Jista' il-Ministru jgħid x'fondi ħa ċ-ċentru Malti tar-restawr mill-aħħar protokol Taljan? Kif ġew użati dawn il-fondi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-fondi li ħa ċ-Ċentru Malti tar-Restawr mill-aħħar protocol Taljan jammontaw għal Lm424,266.
Ninsab informat ukoll li l-istess fondi ntużaw sabiex jinxtrara l-apparat neċessarju sabiex iċ-Ċentru seta' jiffunzjona.
Jista' il-Ministru jgħid jistax it-tifel li ismu qed jintbagħat separatament li jattendi r-raba' sena fl-iskola primarja ta' l-Isla u għandu diffikultajiet biex jitgħallem jingħata l-għajnuna li ntalbet f'Mejju 2002?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kap ta' l-iskola kitbet lill-SpLd Unit fil-21 ta' Ottubru 2002, dwar id-diffikultajiet li għandu dan it-tifel. L-assessjar ta' tfal li jiġu riferuti jsir skond 'waiting list'.
Wieħed ma jridx jinsa li l-iskola wkoll għandha mezzi biex tieħu ħsieb u tgħin lil tfal b'diffikultajiet.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nstabu mejta kawża ta' delitti, overdose, inċidenti fuq il-post tax-xogħol, tat-traffiku, eċċ. li ġew rapportati lill-pulizija? Kemm minnhom għadhom qed jiġu investigati u kemm minnhom il-pulizija tinsab għaddejja bil-proċeduri fil-qorti?
Jista' il-Ministru jipprovdi l-informazzjoni għas-snin 1999, 2000 u 2001 rispettivament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-snin 1999, 2000 u 2001 mietu 226 persuna kawża ta` delitti, overdose, inċidenti fuq il-post tax-xogħol, inċidenti tat-traffiku u oħrajn.
Minn dawn il-każi 34 għadhom taħt investigazzjoni, 83 għadhom għaddejjin bi proċeduri fil-Qorti filwaqt li l-kumplament huma kollha konklużi. Dawn kienu kif ġej:-
1999
2000
2001
Omiċidji
12
6
7
Overdose
6
6
11
Suwiċidji
23
21
26
Inċidenti tat-traffiku
14
15
19
Inċidenti fuq il-post tax-xogħol
5
5
1
Inċidenti oħra
13
21
15
Total
73
74
79
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 36336 jista' il-Ministru jinformana bl-iżviluppi u cioe` jekk huwiex se jitneħħew it-tankijiet in kwestjoni issa li jiena tlabt li jsir hekk għan-nom tar-residenti konċernati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li dan il-każ ġie nnotat, u għalhekk dawn it-tankijiet ser jitneħħew mal-kumplament tat-tankijiet f'din il-lokalita', bl-istess proċedura tal-lokalitajiet l-oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir il-bankina fi Triq il-Kanun, Santa Venera, li hija area li taqa' taħt il-gvern ċentrali, biex ma tibqax fl-istat diżastruż li tinsab fih bħalissa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-bankini f'żoni residenżjali ta' toroq arterjali jagħmlu il-manutenzjoni tagħhom il-Kunsill Lokali. Għalhekk id-Direttorat għat-Toroq ser jiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill għas-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant.
Santa Venera — Triq il-Palazz l-Aħmar - Drain hole ta' fabbrika
Question
Jista' il-Ministru jgħid ġiex analizzat l-ilma li regolarment jinżel minn sistema ta' drain hole ta' fabbrika fl-industrial estate ta' l-Imrieħel u li jibqa' niżel għal Triq tal-Palazz l-Aħmar, Santa Venera? Jekk iva, x'kien ir-riżultat ta' l-analiżi? Jista' jgħid jekk legalment hux sew li dan l-ilma jinżel fit-triq? Jekk mhux legalment korrett, x'passi ttieħdu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ħsara li qed tissemma fil-mistoqsija hija ta' fabbrika privata u mhux fil-main sewer. Għaldaqstant se ngħaddi din l-informazzjoni lid-Dipartiment tas-Saħħa biex jagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jsiru dustbins fi Triq il-Kanun, Santa Venera, li hija area li taqa' taħt il-gvern ċentrali, partikolarment ħdejn il-kulleġġ ta' St Michael's?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jirriżulta li s'issa għadu ma nħassx il-bżonn li jitpoġġew xi 'dustbins' fl-'area' ndikata. Pero', d-Dipartiment għall-Immaniġġjar ta' l-Iskart u Implimentazzjoni ta' l-Istrateġija se jindaga sabiex jara dan il-bżonn.
Jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment responsabbli mis-sistema tad-drenaġġ għamilx stħarriġ fuq katusi tad-drenaġġ fi Triq l-Imdina, Qormi - mhux fuq in-naħa tal-Ħandaq - biex jiġi stabilit x'qed jikkawża sadd jew problemi oħra f'katusi li għadhom kif saru meta kienet qiegħda ssir it-triq? Jekk saru l-investigazzjonijiet meħtieġa, x'irriżulta? X'azzjoni ttieħdet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ ma kellu l-ebda sadd fis-sistema tad-drenaġġ fi Triq l-Imdina, Qormi.
Santa Venera — Triq il-Kanun - Bowsers ta' l-Enemalta
Question
Jista' il-Ministru jara li tittieħed azzjoni biex bowsers ta' l-Enemalta li jissupplixxu l-fuel lill-pompa tal-pterol fi Triq il-Kanun, Santa Venera ma jibqgħux jipparkjaw fuq il-bankina b'mod li jaffetwaw lir-residenti biswit u li, b'konsegwenza, anke l-fumes jidħlu fid-djar tagħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-bowsers tal-Korporazzjoni Enemalta ma jipparkjawx fuq il-bankina. Fil-fatt li qed jiġri hu li peress li l-bankina ġiet imkabbra fil-kantuniera, il-bowser momentarjament jirfes fuq ix-xifer tagħha biex ikun jista' jipparkja ftit il-fuq.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dawk impjegati bħala securities f'St Vincent de Paule residence humiex meqjusa bħala impjegati closed shop? Jista' jgħid ukoll minn liema dipartiment dawn is-securities qegħdin jitħallsu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li s-Security li jaħdmu fir-Residenza ta' San Vinċenz huma mpjegati tad-Diviżjoni tas-Saħħa u jitħallsu mill-istess Diviżjoni.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Ottubru 2002? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Ottubru 2002?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Ottubru 2002 il-każi ta` serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 35 każ ta` serq.
Hold-up
3
Pick pocketing
42
Snatch & grab
5
Serq minn dghajjes
8
Serq ta’ dghajjes
3
Serq ta’ karozzi
47
Serq minn karozzi
275
Serq min barijiet / lukandi
94
Serq minn fabbriki
2
Serq minn residenzi
62
Serq minn hwienet
52
Serq minn xtajtiet
7
Serq iehor
221
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Ottubru 2002? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Ottubru 2002?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella li tidher hawn taħt. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Ottubru 2002 kien hemm 656 persuna misjuba ħatja ta` reati kriminali.
Against morals and honour of the family
5
Arson
7
Attempted offences
96
Bodily harm
77
Crimes vs Admin of Justice
1
Damage
308
Drugs
7
Forgery
1
Fraud
8
lllegal Immigration
20
Abandon of child
1
Prostitution
3
Sexual offences
3
Theft
821
Threats and private violence
9
Violence against public officers
10
Skejjel ta' l-Istat — Spetturi tas-Saħħa li żaru canteens ta' l-iskejjel
Question
Jista' il-Ministru jgħid minn meta bdiet din is-sena skolastika kemm-il darba l-ispetturi tas-saħħa żaru skejjel ta' l-Istat, indipendenti jew tal-knisja biex jiġi żgurat li l-ikel u xorb li qed jinbigħ fit-tuck shops/canteens ta' l-iskejjel huwa skond ir-regolamenti u tajbin għas-saħħa tat-tfal? Liema kienu l-iskejjel? Instabu xi nuqqasijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li minn meta bdiet is-sena skolastika f'Settembru 2002, saru seba` u għoxrin (27) spezzjoni minn Uffiċjali ta` dan id-Dipartiment f'tuckshops/canteens ta` l-iskejjel.
L-ispezzjonjiet li saru ġo skejjel hija skond kif jidher fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li peress li t-tip ta` ikel li jista` jinbiegħ ġo 'tuckshops/canteens' ta` l-iskejjel huwa kkontrollat mill-kuntratt li jiġi mwaqqaf mid-Dipartiment ta` l-Edukazzjoni jagħmel id-domanda lilhom.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, dwar in-nuqqasijiet li nstabu waqt l-ispezzjonijiet mill-Ispetturi tas-Saħħa, dawn jiġu referuti lill-Ministru ta` l-Edukazzjoni kull term kif titlob il-Liġi, sabiex tittieħed azzjoni minn naħa ta` dan il-Ministeru.
B' riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija 35847, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta' kif ser isir l-iżvilupp fil-kumpless tal-Marsa biex l-areas pubbliċi jkunu wkoll separati bejn dawk li jridu jipprattikaw l-isport u dawk li jmorru hemm biex jirrikreaw ruħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser ngħaddi kopja tal-pjanta mitluba lill-Onor. Membru.
Nirriferi għal mistoqsija parlamentari 35832. Jista' il-Ministru jgħid kemm inżammu ħlasijiet lill-kuntratturi għal-xogħol ħażin u/jew nuqqasijiet oħra li saru fit-toroq f'Malta u Għawdex u dan fl-ewwel għaxar xhur tas-sena? Jista' jindika liema huma t-toroq? Min kienu l-kuntratturi u kemm kien kull ħlas?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni mituba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jinvestiga l-problema li għandhom il-familja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, dwar meter ta' l-ilma li jinsab wieqaf?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jogħġbu l-Ministru jara kif huwa ġie nfurmat, skond ir-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari 36479, li l-manutenzjoni tal-bozza tad-dawl diġa` saret meta sal-lum stess din il-bozza għadha mitfija, liema bozza tinsab fi Triq Bormla f'Raħal Ġdid eżatt fejn tisporġi Triq il-Wied, Raħal Ġdid?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta għall-azzjoni relattiva.