sitwazzjonijiet jirrepetu ruħhom. Madankollu il-MEPA tassigura li dan jsir b`mod ġenerali u bl-ebda skop ieħor ħlief kif indikat f`din ir-risposta.
Leg 9 PQ #36783 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Direttorat ta' l-ambjent

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk id-direttur il-ġdid tad-direttorat ta' l-ambjent tal-MEPA kienx wieħed mill-konsulenti li għamel rapport fuq l-impjant li jirriċikkla ż-żejt fi studju li kien sar fuq iż-żjut maħruqa minħabba l-Unjoni Ewropea, liema studju kien ingħata b'direct contracting u mingħajr ma kien ħareġ sejħa għat-tenders? X'kienu l-passi li ttieħdu mid-dipartiment tal-finanzi f'dan ir-rigward? Veru li waqt li fl-istess studju ma kien issemma xejn fir-rigward ta' kontravenzjonijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' emissjonijiet minn dan l-istess impjant, xahar biss wara li laħaq dan id-direttur kien diġa' kiteb lill-operatur biex jiġi konformi?

Response (BORG, TONIO)

Id-Direttur tal-Ambjent preżenti beda jokkupa l-kariga tiegħu f`Awissu 2002. F`Ġunju 2000 kien ġie kommisjonat flimkien ma` konsulenti oħra sabiex isir studju dwar l-impatt tad-Direttiva ta` l-UE dwar iż-żejt maħruq liema rapport kien ingħata b`direct order b`awtorita` tal-Ministeru tal-Finanzi. Id-Direttur kien għamel biss parti mill-istudju msemmi. Il-fatt li d-Direttur "xahar biss" wara l-ħatra tiegħu kiteb lil operatur li jirriċikla ż-żejt maħruq biex tittieħed azzjoni biex titnaqqas l-inkonvenjenza lill-pubbliku kawżata minn intejjen qawwija fil-lokalita` hija konferma tal-fatt li d-Direttur huwa persuna responsabbli. Għalhekk bl-ebda mod ma kien ikkondizzjonat mix-xogħol li huwa wettaq qabel ma ħa l-ħatra tiegħu ta` Direttur. Id-direttur ma kellu x`jaqsam bl-ebda mod ma kif kien ingħata il-kuntratt peress li kien imqabbad minn min kien ħa l-kuntratt.
Leg 9 PQ #36796 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Kiri ta' karozzi

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa kull xhar fuq leasing jew kiri ta' karozzi mill-Maltapost?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u għaldaqstant ma naħsibx li jkun fl-interess ta' l-azjenda li din tiġi ppubblikata.

Akkomodazzjoni soċjali — Ħaż Żabbar

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna li hija separata u li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li toqod f'fond rekwiżizzjonat tiġi kkonsidrata għal xi post battal tal-housing f'Ħaż Żabbar ħalli tkun qrib it-tfal tagħha minħabba r-raġunijiet mediċi on file.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena infurmat illi l-persuna ndikata m'għandha l-ebda applikazzjoni pendenti mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Housing Authority — Sussidju fuq tiswijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara jekk il-Housing Authority tistax tipproċessa għall-finijiet ta' sussidju fuq tiswijiet il-fond fil-Gżira li d-dettalji tiegħu qed jintbgħatu separatament.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant u l-Awtorita' tad-Djar mistennija jiffirmaw il-konvenju taħt Skema 5 fit-28 ta' Novembru 2002. Skond dan il-konvenju l-persuna ndikata tkun intitolata sa massimu ta' Lm780 bħala għajnuna biex tirrendi d-dar tagħha aktar abitabbli.
Leg 9 PQ #36799 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Klandenstini — Ripatriazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid mill-klandestini li daħlu Malta f'1 ta' Jannar 2002, kemm minnhom ġew ripatrijati lura, meta u lejn liema pajjiżi ntbgħatu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi b`żieda mat-tagħrif li jien tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36593, kien hemm 104 immigrant klandestin ieħor li ġew ripatrijati lejn l-Eġittu.
Leg 9 PQ #36801 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Development Corporation — Lista tal-Kuntratti

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista bl-ismijiet tad-ditti kkonċernati u bl-ammonti nvoluti tal-kuntratti professjonali li saru mill-Malta Development Corporation minn Settembru 1998 ma' avukati u/jew ditti ta' avukati kif ukoll ma periti u/jew ditti ta' periti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn Settembru 1998 'l hawn, il-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp ta' Malta ġedded dawn iż-żewġ kuntratti: 1. dak ta' l-Avukatessa Rachel Bonello bħala Segretarja tal-Bord b'retainer annwali ta' Lm3,450; u 2. dak tal-Prokuratur Legali Victor J. Bugeja b'retainer annwali ta' Lm3,795. Barra minn hekk, huwa jitħallas ukoll drittijiet legali skond it-tariffa tal-professjoni meta jiddepożita atti fil-Qorti, kif ukoll it-tariffa uffiċjali għal tribunali oħra kemm il-darba l-eżitu tal-każi jkun favur il-Korporazzjoni u d-drittijiet relattivi jkunu ġew imħallsa mill-parti l-oħra lill-Korporazzjoni. Id-drittijiet legali li ġew imħallsa f'dan ir-rigward kienu: Fl-1998 Lm 179.57 Fl-1999 Lm 398.05 Fl-2000 Lm 203.55 Fl-2001 Lm1,327.55 Fl-2002 xejn Il-Korporazzjoni tagħmel ukoll użu mis--servizzi ta' l-Avukat Andrew Borg Cardona fuq bażi ad hoc. Id-drittijiet li tħallas dan l-Avukat kienu ta' Lm98 matul l-2001 u Lm575 matul din is-sena. Rigward periti u/jew ditti ta' periti, it-tweġiba hija fin-negattiv.

Enemalta Corporation — Health and Saftey Regulations

Question

Il-Ministru huwa konxju li fil-korporazzjoni enemalta qed isiru abbużi serji tal-health and safety regulations li qed jiġu aċċettati u difiżi kemm mill-management u l-GWU li qed jaqbżu għall-ħaddiema li jiksru dawn ir-regolamenti? Huwa l-każ li l-health and safety authority tiġi mgħarrfa b'dawn l-abbużi kostanti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddili aktar dettalji, anki b'mod kunfidenzjali jekk irid, biex inkun nista ngħaddi l-informazzjoni lill-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol għall-investigazzjonijiet meħtieġa.